Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1445229
13 intervista illum • IL-ĦADD 23 TA' JANNAR 2022 Ritratt meħud minn: James Bianchi fit-teknokratiċi ... l-amministrazzjoni għandha fis-setturi' aċċessibbli. Allura jista' jkun fi żvantaġġ," insista. "Kevin Cutajar ma jsuqx u allura jrid min-nies." Kien għalhekk li saħaq li persuni b'diżabbilità li jidħlu fil-politika, ġaladarba, f 'dan is-sens, huma żvantaġġati, għandhom jingħataw għajnuna. Qal li ma jemminx li għandu jkun hemm xi kwoti, għax hu jrid jiġi elett bil-kapaċità tiegħu, imma almenu jkun hemm miżuri li jgħinuhom. Scicluna qed jipproponi li kull Deputat b'diżabbilità u l-kandidati rreġistrati, jingħataw assistent personali biex ikun jista' jgħinhom. "Li jkollna xi ħadd magħna full- time, biex jgħinna, ma naħsibx li nkunu qed nisirqu mit-taxxi tan-nies," insista Scicluna. Fakkar li dan huwa mniżżel fl-istrateġija nazzjonali imma ma jistax jiem għaliex fuq xi ħaġa sempliċi hekk, għandu jkun hemm it-tkaxkir tas- saqajn. 'L-aċċessibbilità mhux titjib ... bil-kostruzzjoni għamilna ġungla' Anke qabel daħal fil-politika, l-ILLUM tkellmet diversi drabi ma' Scicluna fuq l-aċċessibbilità fil-lokalitajiet għall-persuni b'diżabbilità. L-ILLUM tistaqsih jekk jaħsibx li sar titjib. "Mhumiex aċċessibbli. Mill-2011 sal-2014 kont immexxi għaqda u konna nitkellmu fuq l-aċċessibbilità. Mhux se nkun ġifa u għax qiegħed mal-Labour ngħidlek li tjiebet. Saru affarijiet żgħar. Il-Gvern kien għamel avviż legali kuraġġuż rigward l-aċċessibbilità imma mhux qed ninfurzawh," wieġeb. Qal li huwa jemmen li għandha ssir analiżi serja tal-aċċessibbilità f 'kull lokalità. "Inkunu qed niffaċċilitaw il- ħajja mhux biss għall-persuni b'diżabbilità imma anke għall- anzjani u s-sigurtà ta' kulħadd. Bil- kostruzzjoni li kellna fl-aħħar snin, ġungla għamilna. Qlajna bankini u jew bqajna mingħajrhom jew imlejnihom rampi għall-garaxxijiet u ġibnihom qishom roller coaster. Irid ikollna uniformità. Bankina nħalluha għan-nies biss u mhux issir għall-imwejjed u s-siġġijiet. Mhux nitlob ħafna," insista. Kompla jinsisti li kulħadd jista' jagħmel il-parti tiegħu. Fi kliemu, anke l-mod kif jiġi mormi l-iskart filgħodu, irendi diversi bankini mhux aċċessibbli. 'Persuni b'diżabbilità għandhom ikunu inklużi fid- diskussjonijiet dwar l-oqsma kollha' Scicluna saħaq ukoll li għalhekk huwa importanti li l-persuni b'diżabbilità jkunu inklużi fid- diskussjonijiet fl-oqsma kollha. Semma pereżempju d-diskussjoni dwar miżuri ta' mitigazzjoni għall- isfida tat-tibdil fil-klima. Saħaq li l-pajjiż tkellem fuq kollox, ħlief l-impatt tal-miżuri fuq il-persuni b'diżabbilità. "Nieħdu l-karozzi elettriċi. Persuni b'diżabbilità diġà tonfoq aktar biex tixtri karozza li taħdem bil-uwil, aħseb u ara biex tixtri karozza li taħdem bl-elettriku u li tkun addattata għaliha," spjega. "Persuni bħali u bħal Kevin għandna nkunu inklużi fid-diskussjonijiet kollha. Il-politiċi kollha jridu jimu li l-persuni b'diżabbilità huma fl- akbar minoranza." Appella biex il-pajjiż jibda jitkellem fuq is-settur tad- diżabbilità, bl-istess serjetà u professjonalità li bihom jitkellem fuq is-settur tal-enerġija, l-ambjent, l-infrastruttura u oħrajn. Klijenteliżmu: 'F'Malta l-politiku saru qisu ċelebrità' Fl-aħħar jiem, Scicluna tkellem ukoll kontra l-klijenteliżmu u saħaq li jħossu ħażin kull darba li jmur xi ħadd għandu u jgħidlu: "jekk taqdini naħseb fik." Iżda tagħtihom tort lin-nies meta kważi kulħadd jaf lil xi ħadd li ngħata xi mpjieg bis-saħħa ta' xi Ministru? Dawn il- ħafna uffiċini fil-lokalitajiet, b'wiċċ il-Ministru, mhux qegħdin hemm għall-estetika biss. Insista li hu jitkellem kif jitkellem għax jixtieq jara lil kulħadd jimxi 'l quddiem mingħajr ma jkollu bżonn imur għand il-Ministru jew il-politiku. "Qed ngħid politiku għax hawn min imur anke għand tal- Oppożizzjoni u dawn imorru għand il-Ministru. Dawn l-affarijiet ilhom isiru," saħaq. "Jiena għandi uffiċċju u allaħares ma jkunx hu għax in-nies ikunu jridu jiltaqgħu miegħek. Hemm min jiġi biex jitkellem u jgħidlek l-ideat