Illum previous editions

ILLUM 30 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1446840

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 aħbarijiet IL-ĦADD 30 TA' JANNAR 2022 • illum 'Aħna ma aħniex stat polizjesk u dan mhux se jkun Gvern tal-inkwiżizzjoni' - Zammit Lewis dwar l-Abbozz tal-PN Il-Ministru Edward Zammit Lewis jisħaq li ċerti reati li qed jipproponi li jinħolqu l-PN diġà jinsabu fil- Kodiċi Kriminali u jgħid ukoll illi filwaqt li l-Gvern qiegħed jattwa diversi riformi, ma jridx ibiddel lil pajjiżna f'wieħed polizjesk u inkwiżittiv... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "Aħna ma aħniex stat polizjesk u dan mhux Gvern tal- Inkwiżizzjoni." Hekk sostna ma' din il-gazzetta l-Ministru Edward Zammit Lewis meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet dwar l-abbozz tal-Oppożizzjoni li tratta diversi temi, u li fil-fatt ġie diskuss din il-ġimgħa fil-Parlament. Mistoqsi fil-fatt fuq il-proposta dwar Unexplained Wealth Orders u jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra li jwettaq din il-proposta, Zammit Lewis qal illi l-ewwel u qabel kollox, hija l-kredibilità politika li tgħodd. "Kif nista' nemmen lil Jason Azzopardi u Deputati oħrajn li meta kienu fil-Parlament u fil-Gvern u kien hemm Franco Debono li ppropona diversi emendi interessanti - li kienu tajbin u li wħud minnhom aħna wettaqna - ivvutaw kontra Debono u ppersegwitawh, propju biex il-proposti tiegħu ma jitwettqux?" Zammit Lewis kien qed jirreferi għal elenku ta' riformi fil-qasam tal- Ġustizzja li Debono kien għamel, qabel ma fil-fatt spiċċa vvota mal- Oppożizzjoni Laburista fuq vot li kien jitratta l-Baġit u allura l-Gvern ta' Lawrence Gonzi kien tilef il- maġġoranza Parlamentari. Debono kellu numru ta' differenzi mal-PN b'mod speċjali mal-eks Ministru Carm Mifsud Bonnici u anke mal- eks Rappreżentant Permanenti Malti fl-UE Richard Cachia Caruana. "Min għamel liġi state of the art li daħlet f 'Marzu 2021 u msejħa Proceeds of Crime Act?" staqsa rettorikament Zammit Lewis. Huwa qal illi permezz ta' dan l-Att il-Gvern daħħal kunċetti legali li fihom il-Gvern anke jkun jista' jikkonfiska oġġetti. Huwa qal illi preżentement liġi tal-Unexplained Wealth Order diġà għandha Malta f 'bixriet differenti. "Per eżempju t-Tax Complaince Unit tara jekk l-istil ta' ħajja jaqbilx mar-rendikont tad- dħul, jew li inti trid tipprova minn liema fondi xtrajt oġġett lussuż," qal il-Ministru mal-ILLUM. Huwa qal li fir-Renju Unit saru biss bejn erba' u ħames azzjonijiet permezz ta' dan l-Att u dejjem fuq persuni barranin li kienu jgħixu fir-Renju Unit. "Aħna mhux qed ngħidu li dawn l-abbozzi kollha ħżiena u li m'aħna se nintroduċu xejn minnhom... imma aħna lanqas irridu inġibu lill- pajjiż wieħed polizjesk. Aħna ma aħniex Gvern tal-Inkwiżizzjoni, jekk iridu jkunu Gvern tal- inkwiżizzjoni, jagħmluha huma," qal Zammit Lewis f 'referenza għall-Oppożizzjoni Nazzjonalista. Huwa qal li mill-2013 sal- lum saru ħafna riformi fosthom l-Att dwar il-Whistleblower, it- tneħħija tal-libell kriminali u anke l-finanzjament tal-partiti, filwaqt li jgħid illi taħt l-amministrazzjoni mmexxija minn Robert Abela twettaq elenku ta' riformi "b'aktar saħħa." 