Illum previous editions

ILLUM 23 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1445229

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 23 TA' JANNAR 2022 • illum 'Nemmen ħafna fit-teknokratiċi tkun f'idejn nies li jifhmu fis-setturi' YENDRICK CIOFFI Sena wara li daħal fil-Parlament, il-gazzetta ILLUM iltaqgħet mad- Deputat Oliver Scicluna u tkellmet miegħu dwar l-esperjenza tiegħu fil-politika u dwar kummenti li għadda fl-aħħar jiem dwar il-klijenteliżmu u l-bżonn ta' riforma elettorali. Bdejna nitkellmu ma' Scicluna fuq l-esperjenza tiegħu fl-aħħar sena, bid-Deputat jisħaq li anke jekk kien hemm persuni li kienu jħeġġuh jidħol fil-politika, hu dejjem ħass li din mhijiex it-triq tiegħu. Fi kliemu, l-aħbar li l-Prim Ministru xtaq li hu jkun co-opted fil-Parlament kienet "bħal sajjetta fil-bnazzi" għax ma kienx qiegħed jistenniha. "Jiena bniedem irrispettat min- Nazzjonalisti u l-Laburisti. Bħala Kummissarju għad-Diżabbilità kont irrispetatt anke mill- Oppożizzjoni. Meta tissieħeb ma' partit, ikun hemm min jibqa' jħares lejk bl-istess mod, imma jkun hemm min ibiddel il-fehma tiegħu. Għad għandi ħbieb Nazzjonalisti li għadhom jirrispettawni imma jgħiduli li mhux posti hawn," insista. 'Il-politika għalija kienet u għadha sfida' Minkejja li issa huwa Deputat u daħal ukoll fl-istrutturi tal-Partit Laburista, Scicluna jqerr mal- ILLUM li għadu jħossha diffiċli biex jaġixxi bħala politiku. "Il-politika f 'Malta hija wisq partiġġjana u jiena dik ma tantx inħobbha. Għalija din kienet u għadha sfida. In-nies drawni. Kritika nagħmilha u bħala backbencher obbligat nagħmilha. Nagħmilha b'mod ġust għax verament irrid nara Gvern b'saħħtu," saħaq Scicluna. "Jiena miniex yes man. In-nies jafu li jiena nitkellem b'mod onest. Jista' jkun li xi drabi nispara f 'sieqi imma nippreferi hekk." Ġaladarba huwa jisħaq li qatt ma kien jimmaġinah fil-politika, l-ILLUM tistaqsih x'fettilu jaċċetta li jiġi co-opted, aktar u aktar meta daħal f 'waħda mill-aktar leġislaturi mqallba fl-istorja. "Ma dħaltx fl-isbaħ żmien." ammetta Scicluna. Insista li aċċetta t-talba ta' Robert Abela għax kellu fiduċja fih. Qal li qabel daħal fil- Parlament, kellu ċ-ċans jara lil Abela jmexxi fi żmien diffiċli u bla preċedent tal-pandemija u seta' jafdah anke għax hu jemmen ħafna fil-politika soċjalista. Kien hawn li l-ILLUM tfakkru li hawn min jakkuża lill-Partit Laburista li mexa lilhinn mill- għeruq soċjalisti tiegħu. "Imma żgur ukoll li l-Partit Nazzjonalista mhuwiex soċjalista. Allura bla dubju nibqa' aktar inklinat lejn il-PL," saħaq Scicluna. 'Robert Abela jista' jerġa' jqarreb lill-PL lejn is-soċjaliżmu' Insista li l-Partit Laburista ħoloq ħafna ġid, speċjalment fost iż-żgħir u dawk l-aktar batuti. "Jiena kien idejjaqni it il-fatt li konna nitkellmu ħafna fuq pro-business. Imma fl-istess ħin, għax ġie mgħejjun in-negozju, l-ekonomija ssaħħet u għalhekk il- Gvern seta' jgħin aktar lil dawk fil- faxxa ta' isfel," saħaq id-Deputat. Kompla li hu jemmen ħafna li Robert Abela huwa dak li jista' jerġa' jqarreb lill-Partit Laburista lejn is- soċjaliżmu. Fi kliemu, prova ta' dan huma deċiżjonijiet li ħa biex jgħin gruppi żgħar ta' nies. Fakkar pereżempju fl-iskema New Home għal dawk il-persuni li jkunu jridu jixtru post u minħabba kundizzjonijiet