Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1455663
Fortizza u żewġt irħula 'switchers' Ħarsa lejn il-Ħames Distrett (2) Bdejna l-Ħadd li għadda u se ntemmu llum b'ħarsa lejn il-Ħames Distrett, fejn Robert Abela u Bernard Grech se jkunu qed jikkompetu għall-voti. Illum imiss inħarsu lejn Ħal Safi, Ħal Kirkop u l-Imqabba... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Ħadd li għadda din il-gazzetta bdiet tagħti ħarsa lejn il-Ħames Distrett, id-distrett illi fih se jikkontestaw iż-żewġ mexxejja politiċi - Robert Abela u Bernard Grech. Fl-ewwel parti ta' dan l-artiklu l-ILLUM tat ħarsa lejn r-riżultati elettorali fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali taż-Żurrieq u Birżebbuġa - l-akbar lokalitajiet f 'dan id-distrett kif ukoll il- Qrendi. Dawn il-lokalitajiet kienu u baqgħu dejjem jappoġġjaw lill- Partit Laburista, anke jekk b'xi it ta' differenza minn elezzjoni għall-oħra. Illum se nagħtu ħarsa lejn it-tliet lokalitajiet oħrajn ta' dan id-distrett, lokalitajiet xi it jew wisq differenti għaliex tnejn minnhom daru minn blu għal aħmar, bi swing qawwija, filwaqt li l-ieħor baqa' xi it jew wisq dejjem fortizza Laburista. Qed nitkellmu fuq Ħal Safi l-Imqabba u Ħal Kirkop, rispettivament. L-Imqabba u Ħal Safi: Minn blu għal ħomor! L-Imqabba u Ħal Safi huma rħula li tul iż-żmien qalbu l-alleanzi tagħhom u mhux bi it! L-Imqabba qatt ma setgħet tissejjaħ fortizza Nazzjonalista, iżda sal-2008 il-PN kien jirbaħ din il- lokalità bi żbrixx. Fil-fatt kemm fl- 2005, meta l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali kienet waħedha imma anke fl-2008 meta vvutaw aktar Imqabbin għax l-elezzjoni ħabtet ma' elezzjoni ġenerali l-PN ġab it inqas minn 51%. Fl-2005 kien kiseb 848 vot jew 50.6% tal-vot popolari hawn filwaqt li l-Partit Laburista kiseb biss 22 vot inqas, jew 826 (49.3%). Fl-elezzjoni tal-2008 - li nazzjonalment intrebħet mill-PN bi żbrixx - l-istess PN baqa' jżomm il-maġġoranza żgħira ħafna li kellu hekk kif għall-Kunsill Lokali kiseb 1,072 vot u l-PL kiseb 1,032 vot. Differenza mill-ġdid minima ta' 40 vot biss. Iżda s-sitwazzjoni nbidlet ta' taħt fuq fl-2013, meta l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali saret fl-istess ġurnata li matulha saret elezzjoni ġenerali li l-PL rebaħ b'35,000 vot. Dakinhar kienu b'kollox 1,278 persuna li vvutaw lil-Labour u 972 lill-PN, li jfisser illi d-distakk kiber minn 40 għal 306, favur il-Partit Laburista. Dan hekk kif il-PL kiseb 57% u l-PN 43%. Fl-2019 - meta l-elezzjoni saret ma' dik tal-Parlament Ewropew - is-sitwazzjoni għall- PN kompliet teħżien hekk kif kienu b'kollox 1,353 persuna li vvutaw lill-Partit Laburista jew 64%. Il-PN kiseb l-agħar riużultat tiegħu perċentwalment u anke numerikament, b'761 vot jew 36% tal-voti. Ħal Safi l-istess. Minn 52.3% għall-PN fl-2004, meta saret ukoll elezzjoni tal-Parlament Ewropew għal 63.5% favur il- Labour fl-2019 meta wkoll saret elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Numerikament il-PL fl-2004 kiseb 566 vot minn Ħal Safi, imbagħad fl-2019 kiseb 934 vot. Il-PN minn naħa l-oħra kiseb 640 vot fl-2004 u fl-2019 kiseb 537, 103 voti inqas. Tajjeb mela hawnhekk ninnutaw li l-PN kellu maġġoranza fl- elezzjonijiet tal-2004 u mbagħad fl- 2007 - meta kiseb 50.8% u l-Labour kiseb 45.6%, b'64 vot inqas. Imma mbagħad il-folja nqalbet fl-2012, sena qabel elezzjoni ġenerali