Illum previous editions

ILLUM 23 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1445229

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 analiżi illum • IL-ĦADD 23 TA' JANNAR 2022 MUSCAT jekk it-tluq tiegħu laħaq apiċe mill- aktar perikoluż bi protesti kbar u tensjoni politika xi it jew wisq kerha, huwa xorta baqa' maħbub ma' ħafna Laburisti. U hemm raġuni għal dan. Muscat ħadha qatta' bla ħabel kontra l-alleati tradizzjonali, kontra dawk li ħafna Laburisti jikkunsidraw bħala "l-establishment" - jiġifieri l-PN - u ċerti elementi fi ħdanu - il- Knisja, l-ġudikatura/avukati, ċerta sezzjoni tal-midja - speċjalment dik bl-Ingliż u kontra dawk kollha assoċjati, inkluż Daphne Caruana Galizia u s-segwaċi tagħha. Mela allura f 'għajnejn ħafna Laburisti Muscat jibqa' l-vittma ta' attakki minn Nazzjonalisti u minn dawk kollha li dejjem kellhom antipatija lejn il-Labour, lejn ix- xellug u lejn il-ħaddiem. Mintoff bena' l-qawwa tiegħu permezz tal- avversarji qliel li kellu u Muscat l-istess għamel. Il-Laburisti jaraw f 'Muscat persuna li "gidbu fuqu" u fuq il-familja tiegħu, speċjalment minħabba Egrant. Fil-fatt mhux xi sigriet li minkejja illi ħafna ħasbu li l-effett tal-istorja ta' Caruana Galizia li kienet tallega illi Egrant hija ta' Michelle Muscat kienet se twassal għall-kollass fl-appoġġ lejn Muscat, il-kuntrarju kien il-każ hekk kif Muscat baqa' b'appoġġ li jaqbeż il-35,000 vot fl-2017. L-attakki kienu ta' sikwit ukoll isiru fuq it-tfal, kemm jekk fuq l-għażla ta' isimhom, kemm għax ġieli kienu jidhru pubblikament ma' Muscat u f 'dan il-każ għax saħansitra ġew ikkonfiskati l-mobiles tat-tfal. Kull darba li jidħlu it-tfal fix-xena, Muscat jissaħħaħ b'aktar qawwa. Abela - fit-tentattivi tajbin u meħtieġa tiegħu - biex jibni l-pontijiet, saħansitra mal-familja ta' Daphne Caruana Galizia kif ukoll ma' xi ħadd bħal Metsola, qed jonqos milli jibni l-immaġini tal-vittma li kontrih qed jiġġieled l-avversarju. Il-fatt li l-avversarji tal-PL mhumiex qed jattakkaw lil Abela daqs kemm kienu jattakkaw u jikkritikaw lil Muscat, ifisser li l-Mexxej Laburista kurrenti ma jistax jilħaq l-istess sens ta' lealtà li għandu sal-lum Muscat. Għax Muscat ma kellux l-intoppi, l-isfidi u l-problemi nazzjonali kontinwi li sab ma' wiċċu Robert! Il-fatti jibqgħu li minkejja illi Muscat sab oppożizzjoni qalila kontrih, ma kellux jiffaċċja l-agħar kriżi li qatt iffaċċjat Malta (u d-dinja) permezz ta' pandemija u lanqas kellu jiffaċċja t-test tal-FATF, li parzjalment jaf ma għaddejnihx minħabba l-pożizzjoni li ħa hu stess fil- konfront ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi. Muscat lanqas kellu l-prezzijiet tal-ġwież u l-qamħ u l-elettriku u l-fjuwil telgħin bħal ma għandu Abela llum. Fi ftit kliem l-isfidi li qed jiffaċċja Abela llum li jirrikjeduh jieħu deċiżjonijiet diffiċli ħafna u fil-ħin, id-deċiżjonijiet dwar il-bilanċ bejn is-saħħa u l-ekonomija, ma kellux jeħodhom Muscat. Huwa faċli li żżomm l-appoġġ u s-saħħa tal- vapur meta t-temp huwa tajjeb imma meta jibda l-maltemp kull deċiżjoni ser iġġiblek kritika, reżistenza, problemi u tgergir. Għalkemm probabbilment il- maġġoranza tal-poplu jirrealizza dan, xorta jibqa' fatt li l-feel- good-factor ta' żmien Muscat ma għadux hawn u l-ingassa tal- FATF issa bdiet tagħfas, filwaqt li l-kawżi l-Qorti fuq l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia jew chats li Fenech kellu ma' membri tal-Kabinett fi żmien Muscat, issa ħerġin! Għal Abela t-triq kienet għat-telgħa u għat-telgħa, iktar għedewwa tagħmel milli ħbieb. "Għax Muscat oratur kbir u għamel il-ġid!" Finalment wieħed ma jistax ma jsemmix il-preġji ta' Muscat bħala raġuni għall-appoġġ li għandu. L-ewwelnett Muscat ġab fil-pajjiż bidliet soċjali li sa qabel l-2013 lanqas qatt ma konna nemmnu li jseħħu - primarjament unjoni ċivili u wara żwieġ ugwali bejn persuni tal-istess sess. Sussegwentement Muscat ġab bidliet oħrajn f 'dan il-qasam, bħall-Liġi tal-Ġeneru u l-ewwel bidliet fil-Liġi tal-IVF. Muscat mexxa Gvern li ftit li xejn żied taxxi diretti u li ppresieda pajjiż fejn kien hawn tkabbir ekonomiku qawwi u l-flus kien qed jiġu ġġenerati sew għan-negozji. Il-kostruzzjoni, it-turiżmu u setturi oħrajn bdew jaraw rekord fuq rekord ta' negozju filwaqt li l-qgħad kien fl-inqas livelli. Muscat kien ukoll oratur eċċellenti, xi ħaġa li kulħadd jammetti - anke l-akbar avversarji tiegħu. Kien tgħallem kif jgħaddi l-messaġġ b'mod effettiv u bl- aktar mod emottiv. L-oratrija mhix kollox, imma hija importanti jekk trid li l-messaġġ tiegħek jasal u Muscat kien jafha din u ħadem fuqha bil-kbir. F'għajnejn ħafna Laburisti Muscat jibqa' l-vittma ta' attakki minn Nazzjonalisti u minn dawk kollha li dejjem kellhom antipatija lejn il- Labour, lejn ix-xellug u lejn il-ħaddiem. Mintoff bena' l-qawwa tiegħu permezz tal- avversarji qliel li kellu u Muscat l-istess għamel

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 January 2022