Illum previous editions

ILLUM 6 February 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1448616

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 6 TA' FRAR 2022 • illum aħbarijiet 'Laħam, ħaxix u xorb ... il-prezzijiet splodew u qed jinbidlu minn ġimgħa għall-oħra' – Sidien ta' ristoranti jitkellmu mal-ILLUM L-ILLUM titkellem ma' sidien u kokijiet ta' diversi ristoranti dwar iż-żieda fil-prezzijiet ta' prodotti essenzjali u anke l-laħam. Jgħidu mal-ILLUM li l-prezzijiet sploduti, iż-żieda fl-ispejjeż u x-xogħol batut qed ikomplu jagħmlu s-sitwazzjoni tagħhom diffiċli YENDRICK CIOFFI "Il-prezzijiet m'għola s-sema. Splodew. Jiżdiedu u jinbiddlu minn invoice għall-oħra, minn ġimgħa għal ġimgħa." Hekk saħaq mal-ILLUM wieħed minn diversi sidien ta' ristoranti li l-gazzetta ILLUM tkellmet magħhom mhux biss dwar is- sitwazzjoni tax-xogħol bħalissa, iżda b'mod partikolari dwar iż- żieda fil-prezzijiet u kif din qed taffetwahom. Fil-fatt, is-sidien kollha li l-ILLUM tkellmet magħhom saħqu li ż-żieda fil-prezzijiet qed iħossuha tagħfas ħafna fuqhom u dan aktar u aktar fi żmien meta l-ispejjeż għalihom żdiedu u x-xogħol naqas. Wieħed mis-sidien spjega li bħal dan iż-żmien ikun qed jaħseb biex jirrevedi l-menu, bi platti u anke prezzijiet differenti, iżda insista li din is-sena dan huwa impossibbli għax il-prezzijiet qed jinbidlu u jiżdiedu kontinwament. Is-sidien qasmu xi eżempji mal- ILLUM. Ribeye kienu jixtruha b'€19.50 kull kilo iżda fl-aħħar ġimgħat din telgħet anke sa €28 kull kilo. Bħalissa, qed jixtruha bi €23 kull kilo, jiġifieri xorta ħafna aktar minn kemm kienu jixtruha s-sena li għaddiet. Il-kustilji (ribs) kienu jixtruhom b'€4.50 kull kilo iżda issa dawn telgħu għal €6.00 kull kilo. Iżda mhux il-laħam biss għola. Fi kliemhom, il-ħaxix, kemm ta' Malta u anke ta' barra, kollu kemm hu ogħla. Il-bajd żdied b'ewro, minn €3.00 għal €4.00. Iċ-chips għoliet ukoll b'€0.20 fuq kull kilo. Anke jekk tidher żieda żgħira, fi kliem sid, fuq kull platt, dik tagħmel differenza. Landa żejt għall-qali, ta' 25 litru, żdiedet minn €20 għal €55. Semmew diversi prodotti oħra essenzjali, bħall-ħalib u l-ħobż li qed jaffettwaw lil kwalunkwe konsumatur iżda semmew ukoll il-prezzijiet tal-inbid, il-birra, u prodotti oħra tat-tindif u essenzjali li wieħed isib f 'kull kċina, anke ta' dar privata. 'Qed ikollna nbatu din iż-żieda aħna stess...' Madanakollu, l-akbar żieda fil- prezzijiet tibqa' dik tal-laħam. "Jiena kelli l-pjan li niaħ steak- house iżda tfajt kollox fil-ġenb għax bħalissa ma tagħmilx sens," stqarr wieħed mis-sidien li huwa wkoll kok prominenti. "Fuq il-menu tiegħi, ribeye qiegħda €24. Kemm se nagħmilha issa? €35? Min se jordnaha? Jekk se ngħolli ħafna, se nitlef in-nies. Hemm fornituri li qed jipprofettaw ruħhom ukoll," saħaq wieħed mis- sidien. Propju għalhekk li insistew li ż-żieda fil-prezzijiet qed ikollhom ibatuha r-ristoranti stess. Insistew li hemm diversi fatturi li waslu għal din iż-żieda. Semmew kumpaniji u fornituri li fallew, prodotti li spiċċaw out-of-stock u anke l-kriżi internazzjonali tat- trasportazzjoni. Quddiem dan kollu, is-sid it li xejn għandu għażla. Idejh marbuta. Kok insista li ristorant għandu żewġ toroq biss: jew jgħolli l-prezzijiet, imma jirriskja li jitlef lin-nies jew inkella jbiddel il-menu u jaħdem b'affarijiet aktar bażiċi u lokali. Iżda ż-żieda fil-prezzijiet mhijiex l-uniku piż li qed iħossu r-ristoranti. Is-sidien li tkellimna magħhom saħqu li l-ispejjeż għar-ristoranti żdiedu b'mod ġenerali u x-xogħol bħalissa jinsab batut ħafna. 