Illum previous editions

ILLUM 23 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1445229

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 23 TA' JANNAR 2022 aħbarijiet 'It-tabib u l-kardjologu tawni parir biex ma niħux il-booster imma l-awtoritajiet tas-saħħa mhux jagħtu kashom' YENDRICK CIOFFI Il-vaċċin huwa sigur. Ħaduh miljuni ta' persuni madwar id-dinja u minkejja mewġa kiefra li d-dinja u l-Ewropa esperjenzat fl-aħħar ġimgħat, il-pressjoni fuq l-isptarijiet u anke r-rata tal-imwiet kienu ħafna inqas minn meta kien hemm żieda fl-infezzjonijiet u l-vaċċin kien għadu ma jeżistix. Madanakollu, għalkemm rari, kien hemm każi ta' persuni li l-ewwel u t-tieni doża tal- vaċċin ikkawżawlhom sintomi severi kif wara kollox jista' jiġri bi kwalunkwe tilqima jew inkella mediċina oħra. Dawn ikkonfermawh l-awtoritajiet tas-saħħa tant li meta għamlu ċ-ċertifikat tal-vaċċin mandatorju biex persuna tidħol f 'ristorant, bar, gym jew stabbilimenti oħra, qalu li kienu se jagħtu eżenzjoni lil dawk li jkollhom parir mingħand il-konsulent jew il-professur tagħhom biex ma jiħdux il- booster. Iżda l-gazzetta ILLUM iltaqgħet ma' persuni li minkejja li ngħataw parir mingħand il-konsulent tagħhom u anke mingħand it-tabib tal-familja biex ma jiħdux il-booster, minħabba kundizzjonijiet li żviluppaw wara li ħadu l-ewwel u t-tieni doża, xorta waħda mhux jingħataw l-eżenzjoni uffiċjali li fl-aħħar mill-aħħar trid tinħareġ mis-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika. Persuna partikolari, li għandha 27 sena, tkellmet ma' dan is-sit u spjegat kif wara li ħadet l-ewwel u t-tieni doża tal-vaċċin bdiet tinduna li kienet qed taqta' nifisiha anke meta sempliċiment titla' t-taraġ u aktar tard bdiet tħoss ukoll uġigħ f 'sidirha. Tant hu hekk li din l-istess tfajla spiċċat rikoverata fl-isptar Mater Dei u wara li sarulha diversi testijiet, irriżulta li żviluppat Pericarditis. Fi kliem sempliċi din hija nefħa jew inkella rritazzjoni ta' dak it- tessut irqiq li jdawwar il-qalb. "Qatt qabel ma kont inbati b'dawn il-kundizzjonijiet. Kollox beda wara li ħadt il-vaċċin. Mhux ngħid li l-vaċċin huwa ħażin għal kulħadd, imma lili kkawżali dawn is-sintomi," insistiet l-istess persuna. Il-gazzetta ILLUM rat b'għajnejha ċ-ċertifikat miktub mit-tabib tal-familja u anke mill- kardjologu tal-Isptar Mater Dei. It-tnejn li huma taw il-parir lil din it-tfajla biex ma tiħux il- booster tal-vaċċin u biex tkun eżenti mir-regoli ġodda dwar iċ- ċertifikat tal-vaċċin li daħlu fis- seħħ fis-17 ta' Jannar. "I would strongly advise Public Health to grant the exemption," jgħid ċar u tond il-kardjologu fl- aħħar linja taċ-ċertifikat. L-ILLUM mhux tippubblika dawn iċ-ċertifikati u anke l-korrispondenza li rat, biex tipproteġi l-identità ta' din il- persuna. Minkejja dawn iċ-ċertifikati u minkejja li l-kardjologu kiteb hu stess lill-awtoritajiet tas-saħħa biex jeżentaw lil din il-persuna minn dawn ir-regoli, is-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika mhux tilqa' din it-talba. Kif wieġbu l-awtoritajiet tas- saħħa? Fit-tweġiba tagħhom, l-awtorita- jiet tas-saħħa saħqu li l-Pericarditis żviluppat bejn Ġunju u Ottubru 2021 meta l-persuna