Illum previous editions

ILLUM 30 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1446840

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 analiżi IL-ĦADD 30 TA' JANNAR 2022 • illum Għaliex il-Kulti Għaliex il-Kulti perikolużi? perikolużi? MANCHE U L-POTER TAĊ-ĊARLATANI (1) Imma kif jemmnu daqstant f'xi ħadd bħal Gordon John Manche? Reliġjożità jew fissazzjoni? U għaliex il-Pastor jiddependi tant minn dawk li jsegwu? Ix-xjenzat David Pace janalizza u jargumenta... DAVID PACE Il-qtil brutali ta' Pauline Dembska ħasad lil kulħadd għaliex f 'dal-pajjiż ma tantx iseħħu delitti ta' dan it-tip. Mhemmx xi ngħidu, l-poplu jitkellem u fost l-affarijiet li ssemmew kien li s-sħubija tal-imputat Abner Aquilina fis-setta ta' Gordon-John Manche, River of Love u d-dikjarazzjonijiet tal- qassis David Muscat dwar l-omosesswali u l-"gayyaġni" – kelma dispreġġattiva li ħareġ biha biex jgħidilna li l-omosesswalità agħar minn dawk posseduti mix-xitan. Jippretendu li jirrapreżentaw li Alla! Importanti nibdew mill-fatt li kemm Gordon-John Manche kif ukoll David Muscat huma bnedmin u għax jippretendu li jirrappreżentaw lil xi Alla, ma jfissirx li dan hu minnu. Ma rridx nidħol fil-kumplessitajiet metafiżiċi tat-teoloġija, iżda dawn żgur ma' jirrappreżentawx lil-Alla tal-Imħabba għax kemm kliemhom kif ukoll l-imġieba tagħhom hija waħda diviżiva mmens. Ma' Manche, kont iltqajt miegħu snin ilu fuq Xarabank u l-mod kif ikellem lil min ma' jaqbilx miegħu hu mimli disprezz u nuqqas ta' rispett. L-impressjoni li ħadt tiegħu hu li jaħseb li hu aħjar minn kulħadd għax hu l-"magħżul t'Alla" u dan jidher ċar fl-intolleranza kbira li juri lejn min ma' jħaddanx l-istess twemmin fundamentalist tiegħu. Ma' Muscat qatt ma' ltqajt u lanqas nixtieq niltaqa' għax l-intolleranza tiegħu tidher ċara fid-dikjarazzjonijiet u filmati tiegħu hu u jitkellem fuq il-youtube waqt il-laqgħat ma' Norman Lowell. Din l-intolleranza hija l-bażi tat-twemmin ta' dawn it-tip ta' nies u qisha virus li tinfetta lil nies oħra li għal diversi raġunijiet jibdew jisimgħu u jaqblu magħhom. Fil-każ ta' setta bħar-River of Life, l-intolleranza tittrabba hekk kif mexxej kariżmatiku li jħoss li huwa speċjali u jitkellem bil-vuċi t'Alla jiġbed nies li qed ifittxu xi ħaġa li għalihom tagħmel sens jew iħossu li għandhom xi ħaġa nieqsa f 'ħajjithom. Dan jagħmluh għal diversi raġunijiet u s-setet qishom mostri li jikbru billi jonsbu in-nies vulnerabbli. Jekk tħarsu ftit lejn in-nies li aktar jaqbżu għal Manche u anke Muscat, tindunaw li jkunu nies vulnerabbli b'ċerta problemi u diffikultajiet li jvarjaw min- nuqqas ta' edukazzjoni, problemi psikoloġiċi (bħad-dipressjoni u low self-esteem), diffikultà biex jagħmlu l-ħbieb, nies li ma' sabux l-imħabba, nies li ġew konvinti li l-omosesswalità hija marda, saħta jew speċi ta' possessjoni mix-xitan ... insomma nies vulnerabbli li qed ifittxu lil min jgħinhom, iżda li għandhom bżonn għajnuna professjonali u mhux ta' ċarlatani