Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1455663
18 'Il-kelma tagħna tgħodd. Il-kelma tagħna hija li fil-bajja ta' Wied il-Għajn ma ssirx marina' elezzjoni2022 IL-ĦADD 27 TA' FRAR 2022 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "Meta tkellimt kontra l-marina f 'Wied il-Għajn bdejt naqla' kritika u attakki. Meta imbagħad bdejt nikkonvinċi lill-sħabi Deputati Laburisti biex jagħmlu bħali u jsemmgħu leħinhom kien hemm min qalli li se jistmawk ta' xejn u jgħaffġu fuqek. Meta ħeġġiġt lin-nies biex isemmgħu leħinhom kontra l-Marina qaluli għax mhux qed ninżel nipprotesta jiena. Issa għax il-Prim Ministru ħabbar li din il-marina mhux ser issir qed jgħidu, għax forsi wara l-elezzjoni ssir xorta." Hekk sostna d-Deputat u Kandidat Laburista fuq it-Tielet u l-Ħames Distrett Jean Claude Micallef meta din il-gazzetta staqsietu dwar il-fatt li din il- ġimgħa l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li l-Marina f 'Wied il-Għajn mhux se tkun qed issir. "Il-kredibilità tiegħi u tal-Partit Laburista hija bil-wisq akbar minn dik tal-PN li l-ewwel qala' kjass u xewwex lil Dom Mintoff biex ma ssirx marina fil-Birgu, imbagħad meta tela' fil-Gvern fl-1998, għamilha xorta din il- marina," qal Micallef. "Il-kelma tagħna tgħodd. Il- kelma tagħna hija li fil-bajja ta' Wied il-Għajn ma ssirx marina. Ġo bajja ma tagħmel qatt marina, imma tagħmilha f 'ibħra aktar mitluqin," sostna Micallef. Huwa kompla jispjega mal- ILLUM illi huwa kien fuq quddiem kontra l-proposta ta' marina f 'Wied il-Għajn, minn meta ħarġet il-proposta l-ewwel darba lura f 'Awwissu tas-sena l-oħra. Spjega kif hu kien tkellem mal-Kunsill Lokali biex dan jieħu pożizzjoni ċara u minn hemm esprima lilu nnifsu kontra l-proġett. 'Marsaskala ma sar xejn sew' Imma l-ILLUM tfakkru li jkun hemm diversi Skalin li jgħidu li Wied il-Għajn, dejjem hekk. Qatt ma jsir xejn u meta jiġi propost xi ħaġa iqumu l-irwiefen kollha. Jagħtihom tort lir-residenti jgħidu hekk? "Din li qed tgħid jgħiduha ħafna nies u fil- verità Marsaskala ma sar xejn sew," jisħaq Micallef. Huwa sostna li dwar il- marina l-punt tiegħu kien li wieħed ma għandux "jitmejjel bin-nies" u jgħid illi marina waħedha se toħloq xi riġenerazzjni tal-lokalità. Huwa qal illi filwaqt li huwa vera li marina waħedha jista' jkun tressaq xi nies ġodda lejn il-lokalità jew forsi toħloq in- negozju, jinsisti li hu ma jridx li Wied il-Għajn tkun sempliċiment post għal-irmiġġ, bħal ma jgħid li hi l-Imsida, imma li jkun hemm riġenerazzjoni ekonomika "billi l-Gvern jinvesti fin-nies, fil- kunsill, fl-għaqdiet sportivi u tal- festa u fl-infrastruttura." Huwa jgħid illi dak li għandha bżonn Wied il-Għajn hija riġenerazzjoni ħolistika. Il-Jerma: 'Proġett tal-privat li għandu l-appoġġ tiegħi' Hawnhekk idur fuq l-art tal- Jerma, binja enormi, li qed tikkrolla f 'biċċiet. Ġerħa f 'nofs din il-lokalità. Jean Claude Micallef jgħid illi l-fatt li hija ġerħa issa kulħadd jaa, imma jfakkar li hawn ippjanat investiment privat. Ifakkar li anke hawnhekk huwa kellu sehem fid-diskussjonijiet li saru u għadhom qed isiru biex il- proġett ikun l-aqwa wieħed għar- residenti. "Jiena kont fuq quddiem li oġġezzjonajt għal ċerti bidliet sabiex b'hekk din iż-żona tkun waħda aħjar. Kien hemm min oġġezzjona għax il-bini kien għoli... kollox mar lura għad- diskussjoni u ġew lura bi proposta li nemmen illi hija l-aħjar proposta possibbli," qal