Illum previous editions

ILLUM 30 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1446840

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 30 TA' JANNAR 2022 makabra li qajmet kuxjenza kontra jonqos, jaf ikollna wkoll inqas każijiet ta' vjolenza domestika għax bħal ma raġel jieqaf jibża' jammetti li għandu problema, jieqaf ukoll jneħħi l-frustrazzjoni tiegħu fuq martu, oħtu jew ommu. 'Omiċidju huwa piena ta' għomor il-ħabs, mela iva ejja ndaħħlu l-femiċidju fil-kodiċi kriminali' Il-gazzetta ILLUM staqsiet lil Dimitrijevic, li hija avukata wkoll, dwar jekk taħsibx li l-femiċidju għandu jkun terminu leġislattiv ukoll. Fil-pront wieġbet 'iva.' Fil-fatt hija żżid tgħid, "nemmen li għandna bżonn nindirizzawh għax tkun diġà qed twassal messaġġ ċar u tond li dan huwa tip ta' qtil, atteġjament, vjolenza li mhux aċċetata fis-soċjetà tagħna." Fakkret li f 'Malta diġà għadna ċertu dispożizzjonijiet fil-liġi fejn ċertu reati abbażi tal- ġeneru huma ta' motivazzjoni sabiex tiżdied il-piena tal- akkużat. Intant, bħal ma nafu li l-omiżidju huwa piena ta' għomor fil-ħabs, "għandna nibdew nirikonoxxu qtil kawża ta' misoġinija awtomatikament bħala femiċidju." 'Anke nisa magħrufin fis- soċjetà ... xorta għaddew minn vjolenza domestika' Kif semmiet diġà l-gazzetta meta analizzat l-istudju ta' FEM- UNITED, il-vjolenza domestika hija waħda mill-aktar kaġuni ta' femiċidji f 'Malta. Filwaqt li Dimitrijevic tagħmel distinzjoni bejn tipi ta' vjolenza domestika, hija tgħid li ġeneralment dejjem ikun hemm ċertu forma ta' kontroll. Mill-esperjenza tagħha ta' madwar 15-il sena, l-avukata tispjega kif vjolenza domestika tinkludi fiha kull tip ta' abbuż li jseħħ bejn persuni li jgħixu taħt l-istess saqaf. B'dan f 'moħħna, Dimitrijevic tgħid li l-iktar vjolenza domestika komuni hi dik li ssir bejn persuni f 'relazzjoni intima. Pero' kif tinduna li qegħda f 'relazzjoni tossika? X'inhuma dawk il- famużi 'red flags' li trid toqgħod attenta għalihom? Tirrakonta kif minħabba n-natura tax-xogħol tagħha, hija tiltaqa' ma diversi vittmi ta' vjolenza u fil-maġġorparti tal-każi jkunu konxji diġà li qegħdin f 'relazzjoni tossika, imma ma tkunx faċli għalihom biex jammettu li għaddejin mill- abbuż. Ġeneralment f 'każijiet bħal dawn ikollok sens ta' kontroll mill-aggressur fuq il-vittma, u għalhekk ta' madwarha jibdew jindunaw li qed tiġi iktar iżolata. Wara sensiela ta' abbużi, l-vittma titkisser emozzjonalment u b'psikoloġikament. Tibda' wkoll temmen li mhux kapaċi għal xejn, għax kemm se ddum tisma', "m'intix kapaċi trabbi l-itfal", "ma tafx isajjar" jew "ja qaħba"? Dimitrijevic tispeċifika li m'hemmx livelli ta' edukazzjoni, klassi soċjali jew suċċess, għax jekk persuna tiġi abbużata xorta tiġi kkundizzjonata. "Fl-esperjenza tiegħi, anke nisa ta' livell edukattiv, nisa naqra iktar emanċipati, nisa ta' professjoni u anke oħrajn magħrufin fis- soċjetà, kienu vittmi ta' vjolenza. Dak it-tip li tgħid "illami dik il- mara naf min hi!" u jkunu xorta għaddew min din l-esperjenza." Hija tgħid li taċċetta li mhux faċli tammetti, iżda malli tibda' tirrikonoxxi, hemm għajnuna li persuna tista' tirrikorri għaliha. "Bħala fondazzjoni aħna nemmnu li għandek tkun taf id- drittijiet tiegħek biex tkun kapaċi tagħmel l-għażla l-aħjar għalik," itenn Dimitrijevic. L-każijiet irrapurtati