'Kellna ngħollu l-pagi biex inżommu lin-nies magħna...' Is-sidien li tkellmu mal-ILLUM spjega kif minkejja li d-dħul naqas, kellhom jgħollu l-pagi tal-ħaddiema tagħhom, anke biex iħeġġuhom jibqgħu magħhom u mhux jitilqu bnadi oħra. "Fuq il-part-timers ma kienx hemm sussidju tal-paga u dawn kellhom jitilqu. Diġà tlifna n-nies. Għamilna xhur magħluqa. Għandna impjegati li għandhom loans mal-bank u spejjeż oħra bħall-kirjiet u ma setgħux jibqgħu bi €800 fix-xahar. Bilfors kellna ngħollu l-pagi biex inżommuhom magħna u mhux imorru jfittxu xi mkien ieħor. Illum għandi waiters b'€7 jew €8 fis-siegħa," spjega. 'Bħalissa n-negozju mejjet' Fakkar ukoll li fix-xhur li kienu magħluqa, anke jekk ma kellhom dħul ta' xejn, l-ispejjeż u l-kontijiet baqgħu jirċevuhom. "Il-kont tal-kera u l-kontijiet tad-dawl baqgħu ġejjin. Fridges u freezers riedu jibqgħu magħluqa. Ikollok dħul wieqaf u tirċievi kont ta' €7,000 ta' xahrejn," insista sid. Kompla jgħid li anke jekk f 'Jannar u Frar, ix-xogħol dejjem ikun kajman, qatt ma kien kwiet daqs din is-sena. "Bħalissa n-negozju mejjet. Ġieli anke fil-weekend qed inkunu kwieti," insista wieħed mis-sidien li miegħu qabblu wkoll l-oħrajn. 'Minħabba l-obbligu taċ- ċertifikat tlift 20 ħaddiem f 'xahar' Is-sidien kollha semmew l-obbligu taċ-ċertifikat tal-vaċċin u insistew li dan tefagħhom ħafna lura, kemm għax kien hemm klijenti li għażlu li ma jmorrux u anke minħabba ħaddiema li ma ħadux il-booster. "Aħna nħadmu ħafna waiters minn pajjiżi terzi. Investejna fihom anke biex ħallasnilhom il- permessi. Ħafna minnhom ma ħadux il-booster u jiena ma jien ħadd biex nobbligahom. Kelli waiter li kelli ndaħħlu fil-kċina, jaħsel il-platti, biex ma jkollux kuntatt mal-klijenti għax ma kienx ħa l-booster," spjega sid. Ieħor saħansitra qal mal- ILLUM li fl-aħħar xahar, tilef 20 ħaddiem u dan sempliċiment għax ma ħadux il-booster. "Diġà diffiċli biex insibu l-ħaddiema. Titlef 20 ħaddiem mhux ċajta. Tlihom għal ħmistax," saħaq is-sid waqt li kkritika l-mod kif iddaħħlet din il-miżura biex imbagħad tneħħiet wara it. 'Għalina t-turisti kollox ... bil- Maltin biss ma nkampawx' Ilmentaw ukoll dwar in-nuqqas ta' turisti u appellaw lill-Gvern biex immedjatament jirrevedi r-restrizzjonijiet marbuta mal- ivjaġġar lejn Malta. "Aħna għalina t-turisti kollox. Mingħajr turisti ma aħna xejn. Is-suq Malti żgħir wisq għalina. Popolazzjoni żgħira u mijiet ta' ristoranti. Bil-Maltin biss ma nkampawx," temm jisħaq wieħed mis-sidien. Bidla ta' wħud mill-prezzijiet ta' prodotti essenzjali għar-ristoranti Prodott Kemm kien jinxtara fl- 2021 Kemm qed jinxtara illum Ribeye kull kilo €19.50 sa €28 Kustilji kull kilo €4.50 €6.00 Tagliata kull kilo €9.00 €13.50 Fenek kull kilo €4.00 €5.50 Mozzarella fior di latte €4.50 €6.00 Dqiq għall-Pizza (25 kilo) €19.00 €23.00 Kapuljat għall-Burgers kull kilo €4.00 €6.00 Landa żejt tal-qali (25 litru) €20.00 €55.00 Bajd €3.00 €4.00

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 February 2022