Micallef. Kompla jsostni li huwa importanti li d-deċiżjonijiet u l-pjanijiet ma jitwaqqfux "għax xi ħadd tuġgħu xi it żaqqu, imma għax il-pjanijiet ma jkunux tajbin u allura jkollhom bżonn jinbidlu - kif fil-fatt ġara." Huwa qal li l-istess kunċett ta' Portomaso imma b'bidliet li jirrispettaw ż-żona - inkluż it-Torri li hemm quddiem l-istess binja dilapidata - għandu jitpoġġa f 'din iż-żona. "Dan il-proġett huwa tal-privat pero' bija bħala Deputat għandu s-sostenn," saħaq Micallef. Mistoqsi jekk jaħsibx li hemm bżonn titjib infrastrutturali fi-lokalità - kif seħħ fi promenades bħal dak tax-Xemxija u San Pawl il-Baħar, Micallef qal li din hija "xi ħaġa ovvja." Huwa jgħid li l-Gvern irid iservi ta' pjattaforma biex jinħoloq ix- xogħol u jkun stimolat ix-xogħol. "Dażgur li rridu intejbu l-infrastruttura tal-lokalità, mhux biss il-promenade bl- aqwa furnishings. Pero' rridu ntejbu wkoll il-konnettività tal- lokalità, il-konnettivtà diġitali, l-ekonomija blu - jiġifieri l-użu tal-baħar għal enerġija nadifa kif ukoll l-ivvjaġġar bil-baħar, biex ma nibqgħux naħsbu biss fil- karozza." Huwa sostna li tkellem dwar toroq li damu biex jitlestew fid- distrett mill-ewwel jum li fih huwa sar Deputat. 'Jiena ma rridx politiċi li jimmanipulaw lin-nies' It-tielet distrett huwa sinominimu mal-Partit Laburista, li jikseb appoġġ qawwi fih speċjalment fiż-Żejtun u Ħal Għaxaq, fejn fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali kiseb maġġoranzi straordinarji ta' madwar 80%. Imma l-Partit Laburista kif qed juri lealtà u rispett lejn il-Laburisti bil- politika li qed imexxi? U Micallef kif qed jagħmel dan? Micallef jibda billi jgħid illi dan id-distrett huwa benniena tal- Labour u anke tiegħu li twieled Marsaxlokk, trabba Ħal Għaxaq u llum jgħix iż-Żejtun. "Jiena twelidt fil-Partit Laburista u ġej minn familja Laburista kbira imma din tas-suldati tal-azzar qatt ma għoġbitni wisq lili," jgħid Micallef. Huwa jisħaq li suldati tal-azzar jagħmlu ħafna storbju u joqgħodu fejn tqegħdhom u filwaqt li qal illi japprezza l-kuntest storiku tal-espressjoni (għal dawk il-Laburisti li vvutaw minkejja li kien impost id-dnub il-mejjet mill-Knisja) qal ukoll li huwa jrid li jakkwista l-vot għax min ivvotalu jemmen li huwa l-aħjar għażla. "Jiena ma rridx ikolli politiċi li jaraw fil-poplu xi ħadd li tista' timmanipulah. Imma rrid politiċi u jiena rrid inkun poitiku, li jitla' għax qed joffru xi ħaġa tajba, għax jimu li bi kliemhom jistgħu verament jwassalu għall- prosperità fil-pajjiż." Huwa qal li l-Partit Laburista taħt Robert Abela kien kapaċi jiġġedded u jisħaq li hekk se jkompli jġedded lil Malta wkoll. "Malta flimkien hija politika ta' moviment mibni fuq l-għaqda, il-ġid u l-prosperità." Huwa qal mal-ILLUM li bil-politika li qed jipproponi l-Partit Laburista u bil-proposti li qed jagħmel - bħal miżuri li diġà wettaq fil-Gvern - se jgawdi l-Laburist, se jgawdi min ma kienx dejjem Laburist, min hu Nazzjonalist u min ma jappertjeni ma' ebda partit." Kien wieħed mill- ewwel fil-kamp Laburista li esprima oppożizzjoni lejn marina f'Wied il- Għajn, jaqbel mal- proġett tal-Jerma kif propost u jisħaq li hu jrid politika li titratta lin-nies bħala intelliġenti mhux bħala manipulati... Jiena ma rridx ikolli politiċi li jaraw fil-poplu xi ħadd li tista' timmanipulah. Imma rrid politiċi u jiena rrid inkun poitiku, li jitla' għax qed joffru xi ħaġa tajba