li kkonvinċew irwieħhom li huma mberkin u jitkellmu bil-qawwa t'Alla u li permezz tagħha jistgħu jagħmlu l-għeġubijiet. Il-Kap tas-setta jiddependi mid-dħul tal-membri! Is-setet bilfors iridu jkollhom kontroll assolut tal-membri tagħhom għaliex ikun ferm iżgħar fin-numru minn reliġjon organizzata bħall-Kattoliċiżmu jew l-Iżlam, u ma taffordjax li titlef il-membri. Tridu tifhmu wkoll li nies bħal Manche jieħdu stipendju mill-paga tas-segwaċi tiegħu u għalhekk jekk jitlaqlu xi ħadd jonqoslu d-dħul. Għalhekk il-kap tas-setta jagħmel diversi kundizzjonjiet biex iżomm il- membri mwaħħlin miegħu u jagħmilha diffiċli li jitilquh. Kundizzjoni effettiva hija d-dipendenza. Jekk iġġiegħel lis-segwaċi tiegħu jiddependu fuqu billi jagħmilha ta' ġenitur, konfessur u ħabib fl-istess ħin, ikun qiegħed jagħmel ċert li s-segwaċi tiegħu se jafdawħ b'għajnejhom magħluqa. Tinsewx li lil dan iqisuh bħala mbierek minn Alla u għalhekk 'il fuq minnhom u huma mistennija li jobduh għaliex jitkellem bil- vuċi ta' Alla. Għalhekk kapijiet ta' setet ħafna drabi jieħdu kontroll assolut tas-segwaċi tagħhom, tant li jibdew jindaħlu fil-ħajja privata u anke jispiċċaw jitturufnawhom mill-familji tagħhom. Niftakar każijiet ta' ġenituri li t-tfal tagħhom kienu daħħlu mas-Scientologists, Moonies, ix-Xhieda ta' Jehova u anke gruppi Evanġelisti oħra, li jkunu nkwetati għax it-tfal m'għadhomx ikollhom kuntatt ma' dawn l-għaqdiet u wħud minnhom anke taw ġidhom u l-libertà tagħhom lill-Pastur jew Mexxej tas-setta. Għodda importanti: Il-biża' Għodda oħra effettiva li dawn il-kapijiet tas-setet jużaw hija l-biża'. Peress li r-River of Love hija ossessjonata bl-Apokalissi u bix-xitan, il-membri huma mwerwrin li jekk jitilqu minn taħt il-kappa protettiva tal- magħżul Pastur tagħhom jerġa jaħkimhom ix-xitan, jitilfu ruħhom għal dejjem u jispiċċaw abbandunati meta tiġi r-Rapture - iż-żmien fejn jerġa' jiġi l-Mulej u jiġbor il-Kristjani ħajjin u jqajjem dawk mejtin biex jitilgħu l-Ġenna miegħu, filwaqt li dawk li ma jemmnux jitħallew l-art. Ħafna jafu jitbissmu għax ma' jemmnux kif il-membri ta' setta jistgħu jkunu daqshekk mzazen, imma jinsew li dawn il-membri jkunu kkundizzjonati u brainwashed b'tattiċi oħra. Waħda minnhom hija li l-komunità tal-kult tibda tagħfas kemm tiflaħ fuq l-individwalità tal-persuna sabiex din tiġi taħseb kompletament bħall- mexxej. F'dan il-punt, is-setta tieħu post il-familja u l-Pastur u martu jieħdu post il-missier u l-omm. Dan deher ċar fil-każ ta' Rebecca li f 'gazzetta lokali stqarret li: "Ir-River of Love u Gordon Manché ma kinux jinżluli… illum ma ngħix mingħajrhom" u saret waħda mill-persuni li tiddefendi bil-kbir lill-Pastur u l-mara tiegħu. Innotaw kif emfaizzat li ma tgħix mingħajrhom għax saret kompletament dipendenti fuqhom. F'dal- każ, il-brainwashing tagħha huwa komplet u diffiċli ħafna toħroġ minn taħt il-madmad tiegħu mingħajr l-għajnuna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 January 2022