'Allaħares noqgħodu fuq li jgħid Jason Azzopardi' Ma' din il-gazzetta d-Deputat Jason Azzopardi - dwar dan l-abbozz stess - qal illi f 'Malta hawn il-maa, li tuża -istess għodda tat- theddid u l-biża' u li anke taħtaf partiti u setturi ekonomiċi, filwaqt li allega wkoll li hemm membri ta' din il-maa, magħmula minn it nies, li huma politikament esposti. Mistoqsi x'jaħseb dwar dan il- Ministru Zammit Lewis iddieħak u qal li li "allaħares noqgħodu fuq li jgħid Jason Azzopardi. Jekk intix persuna esposta politikament jew le trid tħallas ta' għemilek f 'pajjiżna u hemm proċessi biex dan isir." Huwa sostna mal-ILLUM li jekk xejn żgur wieħed ma jistax jikkritika lil din l-amministrazzjoni li taħtha ma sarux proċessi u passi. "Kellna fost l-akbar arresti li qatt saru b'rabta ma' reati ekonomiċi u finanzjarji. Pajjiżna għandu istituzzjonijiet li jaħdmu u rridu nkomplu ninvestu fihom. Li żgur mhux se nagħmel jiena huwa li nsejjaħ lil pajjiżi stat ta' maa." Fuq din tal-maa l-ILLUM tistaqsi jaħsibx li qed ikun simplistiku l-Prim Ministru Robert Abela, meta qal li bl-abbozz il-PN irid li Malta jkollha t-tikketta ta' stat mauż. Huwa qal li meta wieħed jeżamina l-abbozz isib li l-PN qed isemmi assoċjazzjonijiet ta' bixra mauża u li l-maa hija abbinata ma' ċerti żoni fl-Italja. Huwa saħaq li Malta mhijiex hekk u hija pajjiż demokratiku li ilu jitratta dawn ir-reati, "b'abbozzi rekord kontra l-ħasil tal-flus u l-kriminalità organizzata fl-aħħar snin." 'Ħafna mir-reati diġà huma fil- Kodiċi Kriminali ta' Malta' Zammit Lewis qal ukoll li ma jagħmilx sens li l-Oppożizzjoni qabdet il-kodiċi penali Taljana u applikata għal ta' Malta f 'dawn il-proposti, meta jfakkar li ċ-ċirkostanzi u tradizzjonijiet legali huma differenti. Jgħid ukoll li ħafna mir-reati li qed ikunu proposti diġà qegħdin fil-Kodiċi Kriminali ta' Malta. "Il-konspirazija biex twettaq reat finanzjarju diġà jeżisti, kif jeżisti r-reat ta' Konspirazija biex iddaħħal id-droga," jgħid Zammit Lewis. Huwa jikkritika wkoll lill- Oppożizzjoni talli jisħaq li ma wettqitx konsultazzjoni wiesa' dwar dan l-abbozz u qed tippretendi li abbozz daqstant estensiv li jolqot tant nies - inkluż fiċ-ċivil - jkun introdott wara sessjoni waħda fil- Plenarja tal-Parlament. Jaqbel li l-protezzjoni tal- ġurnaliżmu tkun imnaqqxa fil- Kostituzzjoni Finalment il-gazzetta ILLUM tistaqsi dwar il-proposta tal-PN biex il-ġurnaliżmu ikun protett fil-Kostituzzjoni u anke favur leġiżlazzjoni anti-SLAPP jiġifieri kontra kawżi miuħin apposta barra minn Malta bil-għan li l-ispejjeż tant ikunu għoljin li jkissru lill-ġurnalist u lid-Dar tal- midja finanzjarjament. Il-Ministru Zammit Lewis jgħid li l-Prim Ministru diġà indika u ddikjara li l-Gvern se jressaq abbozz li se jaħdem f 'din id- direzzjoni. "Pero' qabel nagħmlu dan jeħtieġ ikun hemm qafas fuq livell Ewropew, xi ħaġa li l-Ewropej stess jaqblu magħha." Huwa reġa' fakkar li kien il-Gvern preżenti li neħħa l-libell kriminali minn fuq il-ġurnalisti u li l-Gvern irid ikompli jsostni dan, sabiex il- pajjiż ikollu ġurnaliżmu effettiv u l-libertà tal-espressjoni li jfakkar illi huma importanti ħafna sabiex ikollna stat demokratiku. Ifakkar ukoll li l-Prim Ministru għadu kemm ħatar Kumitat ta' Esperti biex joħroġ bl-ideat għal titjib u indirizzar ta' problemi u sfidi f 'dan il-qasam, Kumitat immexxi mill-Imħallef Michael Mallia. Huwa għamilha ċara wkoll li hu jaqbel li l-protezzjoni tal- ġurnaliżmu tkun mnaqqxa fil- Kostituzzjoni. "Mela aħna qed naħdmu u se nkomplu naħdmu, filwaqt li l-Oppożizzjoni qed tipprova tagħmel riformi li la wettqithom meta kienet fil-Gvern u lanqas ressqithom meta kellna ħafna zmien x'niddiskutu," temm jgħid mal-ILLUM il-Ministru tal- Ġustizzja u Governanza Edward Zammit Lewis. Il-Ministru Edward Zammit Lewis

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 January 2022