Illum previous editions

ILLUM 23 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1445229

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 23 TA' JANNAR 2022 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt W ieħed ma jistax jinnega li kull darba li Joseph Muscat jitkellem tinqala' tromba politika kka- wżata mill-fatt li Muscat huwa maħbub (u kważi meqjum!) daqs kemm huwa mibgħud. Daqs kemm hawn min jgħollih u jtellgħu fuq tron, daqstant ieħor hawn min ma jiflaħx jarah pinġut. Pero' r-reazzjoni għal dak li seħħ din il-ġimgħa tagħtina raġuni wkoll għal xi it tħassib! Kien hemm rabja għaliex kien hemm nies - l-aktar votanti akkaniti Laburisti - li staqsew kif xi ħaġa bħal din tħalliet tiġri. Bħalikieku Prim Ministru għandu jew jista' jkollu l-poter li jwaqqaf Maġistrat Inkwirenti milli tagħmel xogħolha fil-konfront ta' persuna, sempliċiment għaliex din kienet tokkupa kariga għolja fil-pajjiż u fil-Partit Laburista. Kieku Robert Abela pprova jindaħal jew iwaqqaf lill-Pulizija milli jesegwixxu xogħolhom - li tqabbad minn Maġistrat, kieku llum il-Prim Ministru kurrenti jinsab fix-xifer ta' riżenja, f 'nofs skandlu kbir li diġà qed titkellem dwaru l-Unjoni Ewropea! Tajjeb li kulħadd - forsi fl-emozzjonijiet - iżomm perspettiva wkoll u jiem li dak li seħħ ma setax jitwaqqaf u lanqas għandu jitwaqqaf! Kieku qatt - allaħaresqatt - niġu f 'sitwazzjoni fejn Prim Ministru jindaħal f 'ħidmet il- Maġistratura u kontra min din tista' tieħu azzjoni, inkunu wasalna verament fl-agħar qiegħ li jmissu miegħu dittatorjati biss! Anzi l-Partit Laburista għandu juża dak li ġara bħala prova illi l-istituzzjonijiet qed jaħdmu għax il-Pulizija jmorru jħabbtu fuq il-bibien ta' kulħadd, inkluż ta' Joseph Muscat! Kieku għandna l-impunità assoluta, kieku dak li ġara din il-ġimgħa ma ġarax. Naturalment il-fatt li ttieħdu l-mobiles tat- tfal iddarras mhux it, u anke jekk hemm xi raġuni valida għal dan - u qed nittamaw li hemm - dan il-fatt ġibed ħafna simpatija lejn Muscat. Din mhix l-ewwel darba li t-tfal ta' Muscat sfaw vittmi ta' tgħajjir, insulti u redikolaġni minn min, kieku jista' jsallbu! Il-problema tal-Partit Laburista, anzi l-problema ta' Joseph Muscat, huwa li ma semax u ma riedx jisma' meta qalulu biex ineħħi l-famuż żrar miż-żarbun. Ma neħħiex lil dawk in-nies li kienu verament qed jittradixxu lill-Partit Laburista, lil- Laburisti u lil pajjiżhom. Jew għax kien imdaħħal magħhom fil-Panama Papers u flejjes deħlin l'hawn u l'hemm jew inkella għax kien indifferenti u ġab is-suppost ħbiberija li kellu magħhom, qabel il-pajjiż u qabel il-Partit Laburista. Dan l-editorjal huwa ħerqan biex jisma' x'għandu xi jgħid dwar Keith Schembri u Konrad Mizzi. Kif jista' jkun li ma ndunax bis-serqa skjaċċanti tal-VGH? Possibbli qatt m'għorkitu għajnejh li tajna tliet sptarijiet pubbliċi lil xi ħadd bla track record u bla flus u b'wiċċ (Ram Tumuluri) li kien diġà nstab ħati ta' serq? Possibbli ma ndunax li qed nagħtu tliet sptarijiet lil kumpanija, f 'kumpanja, f 'kumpanija li l-Ultimate Beneficiary Owner tagħha qiegħed fil-British Virgin Islands u ma nafux min hu? Possibbli qatt ma staqsih lil Konrad Mizzi kif qed nagħtuhom dawn l-eluf kollha u ma huma qed jagħmlu kważi xejn? Ma staqsihx lil Keith Schembri għaliex tant kien qed jieħu interess f 'dan il-proġett? Għax jekk qatt kien hawn serqa, din tal-VGH tieħu l-ewwel premju! Possibbli xi ħadd bħal Muscat ma ndunax? Mhux din iż-żrara fiż-żarbun, għal li jista' jkun hux? Possibbli ma qallhom xejn lil dawn meta sirna nafu li kellhom kumpaniji fil- Panama, li fetħu it wara r-rebħa tal-2013? Possibbli ma qallhom xejn meta sirna nafu li 17 Black hija ta' Yorgen Fenech u li din kienet target client tal-kumpaniji fil-Panama ta' Schembri u Mizzi? Possibbli mhux irrabjat li tnejn minn nies niżluh u niżlu ismu fil-ħama u l-ħmieġ, minkejja li huwa l-aktar Prim Ministru li kiseb voti? Ma jħossux tradut? Jew kien imdaħħal fil- ħmieġ tagħhom, magħhom? Possibbli ma kienx jaf u ma qallux Keith (Il-ħabib! Fih ħabib ukoll!) kif xi ħadd security tiegħu kien mar jiltaqa' ma' Melvin euma ġo garaxx? Ma qallux fuq dawk il- karti rashom 'l isfel li kien bagħat lil Yorgen Fenech, permezz tat-tabib tiegħu? Sewwa qal Joseph Muscat, meta sostna li ilu wisq fis-silenzju. Wasal iż-żmien li jitkellem, iva. Biex jgħidilna għaliex baqa' jiddefendi lil tnejn minn nies li ħammġu isem Malta u isem il-Partit Laburista. Għalfejn baqa' jiddefendi lil Keith Schembri minkejja li huwa implikat fl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia? Għalfejn ħass li qabel l-arrest u r-riżenja ta' Schembri kellu jiltaqa' miegħu fid-dar tiegħu f 'Burmmarrad? Il-Labursiti akkaniti huma rrabjati li ġara dak li ġara fil-konfront tiegħu. Pero' dawk li vvotawlu u fdaw fih u emmnu fih u ma kinux Laburisti akkaniti, irrabjati għax baqa' jiddefendi lill-aktar nies li qatt għamlu ħsara lill-Partit Laburista minn kemm ilu jeżisti, għax użawh u inqdew bih biex jistgħanew. Biex jieħdu l-commissions u jaħbuhom f 'kumpaniji sigrieti. Għax qagħdu jċekċku t-tazzi mal-miljunarji perikolużi, li qatt ma kienu jħobbu lil- Labour, li qatt ma kienu vera ħbieb ta' Muscat jew tal-ħaddiem, imma li użaw lill-Partit Laburista biex buthom jeħxien daqs ħanżir. Forsi fl-aħħar, iva, wasal iż-żmien li jitkellem Joseph Muscat. Biex dik iż-żrara li qal li għandu fiż- żarbun, ineħħiha ma jdumx! Għaliex bqajt tiddefendi lil Keith u Konrad?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 January 2022