Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1445229
09 illum • IL-ĦADD 23 TA' JANNAR 2022 aħbarijiet Bdiewa u raħħala bħalissa: Jew jgħollu l-prezzijiet jew jistgħu jżarmaw! Il-gazzetta ILLUM titkellem mal-Fondazzjoni MaYA dwar iż-żieda li qed jesperjenzaw il-bdiewa kif ukoll ir- raħħala, li eventwalment qed twassal għal aktar spejjeż fi bwiet il-familji. MARIANNA CALLEJA Sena ilu, il-gazzetta ILLUM żvelat li l-qamħirrun u l-qamħ kienu fost iċ-ċereali li raw żieda fil-prezz ta' 8% f 'xahar wieħed biss. Il-fornituri tal-ikel u l-konsumatur dawn it-tibdiliet ma bdewx jaffetwahom mal- ewwel. Intant fornituri li tkellmu mall-gazzetta dak iż- żmien kienu qalu li ż-żieda fuq il-konsumatur tkun l-aħħar triq. Fl-aħħar tas-sena pero' bdejna naraw iż-żieda fil- prezz tal-ħalib, produzzjoni ta' laħam u ġobon lokali, fost oħrajn. Issa li għaddiet sena, il- gazzetta daret fuq il-Malta Youth in Agriculture u staqsiet jekk il-bdiewa u r-raħħala hux qed jesperjenzaw aktar żidiet. "Sfortunatament il-prezz tal- ġwiez għola u reġa' għola għal bosta drabi, mhux Malta biss imma mad-dinja kollha," bdiet tispjega l-fondazzjoni. Dawn iż-żidiet huma kawża ta' produzzjoni fqira u problemi fit- trasport, li qegħdin imbagħad jaffetwaw il-prezzijiet tal-ikel u materja prima f 'pajjiżna. MaYA tispjega f 'dettall kif is-settur tal-agrikoltura qed jiffaċja sfidi kbar għax "il- qliegħ dejjem jonqos u l-ispejjeż dejjem jiżdiedu." Dan iwassal biex l-intrapriżi agrikoli jgħollu l-prezzijiet tal-prodotti tagħhom bħall-ħalib u laħam biex jibgħqu jkunu kompettitivi. Hawn fejn il-Fondazzjoni tenfasizza l-importanza ta' produzzjoni lokali sabiex Malta ma tibqax tiddependi fuq l-importazzjoni u pajjiżi oħra. Imma l-materja prima bilfors trid tiġi minn barra? Il-gazzetta ILLUM staqsiet lil Fondazzjoni kemm hu realistiku li Malta tibda taħseb għal materja prima tagħha stess sabiex tibda tiffranka flus fuq trasport fost spejjeż oħra. MaYA tistqarr li minħabba ċ-ċokon ta' art, hija impossibli li għalf u ġwież ma jiġix minn barra, "iktar u iktar meta naraw l-art agrikola dejjem tonqos." Għaldaqstant il-Fondazzjoni toffri wkoll xi soluzzjonijiet, fosthom dik li pajjiżna jinvesti f 'art barra minn xtutna. "Fil- futur, il-pajjiż jista' jinvesti f 'art barra minn Malta, fejn inkunu nistgħu nkabbru ċereali għalina stess u b'hekk ma nibqgħu niddependu fuq ħadd," tispjega MaYA. L-għaqda żiedet tgħid li dan diġà qed iseħħ f 'pajjiżi oħra biex jieħdu ħsieb is-sigurtà tal-ikel. Soluzzjoni bħal din taf tgħin meta l-prezz fis-suq jogħla, għax il-Gvern ikun jista' jżomm l-prezz tal-ikel iktar raġonevoli. It-tibdil fil-klima, il-fenomu li se jibqa' jiġri warajna... Il-Fondazzjoni tistqarr li l-istess soluzzjoni li ħafna jaf iqisuha bħala miżura drastika taf anke tgħin minħabba t-tibdil fil-klima. "Wieħed jistenna li din il-materja prima, xorta ħa jkollha togħla, għaliex ħa tiġi iktar skarsa." Il-Fondazzjoni tindirizza l-fatt li l-Maltin ma tantx iħobbu jippjanaw fit-tul. Fost l-eżempji, hija ssemmi kif pajjiżna għadu ma sabx soluzzjoni għas-sojja. Din it-tip ta' fażola hija materja prima li tikkawża diforestazzjoni madwar id-dinja u filwaqt li l-Unjoni Ewropea qed tipprova tnaqqas ix-xiri tagħha minn ċertu pajjiżi, bħala materja se tibqa' togħla fil-prezz. MaYA issemmi kif f 'ċertu pajjiżi Ewropej qed jibdew jużaw id-dubbien (larva) bħala sors ta' proteina għal annimali bħala sostituzzjoni tas-sojja fil-ġwiez. Għaldaqstant, skont MaYA, "din ma tista qatt tibdilha kompletament għax taffetwa it- tomgħa tal-prodott li jittieħed minn dak l-annimal." F'każ bħal dan l-aktar soluzzjoni vijabbli hi li wieħed jinvesti u jaħseb biex ikollu tal- inqas ħażna tajba tal-materja prima. Dan joffri serħan tal- moħħ fil-produzzjoni tal- annimali, u l-investiment fil- futur jaf irendi aktar. Iż-żieda mhux biss fiċ-ċereali u l-ġwież! Ir-raħħala u l-bdiewa innutaw li ż-żieda fil-prezzijiet ma kinitx biss fil-ġwież u ċ-ċereali. MaYA tispjega kif anke mediċina u affarijiet li jintużaw għat- trobbija saħansitra irziezet u serer għolew fil-prezz. Sintendi żdiedu fil-prezz ukoll l-għodda u materja prima li għandek bżonn għal manutenzjoni filwaqt li kif irrapportat il-gazzetta ILLUM anke l-art għoliet fil-prezz. Fl-aħħar u mhux l-inqas għola wkoll il-prezz tal-annimali nnifishom li jintużaw fil- produzzjoni. Bħala eżempju MaYA semmiet kif fellus fil- każ tat-tiġieġ, għola minn 45 ċenteżmu għal 50 ċenteżmu. Skont MaYA fil-fatt, razzett ta' dimensjoni u daqs normali, ġietu spiża ta' €4,000 sa €6,000 fis-sena biex irendi. "Il-bidwi u r-raħħal bħal kull persuna fin-negozju, irid jinvesti u jixtri affarijiet ġodda u għodda li jtejbu l-operat," ttenni l-għaqda MaYA ma' din il-gazzetta. U kif dan kollu se jaffetwa lilek bħala konsumatur? Sakemm m'intix tippjana li taqta' l-laħam u prodotti li jiġu mill-annimali fil-futur qrib, inti se jkollok tibda toħroġ iktar flus minn butek biex sempliċiment tixtri kartuna ħalib. Min-naħa l-oħra jekk qed tippjana li verament taqta' kull prodott li ġej mill-annimali, xorta se tonfoq ammont sostanzjali minn flusek fuq ħaxix u frott għax l-ispejjeż tal- bidwi mhux jorħsu lanqas inkluż spejjeż ta' art, per eżempju l-qbiela. Din iż-żieda bilfors se jkollna nħossuha għax il-bidwi u r-raħħal ma jistax jipproduċi b'telf. Jekk tkun tipproduci, ftit hemm toroq minn fejn tagħzel; jew tgħolli jew iżżarma!