Illum previous editions

ILLUM 23 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1445229

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 23 TA' JANNAR 2022 tkexkixt bil-krudeltà tal-bniedem'… filosofi, antropologi, soċjologi u storiċi staqsew din id-domanda. "Ħarġu b'ħafna spjegazzjonijiet u ideat għaliex jseħħ dan. Hemm min jgħid li l-bniedem għandu kurżità ġo fih fuq il-mewt. Hemm min jgħid li meta tara t-tbatija ta' ħaddieħor tħoss li qed tifhem aktar il- ħajja. Hemm oħrajn li jsemmu l-empatija. Il-lista ma tieqaf qatt," kompla Sultana 'Ma kontx naf li qed nieħu sehem fit-turiżmu oskur' Sultana rrakkonta kif l-interess tiegħu lejn dan is-suġġett beda' kemmxejn differenti. Huwa qal li minn dejjem affaxxina ruħu u tkexkex bil-krudeltà tal-bniedem, "li wieħed kapaċi jinżel tant fil-baxx li jweġġa lil bniedem," qal Sultana. Jgħid ukoll li n-namra tiegħu hija l-istorja. "Kien dejjem jinteressani ħafna l-istorja tat- tortura fost oħrajn. Meta kont insiefer u nsib xi wirja jew mużew tat-tortura kont inżuru … Iżda ma kontx naf li qiegħed nieħu sehem fit-turiżmu oskur," kompla jirrakkonta Sultanta. Prattiċi kulturali u reliġjużi bħal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira jagħmlu parti mit- turiżmu oskur? Sultana saħaq li l-Ġimgħa l-Kbira hija prattika reliġjuża li tixhed devozzjoni, "iżda, naturalment, l-elementi li naraw fiha huma ta' tbatija. Naraw persuna li ġie ittorturat sal- mewt, mewt m i l l - a k t a r kiefra." Huwa kompla jgħid li dan ifisser li għal dawk li għandhom interess fit-turiżmu oskur, din tista' tkun attrazzjoni wkoll. "Ma ninsewx li aħna mdorrijin naraw purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira. Jien dilettant ħafna tal-Ġimgħa l-Kbira u trabbejt il-Belt fejn hemm t r a d i z z j o n i qawwija. Iżda nista' nimmaġina turist li qatt ma ra xi ħaġa bħal din, x'reazzjoni jista' jkollu meta jara l-vari tagħna, li huma tant sbieħ u artistiċi daqs kemm huma makabri fir-realiżmu tagħhom," tenna Sultana. 'Ma nara xejn ħażin li jkun hemm nies li jmorru jaraw iċ-ċimiterji iżda irid jinżamm ir-rispett u d-dinjità' Din il-gazzetta staqsiet jekk hux etiku li post li fih seħħet xi traġedja għandux jintuża għall- skopjiet kummerċjali. Għal dan Sultana rrimarka li dan id- dibattitu ilu li beda mill-bidu nett li t-turiżmu oskur beda jiġi studjat fis-snin 90 iżda jiddependi mill-bniedem kif iħares lejn dan it-turiżmu u li mitt bniedem, mitt fehma. "Jiddependi minn x'post hu, minn kemm il-ġrajjiet li seħħet fit għadhom friski fil-memorja kolletiva jew le. Jiddependi wkoll mill-mod ta' kif isiru l-affarjiet. Huwa ħażin li bniedem iħallas miżata ċkejkna bien jidħol il- Palazz tal-Inkwiżitur? Kif jista' l-mużew ikompli għaddej jekk ma jirkuprax l-ispejjeż u jħallas lill-ħaddiema?" staqsa Sultana. Minn naħa l-oħra huwa saħaq li mhuwiex daqstant etiku li wieħed j i k k u m e r ċ j a l i z z a ċimiterju li għadu jintuża. Huwa enfasizza li ma jara xejn ħażin li jkun hemm nies li jżuru l - p o s t iżda jrid j i n ż a m m i r - r i s p e t t u d-dinjità tal-post. Sultana żied li "jekk kollox isir b'raġuni ġusta u mingħajr e s p l o j t a z z j o n i , nemmen li ma jkun hemm xejn li jmur kontra l-etika." 'Dejjem kelli l-bżonn fija li dak li naf naqsmu ma ħaddieħor' Sultana jgħid lill-ILLUM li l-passjoni tiegħu lejn it-turiżmu oskur baqa' jikber. Huwa attenda diversi konferenzi u għamel ħafna riċerka tant li ħass li dak li tgħallem u skopra kellu jaqsmu ma' ħaddieħor. Kien hawn li twieled il-kors tat-turiżmu oskur fl-Università ta' Malta. Huwa temm jgħid li dan il- kors, li jieħu madwar 28 siegħa, diġà sar tliet darbiet u li ntlaqa' tajjeb ħafna man-nies. Il-Palazz tal-Inkwiżitur fil- Birgu James Sultana Charmaine Bugeja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 January 2022