Illum previous editions

ILLUM 27 February 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1455663

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 X'inhu l-metaverse? Ilbes in-nuċċali u lesti ruħek għal dinja diġitali! elezzjoni2022 illum • IL-ĦADD 27 TA' FRAR 2022 MARIANNA CALLEJA Hekk kif il-kampanja elettorali ġiet fis-seħħ, il-Partit Nazzjonalista ma tilef l-ebda ħin biex ħabbar l-ewwel wegħda tiegħu, dik tal-metaverse. Filwaqt li din il-wegħda hi waħda ambizzjuża u attraenti għall- bosta, hemm numru ta' nies li l-metaverse qatt ma semgħu bih. Huwa għalhekk li l-ILLUM tkellmet ma' Alexiei Dingli, Professur tal-Intelliġenza Artifiċjali fl-Università ta' Malta, sabiex jispjega f 'termini iktar sempliċi x'inhu l-metaverse, kif se jaffettwak anke jekk m'intix midħla tat-teknoloġija u fuq kollox kemm hi reali u sostenibbli wegħda bħal din. Il-Metaverse ... Id-dinja onlajn 3D fejn in-nies jiltaqgħu Il-Professur Alexiei Dingli spjega mal-ILLUM kif il- metaverse hija dinja online 3D fejn in-nies jiltaqgħu biex iwettqu attivitajiet normali. "Kemm biex jissoċjalizzaw imma anke jaħdmu, jagħtu preżentazzjonijiet, jagħmlu sport, jilagħbu, jorganizzaw kunċerti, u ħafna aktar," spjega Dingli. Fi it kliem l-għan tal- iżviluppaturi tal-metaverse huwa li joħolqu infrastruttura fejn in- nies jistgħu jaqbżu minn realtà virtwali għall-oħra bla xkiel. Tiakru meta Mark Zuckerberg, sid Facebook, biddel l-isem tal-kumpanija għal 'Meta', u l-Maltin dlonk qabdu jiċċajtaw li Zuckerberg qed jitgħallem il- Malti? Il-'Meta' ta' Zuckerberg huwa l-istess metaverse li qed nitkellmu fuqu issa. Bħalissa, Zuckerberg qed jiffoka fuq il-ħolqien ta' uffiċċji virtwali fejn in-nies li jaħdmu mid-dar jistgħu jinġabru bħallikieku marru x-xogħol, flimkien ma' djar virtwali nies jistgħu jospitaw ħbieb reali. Il-quddiem huwa jixtieq joħloq spazji fejn wieħed jattendi kunċerti, jivvjaġġa lejn meravilji naturali kif ukoll jixtri ħwejjeġ u oġġetti virtwali imma li imbagħad jitwasslu quddiem il-bieb tad-dar daqslikieku mort xtrajthom minn ħanut. Dingli qal li kumpaniji bħal Facebook jarawha bħala estensjoni naturali tal-midja soċjali. Oħrajn bħal Microso iqisuha l-evoluzzjoni li jmiss tal-post tax-xogħol. Imma x'periklu tista' ġġib l-metaverse? Alexiei Dingli spjega li bl- appoġġ ta' korporazzjonijiet kbar bħal Facebook u Microso, huwa ċert li l-Metaverse se jseħħ dalwaqt. "L-akbar ostaklu bħalissa huwa t-teknoloġija peress li l-provvista ta' nuċċalijiet tajbin tar-realtà virtwali - l-apparat li għandek bżonn sabiex tidħol fil-metaverse - għadha problematika iżda meta wieħed iqis kumpaniji bħal Oculus u Apple li qed jaħdmu fuq dawn l-apparati, nistennew li jippreżentaw nuċċalijiet AR/ VR f 'xi żmien din is-sena stess," spjega. L-akbar problemi li jista' wieħed jiltaqa' magħhom skond il-Professur huma ta' natura soċjali. Huwa qal mal-ILLUM li l-istess problemi tal-internet u l-midja soċjali se jkunu qed jimxu fuq spazju bħal dan. McDonalds, Manchester City, Microsoft u Facebook kollha ġewwa l-metaverse! Ġie innutat fl-aħħar xhur kif kumpaniji bħal McDonalds, bħal Facebook u Microso u saħansitra timijiet tal-futbol bħal Manchester City kollha qed jinvestu f 'dan il-metaverse. Kif jista' jintuża l-metaverse minn dawn il-kumpaniji? Dingli spjega kif il-metaverse se tkun "il-ħaġa kbira li jmiss" u għalhekk kollha jridu preżenza sabiex prinċipalment ittejbu l-marka tagħhom fl-industrija. "Settur li ma nisimgħux dwaru huwa s-suq tal-ilbies virtwali. Ftakar li lkoll ser ikollna avatar fuq il-Metaverse. X'jiġri jekk aktar milli jkollna avatar bi flokk sempliċi, irridu li jilbes flokk ta' Manchester City FC?" kompla jgħid. Huwa qal illi dan kollu se jkun qed jiswa' ħafna