Illum previous editions

ILLUM 23 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1445229

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 analiżi IL-ĦADD 23 TA' JANNAR 2022 • illum Kull darba li jitkellem Joseph Muscat eluf jerħulha fuq Facebook biex jaraw x'għandu xi jgħid u parti sostanzjali tal-għeruq Laburisti jinfexxu f'ċapċip u eloġji. Imma dan għaliex? Kif Joseph Muscat jibqa' daqstant maħbub? X'kellu kontrih Muscat li Abela għad ma għandux? L-ILLUM tanalizza... JOSEPH MUSCAT Għalfejn għal ħafna votanti Laburisti għadu meqjus bħala l-KING? ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din il-ġimgħa l-eks Mexxej Laburista u eks Prim Ministru Joseph Muscat tefa' filmat li fih huwa żvela kif il-Pulizija marru d-dar tiegħu u apparti li staqsewh elenku ta' mistoqsijiet fuq il-kuntratt mal-Vitals Global Healthcare kkonfinskaw ukoll il-mobiles tiegħu, ta' martu u anke ta' uliedu. Dan wassal għal reazzjonijiet qawwijin minn mijiet ta' Laburisti fuq Facebook, diversi appelli għal turija ta' appoġġ lejh u messaġġi ta' eloġju, tifħir u aġġettivi superlattivi lejn Muscat. Muscat dejjem kien xi it enigmatiku. Aktar milli hu kien enigmatiku, huwa l-appoġġ qawwi u l-lealtà assoluta ta' diversi attivisti u uffiċjali Laburisti lejh, li hija. Intensità ta' appoġġ li Abela għad ma għandux. Allura għaliex minkejja l-allegazzjonijiet kollha u s-suspetti fuqu Muscat jibqa' daqstant popolari mal-għeruq? U għaliex huwa imperattiv għal Robert Abela li ma jnaffarx wisq lil Muscat, mingħajr ma jidħol fir-riskju li jifred lill-Partit Laburista? Għax il-votanti li jappoġġjaw lil Muscat huma politikament għomja? Għaliex għad hemm ċerta' lealtà lejn Muscat, li forsi Abela għadu ma jikkmandax? Għaliex għal ħafna Laburisti Muscat għadu 'il- King'? Għax Muscat ħareġ lil-Laburisti minn 25 sena ta' telf u daħħalhom f'10 snin ta' suċċessi elettorali rekord! Irridu naraw minn fejn beda Muscat. Muscat beda meta l-Partit Laburista kien ilu fl-Oppożizzjoni 19-il sena. Kien tilef l-maġġoranza ta' voti fl-1981, 1987, 1992, 1998, 2003 u anke fl-2008 - elezzjoni li ħafna kienu jaħsbu li l-Partit Laburista kien se jirbaħ, anke jekk mhux b'wisq! Il-Partit Laburista li ħa Muscat kien dak li f '21 sena kien fil-Gvern biss darba, għal 22 xahar biss hekk kif kellu jkun eks-Mexxej tal-istess partit (Dom Mintoff) li jwaqqa' l-Gvern ta' Alfred Sant fuq vot ta' fiduċja marbut ma' proġett fil-Kottonera. Dan ifisser li Muscat ħa t-tmexxija ta' partit li kien qata' qalbu li jirbaħ u li kien xi it jew wisq mifrud f 'fazzjonijiet differenti, li għalkemm qatt ma kienu pronunzjati u fi gwerra pubblika daqs dawk fil-PN (kontra u favur Delia) kienu preżenti u kien magħruf li ċerta episodji waslu biex dawn il-qasmiet ggravaw. Fost dawn l-episodji kien hemm il-famuża siegħa żejda fil-ħin tal- votazzjoni, li kienet maqbula bejn il-partiti, bil-PL rappreżentat minn Michael Falzon u b'bosta jwaħħlu f 'din is-siegħa għat-telfa żgħira imma xorta devastanti tal-PL fl- 2008. Muscat ħa wkoll iżda partit f 'idejh li kien tilef ħafna mill- ġenerazzjoni żagħżugħa li mmilitat wara l-viżjoni u l-idea ta' Malta membru tal-Unjoni Ewropea, kontra l-Partnership li l-Malta Labour Party (dak iż-żmien hekk kien jismu) ma kienx irnexxielu jfiehem u jispjega sew lill-poplu. Dan apparti li l-Partnership kien kunċett xi it jew wisq stramb għal bosta dak iż-żmien. L-MLP kien partit mifni bil- paranoja u li kien sar xi it jew wisq esklussiv. Id-differenza bejn dan il-partit u l-Partit Laburista tal-2013, tal- 2017 u anke tal-lum hija enormi. Ftakru li hawnhekk qed nitkellmu fuq il-Partit mhux fuq il-Gvern! Il-Partit Laburista issa ilu 13- il sena jikseb maġġoranzi rekord li lanqas qatt ma kien joħlom li jikseb il-Partit Nazzjonalista. Minn distakki ta' 13,000 vot, mill-2009 bdejna nitkellmu fuq maġġoranzi ta' 33,000 vot u aktar. Muscat litteralment kaxkar lill-PN fl-2009, 2013, 2014, 2017 u finalment fl- 2019 - jekk nieħdu biss elezzjonijiet fuq bażi nazzjonali. L-akbar rebħa kienet tal-2019 - b'maġġoranza ta' madwar 43,000 vot minn fuq il- Partit Nazzjonalista, dak iż-żmien immexxi minn Adrian Delia. Muscat ressaq lejn il-partit eluf kbar ta' votanti tradizzjonalment Nazzjonalisti, mijiet ta' negozjanti li sa it qabel kienu jaraw lill-Partit Laburista bħala l-għażla naturali fl-Oppożizzjoni, eluf ta' nies li qatt ma kienu ħolmu li jivvutaw Labour. U minkejja l-problemi u skandli li heżżew lill-Gvern Laburista u minkejja li l-Partit Laburista fil-fatt tilef eluf ta' voti f 'appoġġ, huwa rnexxielu jagħmel tajjeb għal dawn, b'voti ġodda ta' votanti tradizzjonalment Nazzjonalisti u votanti żgħażagħ. Muscat wettaq bidla sħiħa fid-dehra tal-PL, mill-maktur sal-isem, sal-mod ikkoordinat u professjonali kif isiru l-attivitajiet u kif Muscat kien jidher u jippreżenta lilu nnifsu wkoll. L-immaġini tal- PL lanqas biss baqa' jintagħraf minn dak tal-MLP. Għax lil Muscat "messewlu l-famlija" u "gidbu fuqu" Anke jekk Muscat irriżenja minn Mexxej Laburista meta l-Gvern kien maħkum minn allegazzjonijiet ta' impunità, korruzzjoni u mdawwar b'nies li kienu ġew implikati (għalkemm qatt akkużati sa issa) fl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u anke

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 January 2022