Illum previous editions

ILLUM 23 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1445229

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' JANNAR 2022 • illum 'Dejjem affaxxinajt ruħi u tkexkixt Ħarsa lejn it-turiżmu oskur Qatt ħlomt li ssiefer biss biex iżżur post fejn mietu n-nies? Ġieli smajtu bit-turiżmu oskur? L-ILLUM titkellem mal-Professur James Sultana li jħobb, jgħix u jgħallem it-turiżmu oskur u spjega x'wasslu biex jibda' jirriċerka dan il-qasam … ANTHEA CACHIA Il-maħbuba tat-turiżmu oskur mhi ħadd ħlief l-istorja għaliex it-tnejn flimkien jaħdmu id f 'id u mingħajr xulxin l-eżistenza tagħhom mhux possibli. Ħafna jargumentaw li t-turiżmu oskur huwa sfruttament ta' għexieren ta' ċivilizazzjonijiet li sofrew it-tbatija. Għalhekk il-gazzetta ILLUM staqsiet lill-Profs James Sultana - li rrefera għal dan it-tip ta' turiżmu bħala t-turiżmu oskur- jekk hux etiku li f 'post li fih seħħet traġedja jintuża għal skopijiet kummerċjali. L-ILLUM tkellmet ukoll ma' Charmaine Bugeja, gwida grawdata fl-istorja u l-ewwel persuna f 'Malta li bdiet tagħmel żjarat f 'postijiet storiċi u sinonimi fejn jidhru l-iħirsa. Qabel xejn, x'inhu dan it-tip ta' turiżmu u x'għandu x'jaqsam ma' Malta? It-turiżmu oskur f 'Malta huwa wieħed vast. It- turiżmu oskur huwa ħafna aktar sempliċi minn dak li wieħed jaħseb. Dan it-tip ta' turiżmu m'huwa xejn ħlief meta persuni jżuru siti speċifiċi f 'pajjiżi għaliex fi ħdanu tkun ġrat xi diżgrazzja, traġedja jew xi qtil. Fil-Polonja nsibu l-Auschwitz, fl-Ukrajna hemm Chernobyl, fl-Italja hemm Pompeii, fil- Ġappun hemm Hiroshima u fl-Istati Uniti hemm it-Twin Towers (Ground Zero). Sultana spjega li f 'pajjiżna hawn ħafna postijiet li jistgħu jiġu klassifikati bħala turiżmu oskur fosthom il-Palazz tal- Inkwiżitur fil-Birgu, ċimiterji bħal tal-Imsida Bastions kif ukoll l-Imdina dungeons. Fakkar li huwa importanti li ma nassoċjawx it-turiżmu oskur ma attrazzjonijiet makabri biss. "It-turiżmu oskur isir ukoll f 'postijiet fejn għalkemm ma jidirx makabru mal-ewwel daqqa t'għajn, nafu li fihom seħħew episodji ta' tbatija kbira u ta' mewt. Fil-fatt l-iktar li huwa assoċjat it-turiżmu oskur huwa mal-mewt, traġedji u t-tbatija," qal Sultana. Minn naħa l-oħra Bugeja saħqet li filwaqt li ma tafx b'turisti li jiġu f 'pajjiżna speċifikament għal uħud minn dawn is-siti hija spjegat li jkun hemm ħafna interess minn nies dwar l-istorja ta' Malta, speċjalment fuq postijiet fejn saret traġedja kbira. Fil-fatt, Bugeja ta' sikwit ikollha persuni Maltin li jipparteċipaw fit-tours tagħha. Hija qalet li tieħu gost meta tkun gwida tal- Maltin għaliex l-Maltin stess jerġgħu jirrakkontaw l-istejjer li tgħallmu lill-ġenerazzjonijiet tal-futur u b'hekk l-istejjer jibqgħu jiċċirkolaw. Bugeja żiedet li l-bnedmin jiġu mqanqla mill-kurżità, anke jekk ma jemmnux f 'ċertu affarjiet, fosthom il-preżenza tal-ispirti. Hija tirrakkonta kif daħlet f 'dan il-qasam wara l-mewt tan-nannu tagħha. Mill-2008 bdiet tagħmel it-tours fl-ibliet Maltin. Meta din il-gazzetta staqsiet lill-Sultana, għaliex persuna tieħu interess f 'post li qabel fih kien hemm tbatija u niket huwa wieġeb li ħafna psikologi, Il-Kamp ta' Konċentrament ta' Auschwitz fil-Polonja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 January 2022