Illum previous editions

ILLUM 30 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1446840

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 analiżi illum • IL-ĦADD 30 TA' JANNAR 2022 professjonali. Dak il-ħafna kliem li ma tifhimx... il-Glossolalia L-attentat tal-kap tas-setta li jieħu post l-għeżież tal-membri huwa mod wieħed qawwi ta' kontroll bħalma hija t-twemmin assolut fil-poteri "kbar" tal- Pastur li jitkellem b'leħen l-Ispirtu s-Santu, fenomenu psikoloġiku li jissejjaħ Glossolalia u li hu ppruvat xjentifikament li huwa biss forma ta' diskors ivvintat (gibberish), skont diversi studjużi fosthom il-lingwista William J. Samarin mill-Universita' ta' Toronto. Studju ieħor mill-Università ta' Pennsyvania, sab li jkun hemm nuqqas ta' kontroll fil-parti ta' quddiem tal-moħħ, il-frontal lobe li tieħu ħsieb il-lingwa. Dan ifisser li min jitkellem bl-ilsna (glossolalia), ma jkunx - fil- verità - qed jitkellem għaliex id- dagħdiha u l-ferneżija reliġjuża li jesperjenza dak il-ħin tissarraf f 'nuqqas ta' kontroll. Fil-fatt, kemm l-imġieba, kif ukoll u l-ħsejjes li jagħmel l-individwu ma' jkunu jfissru xejn u l-interpretazzjoni ta-Pastur hija biss opinjoni suġġettiva ta' xi ħadd li jaħseb li hu ppreferut minn esseri ogħla minnu u li jaħseb li hu aħjar minn kulħadd. D a w n i l - f a t t u r i , j i s p j e g a w kif ħafna minn dawk li jmexxu s-setet i k o l l h o m ċ e r t e z z a kbira li huma speċjali għax fil-fatt jemmnu dan bis-sħiħ, u l-adulazzjoni tas- segwaċi tagħhom tkompli tirrinforza dan it-twemmin tagħhom li huma mberkin mill- Ispirtu Santu, jinsabu f 'kuntatt kontinwu f 'Alla, kapaċi jaraw il-futur, jagħmlu miraklu bħal fejqan tal-mard u jkeċċu lix- xjaten, jaqilbu s-sesswalità tal- omosesswali u jbassru l-futur. Il-healing service tas-setet hija parti importanti mill-attività tagħha li tkompli tagħti saħħa kbira lill-Pastur li jmexxiha. Aktar kemm in-nies jarawh bħala bniedem ta' poteri supernaturali - bħal superman - u jibnu l-istatura tal-figura tiegħu, aktar i s i r u j e m m n u fih u jkomplu jsaħħu l-fiduċja tagħhom fih. Dan ikompli jagħmilhom aktar lesti li jaċċettaw kull ħaġa oħra li jagħmel anke jekk tkun banali u ma titwemminx. Eżempju hija l-ossessjoni ta' kapijiet ta' setet bl-apokalissi, r-rapture u l-qerda tad-dinja ħalli jiġi Alla j e w K r i s t u j s a l v a lilhom biss għax huma n-nies il-magħżula - dawk speċjali - u s-segwaċi li ħafna minnhom qabel ingħaqdu miegħu kellhom problemi ta' dipressjoni, dwejjaq u nuqqas ta' self-worth, u diversi problemi psikoloġiċi oħra, fl-aħħar jistgħu jħossuhom speċjali. Din l-ossessjoni tal-Pastur dehret biċ-ċar fil-gazzetta Maltatoday tal-4 t'April 2014 u ma kinitx ċajta tal-ewwel t'April, iżda attentat ta' profezija bbażata fuq interpretazzjoni tal-Bibbja skont Manche li qal: "Alla jqum wara jumejn, li jfisser 2,000 sena mit-twelid ta' Ġesu Kristu (fejn qiegħda d-Dinja bħalissa) qabel ir-rabja tiegħu tinfexx fuqna fit-tielet jum qabel it-twelid ta' Kristu fejn hemm qabża ta' 4,000 sena mill-waqa' t'Adam. Dawn is-6,000 sena jippreżentaw il- 120 ġublew - ċikli ta' 50 sena - imsemmija fil-Bibbja bħala tul ta' ħajja ta' bniedem normali (120 sena?)" Kif tistgħu taqraw, din interpretazzjoni li tirrifletti l-mod kif jirraġuna Manche li jħoss u jemmen li hu biss jista' jagħmel sens mill-Bibbja għaliex Alla lilu ta ċ-ċavetta tal-għerf u afdah biex imexxi l-merħla tiegħu, u dak li nkiteb huwa traduzzjoni diretta minn dak li ġie rrapportat dakinhar, u tistgħu anke tiċċekkja jekk hix vera billi taraw x'qal il- Pastur f 'din il-link https:// youtu.be/NxbkfQ5rG_E fejn iżid b'ċerta fervur li ż-żminijiet aħħarin ġejjin għal ħabta tal- 2017, eżempju ċar ta' profezija żgarrata għax kif tafu din is-sena għaddiet u hawn għadna. L-aktar ħaġa importanti li għandu l-bniedem huwa moħħ liberu u t-talent li jixtarr u jagħżel. Tħallux lill-ħaddeħor jagħżel għalikom u tħallux l i l l - ħ a d d i e ħ o r i w e g ħ d k o m affarijiet li huma impossibli anke jekk tkunu muġugħin u qed tbatu. Hawn l - g ħ a j n u n a p r o f e s s j o n a l i , kemm medika u kemm psikoloġika, użaw lilha l-ewwel. B'hekk biss tkunu tistgħu tkissru l-poter ta' ċarlatani li jwegħdu l-fejqan mediku, psikoloġiku u spiritwali għaliex dan jagħmluh biex jieħdu l-poter minn fuq daharkom. David Pace bħala xjenzat u membru tal-għaqda SICEC għamel żmien twil jistudja it-tqarrieq reliġjuż, is-setet u l-kulti, u ra b'għajnejħ l-effetti ħżiena li jista' jkollhom fuq l-individwi u l-familjari tagħhom. Dan l-artiklu jkompli l-ġimgħa d-dieħla Gordon-John Manche River of Love

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 January 2022