Illum previous editions

ILLUM 13 February 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1450611

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

22 opinjoni IL-ĦADD 13 TA' FRAR 2022 • illum Proġetti fil-Ħames Distrett D ifferenza bejn Gvernijiet Laburisti minn dawk immexxijja mill-Partit Nazzjonalista dejjem kienet li amministrazzjoni La- burista tqis il-Manifest Elettorali li bih tkun rebħet il-fiduċja tal-pop- lu biex tmexxi l-pajjiż bħala doku- ment ewlieni li fuqu tkun ibbażata il-ħidma kollha tal-gvern. Tant hu minnu dan li sa mill-ħatra tal- Gvern Laburista f 'Marzu tal-2013, inħatar saħansitra Ministru li kellu r-responsabbiltà li jara li dak li jkun ġie propost fil-Manifest Elettorali, jitwettaq kemm jista' jkun fl-intier tiegħu tul il-leġiżltu- ra kollha. Ministeri u Segretarjati Parlamentari kontinwament ikunu mitluba jagħtu rendikont dwar xi jkun qed jitwettaq mill-Manifest Elettorali u dan fih innifsu jżomm lill-amministrazzjoni attenta li l-wegħdiet li jkunu saru mal-elettorat qabel l-elezzjoni, jitwettqu. L-avversarji politiċi tagħna min- naħa l-oħra jibqgħu magħrufin għall-wegħdiet fiergħa tagħhom ta' qabel l-elezzjonijiet li meta jgħaddu, jinsew dak li jkunu wegħdu u jagħmlu fattihom. Kellna l-eżempju klassiku ta' meta wegħdu li jneħħu l-income tax, li jħallsu lin-nisa tad-dar talli joqgħodu d-dar, tat-tabib tal- għażla tiegħek b'xejn għal kulħadd u aktar riċenti, meta wegħdu li se jnaqqsu l-ogħla rata ta' taxxa għal 25%, wegħda li ma wettqux u minflok imbagħad twettqet minn amministrazzjoni Laburista. Bħala Deputat elett mill-Ħames Distrett Elettorali, nhar il-Ħadd li għadda kelli s-sodisfazzjoni nisma' lill-Prim Ministru Robert Abela isemmi x'wettaq il-Gvern Laburista f 'dan id-distrett. Meta kkontestajt għall-ewwel darba l-elezzjoni ġenerali f 'dan id-distrett ħames snin ilu kont niltaqa' man-nies u jilmentaw miegħi dwar kif nuqqasijiet fil- lokalitajiet tagħhom kienu qed jimpattaw fuq il-kwalita' tal-ħajja tal-familji tagħhom. Min jaf kemm iltqajt ma' residenti minn Birżebbuġa u lmentaw mill-inkonvenjent tat-tankijiet tal-fuel tal-Enemed, litteralment fil-qalba ta' dan ir-raħal. Kienet ix-xewqa tar- residenti ta' Birżebbuġa li dan l-inkonvenjent jitneħħa darba għal dejjem. Kellha tkun din l-amministrazzjoni li għax tant viċin in-nies, semgħet it-talba tagħhom u wettqet il-wegħda li dawn it-tankijiet jitneħħew. Residenti oħra minn dan l-lokal jilmentaw spiss fuq id-dħaħen mill-mijiet ta' vapuri li ta' kull sena jgħaddu mill-Freeport. Bħala Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej ħdimt biex fl-aħħar nibdew naraw din il- problema tissolva. Fuq l-eżempju ta' dak li qed jirnexxielna nagħmlu fil-Port il-Kbir, issa se nagħmluh ukoll fil-Freeport. B'investiment ta' miljuni ta' Ewro ta' Fondi Ewropej se nwettqu l-proġett Shore-to-Ship fil-Freeport biex il-vapuri tal-merkanzija jibdew jitfu l-magni tagħhom kif isorġu mal-mollijiet u jieħdu l-bżonnijiet tagħhom tal-enerġija