Illum previous editions

ILLUM 23 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1445229

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni IL-ĦADD 23 TA' JANNAR 2022 • illum Bidla fil-klima teħtieġ bidla fl-imġieba Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo I l-bidla fil-klima hi r-reazz- joni tan-natura għall-im- patti li ilha tieħu ġo fiha bħala riżultat tal-attività umana tul is-snin. Issa drajna b'perjodi ta' nixfa jew inkella xita qliel li twassal għal għargħar, jew perjodi twila ta' xemx inkel- la estremi oħra ta' temp. Dan mhux qed jiġri biss barra, iżda qed narawh iseħħ f 'Malta ukoll. Il-maltemp straordinarju li kien iseħħ darba kultant, issa qed narawh iktar spiss. Ġie repetutament emfasizzat li jeħtieġ li nilħqu n-newtralità fl-emmissjonijiet tal-karbonju u dan l-iktar kmieni possibli. Dan ikun ifisser li l-ammont tal- emissjonijiet tal-karbonju mill- attività umana trid tkun inqas minn kemm jinħażen karbonju fin-natura, f 'dak li nirreferu għalihom bħala carbon sinks. Irridu nindirizzaw l-attività kollha tagħna għax meta tgħodd l-impatti kollha li din l-attività ġġib magħha nistgħu noqorbu inkella nitbegħdu mill-miri tagħna. Li nindirizzaw il-bidla fil- klima hi materja ta' politika kurrenti. Tinvolvi deċiżjonijiet politiċi li min-natura tagħhom huma kontroversjali. Jekk irridu nindirizzaw it-tibdil fil-klima bis-serjetà għandna nassiguraw li dawn id-deċiżjonijiet politiċi jkunu jikkumplimentaw lil xulxin u li ma jkunux kontradittorji. B'hekk biss nistgħu nindirizzaw it-tibdil fil-klima kif ukoll dak li qed jikkawża. Id-deċiżjoni li l-power station ta' Delimara taħdem bil-gass flok bil-heavy fuel oil kienet fundamentali fil-mixja biex innaqqsu l-emmissjonijiet tal- karbonju tal-pajjiż. Deċiżjoni tajba li kienet ilha ġejja. Min-naħa l-oħra l-politika kurrenti li tinkoraġixxi l-użu ta' karozzi u jottijiet li jikkunsmaw kwantitajiet kbar ta' petrol u diesel b'emmissjonijiet mhux żgħar tagħti messaġġ differenti bil-bosta. Iż-żieda fil-kapaċità tat-toroq u t-teħid ta' iktar bajjiet għall-jottijiet bl-ebda mod ma jikkontribwixxu lejn l-isforz kontra l-bidla fil-klima. Imma jibqgħu ġejjin, deċiżjoni waħda wara l-oħra, mingħajr ħsieb. Il-Ministeru responsabbli għall-bidla fil-klima jiġbed f 'direzzjoni u dak responsabbli għat-trasport jiġbed f 'direzzjoni opposta! Id-deċiżjoni li nibdew it- triq li għandha twasal għall- eletrifikazzjoni tal-karozzi privati bl-ebda mod ma indirizzat il-politika dwar il- petrol stations. X'nambuhom issa, jekk mhux ser nibqgħu niddependu mill-petrol u d-diesel? Għalfejn nibqgħu ninkoraġixxu li jkollna l-ġodda jekk jiemhom huma magħduda? Huwa meħtieġ li ma joħorġux permessi għal petrol stations ġodda. La jagħmlu sens ambjentali u l-anqas ekonomiku! Tajjeb li kontinwament niftakru f 'dak li jgħidilna l-Pjan Nazzjonali dwar it-Trasport. Madwar 50 fil-mija tal-vjaġġi li nagħmlu bil-karozzi privati tagħna huma għal distanzi qosra, li jdumu inqas minn 15-il minuta. Minkejja dan, il-mobilità sostenibbli lokali u reġjonali ma nagħtux każ tagħha. Bidla f 'din l-imġieba, fil-mobilità tagħna lokali u reġjonali, tista' tnaqqas ammont sostanzjali ta' karozzi mit-toroq tagħna. Għaliex ħadd mhu jinkoraġixxi din il- bidla tant essenzjali fl-imġieba tagħna? Sfortunatament, f 'Malta, l-politika dwar it-trasport ftit li xejn tagħti każ tal-klima. Fl-istrateġija nazzjonali dwar it-tibdil fil-klima hu kruċjali li anke l-bini tagħna jilħaq il-mira ta' karbonju żero. Ilni żmien nemfasizza dwar il-ħtieġa li d-dritt ta' kull wieħed u waħda minna li jkollu aċċess għax- xemx biex minna jiġġenera l-elettriku jkun imħares. Il-politika dwar l-ippjanar għall-użu tal-art għandha tesiġi li jkollna ġenerazzjoni ġdida ta' bini li jiġġeneraw enerġija tal-inqas daqs kemm jużaw. Din l-enerġija, ġġenerata mix-xemx għandha tkun ġġenerata fuq is- sit stess. Dan minnu innifsu jillimita d-daqs tal-bini għax ma jkunx jista' jaqbeż dak id-daqs li għalih ikun hemm enerġija biżżejjed. B'mod partikolari jeffettwa l-għoli tal-bini. L-ippjanar tal-użu tal-art jista', jekk imfassal sewwa, jagħti kontribut sostanzjali biex tkun indirizzata l-bidla fil-klima. Id-diffikultà ewlenija dwar il-bidla fil-klima hi li r-rabta bejn l-imġieba tagħna u l-impatt fuq iċ-ċiklu tal-karbonju mhiex waħda ovvja. Min mhux imħarreġ ma jarax ir-rabta faċilment. Dan jagħmilha iktar faċli għal min irid jevita l-miżuri biex tkun indirizzata l-bidla fil- klima. Għandna responsabbiltà lejn il-ġenerazzjonijiet futuri li nagħmlu ħilitna kollha biex nindirizzaw l-impatti akkumulati fuq il-klima. Billi nindirizzaw il-present nistgħu nassiguraw il-futur.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 January 2022