li kellhom, kienu qed jispiċċaw ma jingħatawx life insurance. "Mhux nitkellmu fuq eluf ta' nies. Qed nitkellmu fuq politika għall-it li jiena nħobbha ħafna. Għall-it, jiġifieri għall-batut mhux għas- sinjur. Nagħmilha ċara u tonda. Jiena dħalt fil-politika mhux għal min hu għaddej tajjeb imma għall- batut. Dik hija l-politika. Li nagħtu l-għodod lin-nies biex ikunu kapaċi jgħixu indipendenti mill-għajnuna tal-Gvern," kompla jisħaq. Semma wkoll il-mediċina li l-Gvern qed joffri lil dawk li jbatu minn Cystic Fibrosis. Scicluna saħaq li meta persuna spjegatlu kemm tiswa l-mediċina beda jaqta' qalbu, iżda insista li l-Prim Ministru kien determinat mill- ewwel li jagħtiha. "Hemm xi għoxrin ruħ li jbatu minn din il-kundizzjoni. Abela kien deċiż li jgħinhom. Dik tagħmilli kuraġġ għax ngħid li l-Prim Ministru għandu qalbu maż-żgħir. Ma jimpurtax kemm hemm nies. L-aqwa li ngħinuhom," saħaq Scicluna. Kien hawn li saħaq li huma dawn l-affarijiet li jagħmlulu kuraġġ biex jibqa' fil-Partit Laburista, anke jekk dan ma jfissirx li jabqel ma' kull ma jsir. "Hemm affarijiet li nitkellimhom fl-istrutturi tal-Partit u hemm oħrajn li jitkellem fuqhom fil- pubbliku," insista. Tkellimna fuq il-famuża co- option li biha huwa daħal fil- Parlament. Wara li kien irriżenja Edward Scicluna minn Deputat, Gavin Gulia kien elett f 'elezzjoni każwali iżda rriżenja minuti biss wara li ħa l-ġurament. Kien għalhekk li l-PL għażel lil Scicluna b'co-option. 'Qiegħed hawn mhux biex naqdi lill-PL imma lin-nies' L-ILLUM staqsiet lil Scicluna jekk jaħsibx li din il-mossa kienet inġusta, anke għax dan ifisser li hu qed jieħu post oħrajn li n-nies ivvotaw għalihom. "Hemm min jizzikani fuqha. Jista' jkun li qed nieħu post ħaddieħor. Aħna nissejħu onorevoli u tkun onorevoli skont kif taġġixxi. Nemmen li f 'dawn l-aħħar tnax-il xahar mxejt ta' onorevoli lejn in- nies. Il-Partit Laburista sellifli dan is-siġġu, imma daqslikieku tellawni n-nies. Qiegħed hawn mhux biex naqdi lill-Partit Laburista imma biex inkun il-vuċi tan-nies hemm barra," saħaq Scicluna. "Qed inkun leali lejn il-ġurament li ħadt u lejn in-nies. Issa fl-elezzjoni li ġejja n-nies se jkollhom l-għażla." 'Deputati u kandidati b'diżabbilità għandhom jingħataw assistent personali' Qlibna d-diskors u tkellimna fuq is-settur li huwa ħafna għal qalbu, jiġifieri s-settur tad-diżabbilità. Saħaq li l-Parlament huwa aċċessibbli ħafna, kemm mill-aspett tal-istaff u anke l-istruttura. "Jiena naħdem daqs kull membru Parlamentari ieħor. Immexxi l-Kumitat Permanenti tal-Affarijiet Barranin u Ewropej u jiena attiv ħafna fil-Kamra," insista. Mill-banda l-oħra saħaq li l-ħajja politika toffri ħafna sfidi lill-persuni b'diżabbilità bħalu, bħad-Deputat Kevin Cutajar u anke kandidati li jkunu se jikkontestaw l-elezzjoni. "Politiċi oħra jagħmlu d-door to door. Jiena nagħmel, imma hemm limitu. Kandidat ħabib tiegħi, li juża s-siġġu tar-roti, isibha diffiċli. Għandu nofs id-distrett mhux Id-Deputat Oliver Scicluna intervistat mill-gazzetta ILLUM. Jisħaq li Robert Abela huwa dak li jista' jerġa' jqarreb il-PL lejn is-soċjaliżmu u jipproponi wkoll li jitneħħew id-distretti elettorali u jkun hemm lista waħda ta' kandidati għall-pajjiż kollu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 January 2022