Illum previous editions

ILLUM 23 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1445229

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 analiżi illum • IL-ĦADD 23 TA' JANNAR 2022 YENDRICK CIOFFI Il-gazzetta ILLUM qed tkompli bis-sensiela ta' artikli li matulhom, hekk kif ninsabu it biss 'il bogħod minn elezzjoni ġenerali oħra, qed tagħti rendikont u tanalizza s-sitwazzjoni tal-Partit Laburista u tal-Partit Nazzjonalista fid- distretti elettorali, mill-Elezzjoni Ġenerali tal-2003 sa dik tal-2017. Din il-ġimgħa jmiss il-ħdax- il distrett, li jinkludi l-lokalitajiet tal-Imdina, Ħ'Attard, il-Mosta u Burmarrad. F'temp ta' 14-il sena, l-affarijiet it li xejn inbidlu. F'dan id-distrett, il- Partit Nazzjonalista żamm tista' tgħid l-appoġġ li kellu, anke meta fuq bażi nazzjonali naqqas drastikament il- voti. Għalhekk, għall-kuntrarju ta' dak li rajna f 'distretti oħra, il-PN irnexxielu, xi it jew wisq, jikkonserva l-maġġoranza tiegħu fil-ħdax-il distrett. Bħal dejjem nagħlqu bl-elezzjoni tal-2017, li l-Partit Laburista reġa' rebaħ b'maġġoranza kbira. Minkejja l-isforzi tiegħu, anke fil-ħdax-il distrett, il-Partit Nazzjonalista ma jżidx l-appoġġ tiegħu imma almenu baqa' fl-istess livell. Il-Partit Nazzjonalista kiseb 13,207 voti jew 55.24% tal-voti tal-ħdax- il distrett. Il-Partit Laburista kiseb 10,282 vot jew 43% tal-voti. Simon Busuttil issa kien Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. Kien għadu kemm mexxa kampanja qalila kontra l-korruzzjoni u żied b'mod sostanzjali l-voti tiegħu. Fl-2017, Busuttil kien elett bi 11,266 vot. David Agius, li reġa' serva bħala Whip, imma din id-darba tal- Oppożizzjoni, kompla jżid fil- popolarità tiegħu. Huwa kien elett fis-16-il għadd b'4,013-il vot. Anke jekk il-Partit Nazzjonalista kellu 13-il kandidat, dawn ftit li xejn kienu popolari u għalhekk mar minn fuq Edwin Vassallo, issa Deputat veteran. Din id-darba ma kellux bżonn mekkaniżmu fil-liġi jew sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali. Huwa kien elett fit-22 għadd b'4,811 vot. Simon Busuttil u David Agius kienu ċedew is-siġġijiet tagħhom f 'dan id-distrett u fl-elezzjonijiet każwali kienu eletti Ivan Bartolo u Maria Deguara. Anke jekk kellu biss seba' kandidati, il-voti tal-Laburisti kienu maqsuma ħafna għax kien hemm fuq dan id- distrett kandidati popolari, fosthom Deborah Schembri, Chris Cardona, Michael Farrugia u oħrajn. Tant kemm kienu maqsuma, li ż-żewġ Deputati eletti għall-Partit Laburista, eletti fit-23 għadd, ma laħqux il-kwota ta' 3,986 vot. Anthony Agius Decelis kien elett bi 3,780 vot u Alex Muscat, wiċċ ġdid, irnexxielu jabeż lill-veterani (imsemmija hawn fuq) u jkun elett bi 3,382 vot. L-elezzjoni ġenerali tal-2013, intrebħet mill- Partit Laburista b'maġġoranza storika. Il-Partit Nazzjonalista naqqas it mill-appoġġ tiegħu fil-ħdax-il distrett iżda xorta waħda żamm maġġoranza assoluta fih u eleġġa tliet Deputati. Dik is-sena, fil-ħdax-il distrett, il-Partit Nazzjonalista kiseb 13,459 vot jew 54.76% tal- voti. Il-Partit Laburista kiseb 10,404 voti jew 42.33% tal-voti. Din is-sena, ikkontesta fuq dan id-distrett Simon Busuttil, li it ġimgħat qabel kien niżel minn Brussell hekk kif ġie elett Viċi Kap tal- Partit Nazzjonalista. Busuttil kien elett fl- ewwel għadd b'7,768 vot. Il-fatt li Busuttil kiseb ammont kbir ta' voti u anke l-fatt li l-voti fost l-għaxar kandidati nazzjonalisti reġgħu kienu mifruxa, wassal biex il-Partit Nazzjonalista jeleġġi ż-żewġ Deputati l-oħra mingħajr ma laħqu l-kwota ta' 4,097 vot. David Agius, dak iż-żmien Whip tal-Gvern kien elett fit-22 għadd bi 3,544 vot u Joe Cassar, dak iż-żmien Segretajru Parlamentari tas- Saħħa kiseb 3,054 vot. Cassar kien ċeda s-siġġu tiegħu u minfloku kien elett għal darb'oħra Charlo Bonnici. Il-Partit Laburista, mill-banda l-oħra, eleġġa lil Anthony Agius Decelis fl-14-il għadd b'4,164 vot. Louis Grech, dak iż-żmien Deputat Mexxej Laburista, kien elett fl-istess għadd b'4,199 vot. Ta' min wieħed ifakkar li Anġlu Farrugia, dik is-sena, ma kienx ikkontesta l-elezzjoni hekk kien xellia mal-Mexxej Laburista Joseph Muscat. Dan wara li Farrugia kien akkuża Maġistrat b'imparzjalità, kumment li fi kliem Muscat, kien "inaċċettabbli," tant li kien talbu biex jirriżenja minn Deputat Mexxej. Intant, fl-2016, għall-Partit Nazzjonalista kien elett ukoll Edwin Vassallo biex b'kollox kellu erba' Deputati minn dan id-distrett. Dan seħħ wara li l-Qorti Kostituzzjonali tal- Appell kienet tat żewġ siġġijiet oħra lill-Partit Nazzjonalista wara rikors li kien tressaq mill- PN u minn Claudette Buttigieg, Frederick Azzopardi u Edwin Vassallo. L-argument tal-Partit Nazzjonalista kien li fit-8 u t-13-il distrett ma kinitx ġiet irrispettata r-rieda tal-votanti, meta kien sar żball fl-għadd tal-voti. Il-PN kien saħaq li l-iżball kien wassal biex minflok kienu eletti Buttigieg u Azzopardi, ġew eletti Edward Scicluna u Justyne Caruana. Wara li l-Qorti tat raġun lill-Partit Nazzjonalista, il-Kummissjoni Elettorali kienet iddikjarat eletti lil Edwin Vassallo u lil Peter Micallef. Il-Partit Laburista kellu 12-il kandidat, fosthom anke lil Jason Micallef, eks Segretarju Ġenerali, minkejja li it xhur qabel, Joseph Muscat kien qal li talbu ma jikkontestax biex jiffoka aktar il-ħidma tiegħu fuq il-midja tal-Partit. 2013: L-appoġġ għall-PN fil-pajjiż jisparixxi iżda xorta jibqa' minn fuq fil-ħdax-il distrett 2017: Il-PN iżomm l-istess appoġġ u Simon Busuttil ikaxkar il-voti L-aktar kandidati b'saħħithom tal-ħdax-il distrett fl-aħħar erba' elezzjonijiet ġenerali PL PN 42.33% 54.76% PL PN 43.00% 55.24%

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 January 2022