li l-Partit Laburista rebaħ bil-kbir. F'Ħal Safi huwa kiseb 711-il vot (53%) u l-PN kiseb 579 (43%), differenza ta' 132 vot favur il-PL. Fl-2015 imbagħad il-Partit Laburista ġera waħda sew bil-PN f 'din il-lokalità - darba Nazzjonalista - u f 'din l-elezzjoni li saret flimkien mar-referendum tal-kaċċa kiseb 836 vot jew 57.6%, filwaqt li l-PN kiseb 42.4%. Sa hemmhekk kien għadu qed jikkontesta Pietru Pawl Busuttil fuq din il-lokalità - persuna ikonika u sinonima mal-Partit Nazzjonalista wara li l-istess Partit Nazzjonalista kien akkuża lill-Gvern Laburista bi frame-up fuqu hekk kif kien ġie akkużat bil-qtil ta' Raymond Caruana. Naturalment qatt ma nstab ħati. Fl-2019, l-ewwel elezzjoni illi fiha Busuttil ma kkontestax hekk kif kien miet fl-2017, il-PN ħa l-aħħar u l-akbar daqqa f 'Ħal Safi. F'din l-elezzjoni li saret ukoll mal- elezzjoni tal-Parlament Ewropew - il-Partit Laburista kiseb l-aqwa riżultat tiegħu b'934 vot jew 63.5%, differenza ta' 397 vot favur il-Partit Laburista. Ħal Kirkop - baqa' dejjem aħmar Intant kuntrarjament għal dawn iż-żewġ lokalitajiet Ħal Kirkop baqa' dejjem jagħti maġġoranzi komdi ħafna lill-Partit Laburista, għalkemm ra tnaqqis konsiderevoli biss minħabba l-fatt li kien hemm kandidat indipendenti - Mario Salerno - li għal ħafna snin kien ukoll Kandidat Laburista, inkluż fuq San Pawl il-Baħar. Dan probabbilment jindika li ħafna mill- voti li kiseb Salerno, noralment imorru għal-Labour. Fl-2019 il-Partit Laburista kiseb 1,016-il vot minn Ħal Kirkop, li jgħodd għal 64.5% tal-voti filwaqt li l-PN kiseb 30.2% jew 476 vot. Salerno kiseb 83 vot. Il-PN dejjem baqa' fuq it-tletinijiet f 'Ħal Kirkop: 31.2% fl-2005, 35.5% fl-2008 - meta saret ukoll elezzjoni ġenerali u lura għal 30.2% fl-2012 meta mal-Kunsill Lokali ma kien hemm ebda elezzjoni oħra. L-uniku darba li naqqas il-Partit Laburista, kien meta 138 tal- Koppin ivvutaw lil Salerno li allura kiseb 9.8% tal-voti, bil-Labour jirbaħ b'55.6% u l-PN jikseb 34.6%. Il-Lokalità li ma baqgħetx mal- Ħames! U finalment il-Ħames Distrett kien it differenti sal-2013 għax minkejja li ma kellux iż-żona residenzjali ta' Ħal Farruġ kellu fih lil Marsaxlokk - lokalità illi minħabba l-maġġoranzi qawwijin favur il- Partit Laburista probabilment wasslet biex il-PL tilef siġġu f 'din il- lokalità fl-2017. Il-Partit Laburista kien rebaħ ir-raba' siġġu fil-Ħames Distrett fl-2013. Fl-2019 ix-Xlukkajri marru bi ħġarhom jivvutaw lill-PL li kien kiseb 1,685 vot jew 78.4%, filwaqt li l-PN kiseb biss 465 jew 21.3% tal-voti. Fl-2015 il-Partit Laburista kiseb it inqas voti u ġab 74% tal-voti Xlukkarji u l-PN kiseb 26%. Jekk immorru lura għall-2004 - sena wara rebħa Nazzjonalista u s-sena li fiha Malta daħlet fl-UE insibu li l-PL kien kiseb 60.2% u l-PN kiseb 26.2%. Minkejja dan, dan ir-riżultat kien frott kandidat indipendenti (li fil-fatt normalment kien ikun kandidat laburista) li kiseb 13%. Fil-fatt jekk inħarsu lejn Marsaxlokk naraw illi jekk fl- 2004 (ma' elezzjoni tal-Parlament Ewropew) il-PN kiseb 525 vot, fl- 2019 (ma' elezzjoni tal-Parlament Ewropew) jew inkella 16-il sena wara l-PN kiseb 465 vot, 60 vot inqas. B'hekk il-gazzetta ILLUM tagħlaq din il-ħarsa lejn il-ħames distrett li se jkollu mhux għajn waħda jew tnejn tħares lejħ, grazzi għall- kandidatura tal-Mexxej Laburista u l-Kap Nazzjonalista fih! elezzjoni2022 09 illum • IL-ĦADD 27 TA' FRAR 2022