kkonċernata ħadet il-vaċċin bejn Marzu u April 2021. Madankollu, ta' min wieħed jiċċara li din il-persuna ħadet l-ewwel doża f 'Marzu iżda t-tieni doża ħaditha fl-aħħar ta' Mejju, it ġimgħat biss qabel spiċċat Mater Dei. Id-Dipartiment tas-Saħħa, fl- istess risposta argumenta li mhu qed jara l-ebda "assoċjazzjoni immedjata" bejn is-sintomi u l-vaċċin tal-AstraZeneca li ħadet din l-istess persuna. Jikkwotaw ukoll entitajiet internazzjoni bħaċ-Ċentru għall- Kontrol u l-Prevenzjoni tal-Mard u anke s-Servizz Nazzjonali tas- Saħħa tar-Renju Unit li qed jisħqu li ma hemm l-ebda rabta bejn il- Pericarditis u anke l-vaċċin kontra l-Covid-19. L-istess tfajla saħqet mal- ILLUM li tinsab imħassba kif l-awtoritajiet tas-saħħa mhux qed jagħtu każ u lanqas jafdaw lit-tobba, lill-ispeċjalisti u anke lill-konsulenti li jkunu għexu mal-pazjent dawn is-sintomi u jkunu jafu wkoll l-istorja tas- saħħa tal-persuna. "Jiena mhux qed nilmenta għax ma nistax immur niekol f 'ristorant jew nieħu drink ġo bar, għax wara kollox saħħti tiġi l-ewwel u qabel kollox," insistiet it-tfajla. Dan mhuwiex każ iżolat... Madanakollu, l-esperjenza ta' din il-persuna mhijiex unika. Il-gazzetta ILLUM iltaqgħet u tkellmet ma' persuni oħra bl- istess problema u dan l-aħħar tkellem ħafna dwar dan iż- żagħżugħ Adam Ben li ppubblika diversi filmati fuq Facebook biex jispjega s-sitwazzjoni tiegħu. Dan iż-żagħżugħ lanqas ma ngħata l-eżenzjoni minkejja li jbati minn kundizzjonijiet tas-smigħ li skontu u anke skont it-tabib tiegħu, iggravaw wara li ħa l-ewwel u t-tieni doża tal-vaċċin. Fl-2015, Adam żviluppa kundizzjoni magħrufa bħala Tinnitus, fejn persuna tesperjenza tisfir jew inkella ħafna ħsejjes f 'widna jew inkella t-tnejn li huma. Fil-fatt irriżulta li Adam ibati minn dik magħrufa bħala Meniere's disease jew vestibular disease. Il-kundizzjoni tiegħu tjiebet sakemm dan it-tisfir qawwi f 'widnejh reġa' rritorna ftit sigħat wara li ħa l-ewwel doża tal-vaċċin u s-sitwazzjoni kompliet tiggrava wara li ħa t-tieni doża. Fil-fatt, iż-żagħżugħ għandu f 'idu ċertifikat mediku li jgħid ċar u tond li din il-kundizzjoni ggravat wara li ż-żagħżugħ ħa t-tilqima. Huwa qal ċar u tond li jixtieq jieħu l-booster kemm biex iserraħ rasu u anke biex ikun jista' jsiefer iżda saħaq ukoll li jifhem li ma jistax jagħmel dan. Madanakollu, anke Adam ma ngħatax din l-eżenzjoni għax skont l-awtoritajiet tas-saħħa ma hemm l-ebda evidenza li turi rabta bejn is- sintomi li żviluppa dan iż-żagħżugħ u l-vaċċin. Mit-Tnejn li għadda, biex persuna tidħol f 'ristorant, bar, gym, post ta' divertiment jew inkella tattendi għal attivitajiet sportivi jew attivitajiet oħra, fost oħrajn, trid tipprovdi bilfors ċertifikat tal- vaċċin validu. Iċ-ċertifikat tal-vaċċin issa huwa validu għal tliet xhur mit- tieni doża u jibqa' validu biss għal 9 xhur oħra jekk tkun ħadt il-booster. Tfajla tirrakkonta mal-ILLUM kif minkejja li għandha f'idha ċertifikat mingħand kardjoloġista biex ma tiħux il-booster, minħabba kundizzjonijiet li żviluppat ġimgħat wara li ħadet il-vaċċin, l-awtoritajiet tas- saħħa qed jibqgħu jirrifjutaw li jagħtuha l-eżenzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 January 2022