tiegħu. Oħrajn anke biex ngħinhom jimlew xi applikazzjoni imma jiġu oħrajn għall-pjaċiri," saħaq. Insista li dan kollu jikkonferma kemm f 'Malta, il-politiku spiċċa daqslikieku kienu xi "ċelebrità." "Jiena nħossni skomdu. Noffendi ruħi meta jgħiduli biex naħseb fihom, għax jiena minn dejjem kont ngħin lin-nies anke meta kont Kummissarju. Dak iż-żmien ma kontx nagħmilha għall-vot," saħaq. Insista li l-politiku jrid jiem li qiegħed fil-politika biex iservi u n-nies jeħtieġ jimu li mhumiex obbligati lejn il-politiku. "Il-vot huwa tagħhom u jagħmlu li jridu bih," saħaq Scicluna. "Meta xi ħadd jgħidli li se jaħseb fija, jiena ngħidlu li l-vot huwa tiegħu. Jekk se ngħinek, se ngħinek għax irrid mhux biex tivvotali." Saħaq li l-Perit Michael Falzon, f 'artiklu fuq ġurnal, iddeskrivih bħala kuraġġuż imma "naive." Wieġeb li mhuwiex "naive" għax jaf li jista' jkun li qed jispara f 'saqajh. "Naive għax nitlef is-siġġu fil- Parlament? B'daqshekk! Jiena rrid lin-nies jivvotaw għal dak li jien," saħaq. Għadma iebsa fit-tieni distrett... Iżda l-ILLUM tistaqsih jekk jaffordjax li jaħsibha hekk meta fuq it-tieni distrett għandu kandidati bħall-Ministru Clyde Caruana, il-Whip Glenn Bedingfield, is- Segretarju Parlamentari Chris Agius u issa wkoll is-Sindku Bormliża Alison Zerafa Civelli, oħt mart il-Prim Ministru. "Jiena hekk magħmul. Jiena politiku ġdid u dak huwa l-mod kif nagħmel il-politika. Issa n-nies għandhom ċans li jagħżlu. Politiċi li jridu jimxu b'mod ġdid jew oħrajn," insista waqt li saħaq li n-nies tat- tieni distrett mhumiex nies ta' wara l-muntanji jew Laburisti li moħħhom biss fil-pjaċiri. 'Inneħħu d-distretti ... lista waħda ta' kandidati għall-pajjiż kollu' Scicluna tkellem ukoll dwar id- distretti elettorali u saħaq li Malta hija żgħira wisq biex ikollha tlettax- il distrett. Imma x'irid jgħid biha u x'differenza se tagħmel? Fakkar li kull distrett għandu madwar 26,000 ruħ b'lista infinita ta' kandidati u kull kandidat irid jiekol minn dawn is-26,000 vot. Fi kliemu, jekk se twessa', vera li se jkollok lista akbar ta' kandidati, imma almenu, kandidat partikolari, mhux jispiċċa jimportah biss minn distrett wieħed. "Jiena nemmen li għandna nneħħu d-distretti u jkun hemm lista waħda ta' kandidati bħal meta nivvotaw għall-MEPs. Hekk, Oliver Scicluna, mhux jimpurtah biss mit-tieni jew ir-raba' distrett imma minn Malta kollha," insista. "Il- Lussemburgu kważi daqs Malta u maqsum f 'sitt distretti." Insista li dan kapaċi jnaqqas il- klijenteliżmu u kapaċi jagħmel ukoll lill-politiku aktar viċin in- nies. Fakkar li l-MEPs ma jaqtgħux qalbhom u jduru kullimkien. "Jiena nsegwi ħafna lit-tliet MEPs żgħar tal-Labour u dawn iduru s-sena kollha mhux fl-elezzjoni biss. Jiena jdejjaqni l-fatt li l-politiku jiġi jħabbatlek il-bieb biss qabel l-elezzjoni," saħaq. 'Mhuwiex iż-żmien li Minsitru jidħol f'Ministeru qisu student' Oliver Scicluna jerġa' jkun elett u l-Prim Ministru jinkludih fil- Kabinett. F'liema settur jixtieq jaħdem? Scicluna saħaq li jħalli f 'idejn il-Prim Ministru iżda insista li hu ma jaċċetta qatt li jieħu rwoli li ma jiimx fihom. "Mhuwiex iż-żmien li Minsitru jidħol f 'Ministeru qisu student. Il-Prim Ministru jaf fejn jiena kompetenti u għalhekk, l-aqwa għażla għalih u għall-pajjiż, hija li nkun f 'qasam li jien kompetenti fih," insista. Kien hawn li saħaq li hu għalhekk jemmen fit-teknokratiċi għax, fi kliemu, dawn jidħlu fl-irwol b'viżjoni. Semma pereżempju lill-Ministru Clyde Caruana u saħaq li anke jekk qiegħed hemm b'co-option, huwa l-aħjar għażla biex ikun Ministru għall-Finanzi, l-istess bħalma Chris Fearne huwa l-aħjar għażla għall-Ministru tas-Saħħa u Edward Zammit Lewis biex imexxi l-qasam tal-ġustizzja. "Caruana huwa kandidat fid- distrett tiegħi imma nfaħħru. Bla xenxilli imma jaf x'inhu jagħmel. Il-pajjiż jitlef jekk ma jkunx hemm xi ħadd bħalu. Nemmen ħafna fit-teknokratiċi. Parlament bl-avukati biss, ma jmexxix pajjiż. Hawn vera ngħaddu l-liġijiet imma l-amministrazzjoni għandha tkun f 'idejn persuni li jimu fis-setturi," temm jisħaq id-Deputat.