jiżdiedu wara l-mewt ta' Paulina, iżda mhux biss ... Tajjeb ngħidu li l-fondazzjoni waqfet helpline fl-ewwel lockdown tal-Covid-19 f 'pajjiżna, sabiex persuni imsakkra f 'darhom mal- aggressur jirċievu l-għajnuna. Mistoqsija jekk inħassitx żieda fit-telefonati u l-każi fi żmien il- pandemija, Dimitrijevic twieġeb 'iva.' Mistoqsija mill-ILLUM jekk rawx żieda minn wara l-mewt ta' Paulina, Dimitrijevic tinnota li kien hemm iktar telefonati jirraportaw forom differenti ta' vjolenza abbażi ta' ġeneru, iżda dan ma jfissirx li l-każi nnifishom raw żieda wkoll. Eżempju jekk wieħed jikkunsidra l-istupru, anke jekk ma kienx hemm żieda fil-każi, kien hemm żieda fit-telefonati minn persuni li jitkellmu dwar l-esperjenzi tagħhom jew jistaqsu jekk għadhomx fiċ-ċans li jtellgħu l-aggressur tagħhom il-Qorti. Kien hemm ukoll żieda f 'telefonati li jirrapurtaw 'stalking'. "F'moħħi jiġi l-każ ta' żewġ tfajliet li għadhom l-università. Irġiel isegwuhom fuq il-venda tal-linja, jimxu warajhom u anke jibgħatulhom messaġġi imma l-identità tagħhom ma jafuhiex," tgħid Lara Dimitrijevic. Hija temmen ukoll illi dak li ħareġ fuq Abner Aquilina u anke dak li kien qed jagħmel meta kien qed jibgħat dawn il- messaġġi ta' fastidju ġabu lin- nisa iktar konxji li m'hemm l-ebda ċirkostanza fejn għandek tippermetti l-fastidju. "Sfortunatament kellha tkun din it-traġedja makabra u xokkanti biex tqum il-kuxjenza fil-pajjiż" Għaliex meta mara taqbeż għad-drittijiet tagħha, ngħidu li hi feminażi? Induru fuq il-feminiżmu, u t-terminoloġija 'Feminażi'. Waqt li l-ILLUM kienet LIVE mill- Furjana, fl-istess protesta ta' nhar is-Sibt, ma setgħux ma jiġux innotati l-kummenti negattivi kontra d-demostranti nisa, bil- kelma "feminażi" tiddomina c-chat. Il-gazzetta allura tistaqsi lil Dimitrijevic, minn fejn taħseb li ġejja l-konotazzjoni negattiva wara l-kelma 'feminista.' Hija tgħid li din il-misoġinija tmur lura sekli sħaħ. Isemmi l-ewwel il-mitoloġija griega, fejn mara dejjem kienet impittra bħala 'inqas minn raġel'. Kellna wkoll lil Medusa, vittma tal- abbuż sesswali li baqgħet imfakkra bħala 'l-mara l-ħażina li tbiddel l-irġiel f 'ġebel.' Fil-mitoloġija Griega, jingħad li Medusa ġiet stuprata minn Poseidon, l-Alla tal-baħar. Għaldaqstant, minflok jiffaċja l-konsegwenzi Poseidon, Medusa ġiet akkużata b'gideb u Athena, l-Alla tal-gwerra, saħritha b'xagħar magħmul mis-sriep, ġilda ħadranija filwaqt li kull min iħares lejha kien jinbidel f 'ġebel. Tmur lura aktar, għal żmien Adam u Eva, fejn il-mara kienet impittra bħala l-provokattriċi li waqgħet lir-raġel fid-dnub. Kellek filosofi kbar li saħansitra aħna nistudjaw fl-iskola, bħal Tertullian, li kien jgħid li l-mara hi tempju mibnija fuq id- dranaġġ, li hija t-triq għal ħażen u li twaqqak fejn lanqas ix-xitan ma jażżarda jattakka. Nimxu għal meta l-mara bdiet tiġġieled għad-dritt tal-vot, fejn kellek min qal li malli n-nisa jkunu emaċipati u nagħtuhom id-dritt tal-vot, ħa jibdew isawtu lill-irġiel. Dawn huma s-sensiela ta' misoġinija li jsemmu l-feministi! Allura faċli tiem għaliex meta tasal għal moviment tas- 60ijiet, rajna bidu għad-diskors kontra sabiex jipprova jitwaqqa' l-kunċett ta' feminiżmu. "Li ma jindunawx hu li dan jirriżulta biss f ' nuqqas ta' ugwaljanza."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 January 2022