mill-grid nazzjonali. Residenti ta' Birżebbuġa ilhom snin jistaqsuni jekk il-Freeport hux se jkompli jikber u joqrob aktar lejn ir-residenzi tagħhom. Id-deċiżjoni għaqlija li ħadet l-amministrazzjoni preżenti hija li dan ma nħalluhx isir. Amministrazzjoni Nazzjonalista riedet li medda art kbira ġewwa Bengħajsa tingħata lill-Freeport imma l-għażla li għamilna aħna favur ir-residenti ta' Birżebbuġa kienet li din l-art tinbidel f 'masġar kbir, spazju miuħ biex jitgawda mill-familji kollha. L-istess jista' jingħad għall- għażla li għamilna li nibdlu l-miżbla ta' Wied Fulija fi spazju miuħ għat-tgawdija tal-familji li jgħixu fl-irħula tal-madwar u għal kull min jixtieq iżuru. Irnexxielna nġibu lejn pajjiżna Fondi Ewropej li bihom irrijabilitajna miżbla li kienet ta' inkonvenjent kbir għal kulħadd bl-emmissjonijiet tossiċi li kienet titfa' fl-arja tal-irħula fil-qrib. Wara li flimkien mal- Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru Aaron Farrugia inawgurajna dan il-proġett sabiħ f 'Awwissu li għadda, issa nistgħu naraw lill-familji tagħna jgawdu dan l-ispazju miuħ b'waħda mill- isbaħ veduti tal-gżejjer Maltin. Il-lokalitajiet tal-5 Distrett gawdew bil-kbir b'wegħda oħra mwettqa mill-Gvern Laburista, dik li jinvesti miljuni kbar fit- toroq tagħna. Proġetti ewlenin ta' Infrastructure Malta litteralment bidlu l-wiċċ ta' dan id-distrett. Toroq arterjali ewlenin bħal dik taż-Żurrieq kemm fid-direzzjoni ta' Ħal Safi u anke lejn Wied iż-Żurrieq, Triq Valletta li tagħti għall-Imqabba, il-bypasses tal-Imqabba u l-Qrendi, u l-upgrading li sar fil-mini ta' taħt ir-runway huma biss it eżempji tax-xogħol kbir li sar. Magħhom, mijiet ta' toroq residenzjali u oħra rurali li wkoll qed iħallu impatt mill-aktar pożittiv fuq il-ħajja tan-nies tal-Ħames Distrett. Fi it xhur oħra dawn ir-residenti kollha jibdew igawdu wkoll mill-proġetti kbar li qed isiru qrib l-ajruport fejn it-traffiku mistenni jibda jimxi b'mod aktar effiċjenti f 'dawn l-inħawi. Dan il-Gvern li se jersaq għall- ġudizzju tal-poplu f 'elezzjoni ġenerali għandu għax tassew ikun kburi li dak li wiegħed lill- elettorat Malti ħames snin ilu, wettqu u saħansitra wettaq aktar minn dak li wiegħed. Is-suċċess ta' dan il-gvern qiegħed hemm biex jarah kulħadd. In-nies jistgħu jikkonfermaw li kellhom Gvern viċin tagħhom, li jisma' it-talbiet tagħhom u jaġixxi biex ikunu jistgħu jgħixu aħjar. Dan żgur wettaqnih fil-Ħames Distrett bħalma wettaqnih ukoll fil-kumplament tal-pajjiż kollu. Il-fiduċja tal-Maltin u l-Għawdxin fil-Partit Laburista tissarraf f 'ħidma bla waqfien favur il- familji Maltin u Għawdxin kollha. Stefan Zrinzo Azzopardi huwa Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi Amministrazzjoni Nazzjonalista riedet li medda art kbira ġewwa Bengħajsa tingħata lill-Freeport imma l-għażla li għamilna aħna favur ir-residenti ta' Birżebbuġa kienet li din l-art tinbidel f'masġar kbir

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 February 2022