flus, f 'xi każijiet daqs tagħmir fil-ħajja reali. Fil-fatt, is-suq globali tal- ilbies virtwali mistenni jikber minn $3 biljun għal $15-il biljun fi żmien 5 snin. Fil-każ ta' McDonalds, Dingli jbassar li probabbilment se juża l-metaverse biex jipprovdi ħwienet virtwali. "Mela waqt li tkun qed iddur, ikollok il-ġuħ, minflok toħroġ mill-Metaverse biex tordna l-ikel, tista' tagħmel dan direttament minn ġewwa d-dinja virtwali u tirċievi l-ikel wara l-bieb reali," kompla jispjega lill-ILLUM Dingli. X'inhu r-rwol tar-Realta Virtwali u l-Intelliġenza Artifiċjali fil-metaverse? Realtà virtwali (VR), l-intelliġenza artifiċjali (AI) kif ukoll ir-realtà awmentata (AR) huma fundamentali għall- metaverse. VR u AR se jagħtu realtà mħallta. Il-VR se jintuża biex jurina d-dinja 3D, fejn se tikkomunika ma' nies oħra. AR se tagħtina l-oppost, għalhekk hija estensjoni tad-Dinja Virtwali għad-Dinja Reali. Immaġina li qed timxi l-Belt Valletta, tħares lejn ħanut u tara roħs fuq il-prodotti tiegħu, offerti speċjali flimkien ma' links għall-metaverse tal-ħanut. L-intelliġenza artifiċjali se tkun il-maġija li tagħmel il-Metaverse jaħdem. "Affarijiet sempliċi bħat- trasport fi ħdan il-metaverse (il-karozzi virtwali li jsuqu waħedhom se jkunu misjuqa minn AI), jekk irrid nibdel wiċċi biex nidher qisni dragun, l-AI se timmappa l-wiċċ fiżiku tiegħi u tirreplika dawk il-movimenti fuq il-metaverse," kompla jisspjega b'paċenzja Alexiei Dingli. 'Hija biss kwistjoni ta' żmien sakemm ħafna nies, anke mingħajr idea tat-teknoloġija, ikollhom aċċess għal għodod bħal dawn' Il-wegħda tal-metaverse torbot ma' wegħda oħra tal-Partit Nazzjonalista. Dik li kors ġdid fl- MCAST jiġi ntrodott sabiex jilqa' għall-studenti li jixtiequ jistudjaw fis-settur. Iżda l-ILLUM tistaqsi lill-Professur jekk wieħed mhux midħla tat-teknoloġija, kif se jibbenefika mill-metaverse? Huwa beda' b'nota, dik li kors fl-MCAST huwa biss l-ewwel pass. Warajh ikun hemm korsijiet fl-Università u fl-istituzzjonijiet privati l-oħra. "Ir-rivoluzzjoni wara l-midja soċjali kienet li nies li kienu telespettaturi passivi fuq il-web saru kreaturi attivi," qal Alexiei Dingli. Huwa jispeja kif fil- preżent wieħed jista' jagħmel likes, jiktbu kontenut ġdid u jiħu blog imma fil-futur il-possibilitajiet huma akbar. Għalhekk hija biss kwistjoni ta' żmien sakemm ħafna nies anke mingħajr idea tat- teknoloġija, ikollhom aċċess għal għodod bħal dawn. Il-PN qed jgħid li l-ġid li jinħoloq minn dan is-settur huwa kbir. Kemm vera jista' joħloq ġid il-metaverse? L-aħħar mistoqsija għal Professur Alexiei Dingli mill- ILLUM bilfors kellha ddur fuq il-flus jew il-ġid li l-PN qiegħed jgħid li se jrendi dan l-investiment. Il-gazzetta staqsa lill-Professur kemm vera jista' joħloq dan il- metaverse. Huwa spjega li sena ilu, il- Metaverse kien stmat għal madwar $50 biljun. Fi żmien sentejn, dan huwa stmat li jilħaq $800 biljun. Jekk iżżid magħha elementi li se jgħixu wkoll fuq il-Metaverse bħall-Intelliġenza Artifiċjali, Logħob Diġitali, eSports, stampar 3D u oħrajn, qed nitkellmu dwar suq globali ta' madwar $1.5 triljun fis-snin li ġejjin. Dawn l-istess elementi jagħmlu parti mill-wegħda tal-10 setturi tal-Partit Nazzjonalista. "Naturalment, aħna bħala pajjiż nistgħu niksbu biss porzjon żgħir minnu, iżda żgur huwa porzjon żgħir ta' suq enormi," temm Alexiei Dingli. X'inhu dan il-metaverse li semma l-Partit Nazzjonalista? Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Alexiei Dingli, Professur tal-Intelliġenza Artifiċjali biex tagħti ħarsa lejn is-settur li l-Partit Nazzjonalista jrid jinvesti biljun ewro fih jekk jitla' fil-Gvern. Il-Professur Alexiei Dingli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 February 2022