Illum previous editions

ILLUM 6 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1457523

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

IL-ĦADD 6 TA' MARZU 2022 • illum aħbarijiet robertabela.org MARIANNA CALLEJA Residenti ta' Birżebbuġa, bdiewa u persuni li għandhom għal qalbhom Wied Żnuber ingħaqdu mal-Moviment Graffitti u disa' għaqdiet oħra biex jitkellmu kontra l-pjanijiet li tħabbru fit-12 ta' Frar għal mitjar tal-mudelli tal- ajruplani biswit il-wied u l-irdum taż-żona. Il-pjan għal dan il-mitjar tħabbar waqt l-iffirmar ta' ehim bejn l-aġenzija tal-Gvern INDIS u assoċċjazzjoni tat-titjir tal-mudelli tal-ajruplani. "Dan il-proġett, li mistenni jkollu impatt ambjentali u soċjali kbir, inħema fis-sigriet mingħajr ebda forma ta' konsultazzjoni mal- pubbliku," saħaq il-moviment. Spjega li filwaqt li s'issa għadhom ma ġewx ippubblikati l-pjanijiet uffiċjali, u lanqas biss hemm applikazzjoni għall-iżvilupp mal- Awtorità tal-Ippjanar, hemm indikazzjonijiet li dan l-iżvilupp se jieħu 44 tomna ta' art naturali u agrikola – daqs seba' grawnds tal-futbol. Billi dan is-sit magħmul minn xagħri, ser ikun hemm bżonn radam estensiv sabiex jiġi livellat u jkunu jistgħu jinbnew strippa twila ta' tarmak u struttura ta' clubhouse. "Din l-attività ser iżżid drastikament it-tniġġis tad-dawl u tal-istorbju minn ħsejjes qawwija u kontinwi ta' mudelli ta' ajruplani mdaqqsa. Dan ser jeqred is-serenità tal-wied u tal- irdum," żied jgħid il-moviment. Persuni oħra li tkellmu waqt il- konferenza qalu kif sabuha xokkanti kif proġett ta' dan it-tip qed jiġi pjanat eżatt ħdejn sit tan-Natura 2000; magħruf mill-awtoritajiet stess bħala sit ekoloġikament sensittiv li jgħajjex bosta annimali protetti u veġetazzjoni importanti. Spjegaw ukoll kif tefgħa ta' ġebla l-bogħod mis-sit maħsub għall-mitjar hemm l-irdumijiet fejn ibejtu ċ-ċief u l-garni, kolonji protetti ta' għasafar sensittivi ħafna għad-dawl u għall- istorbju u li diġà huma mhedda. Skont il-Moviment Graffitti, fis- sit hemm ukoll numru ta' fdalijiet storiċi fosthom dolmen, xelter militari, kanali antiki tal-ilma u ħofriet preistoriċi li kienu jintużaw fir-riti tad-dfin. Dan il-pjan ser jaffetwa ħażin ukoll lill-bdiewa. Uħud mill- bdiewa li jaħdmu l-art f 'din iż- żona diġà rċevew notifika sabiex iħallu l-għelieqi li jaħdmu, filwaqt li l-bdiewa l-oħrajn ser jaffaċċjaw il-perikolu kontinwu ta' mudelli tal- ajruplani għaddejjin ivenvnu fuq rashom. Fil-konferenza ġie spjegat ukoll kif fil-Pjan Lokali, is-sit inkwistjoni, jagħmel parti miż-żona industrijali iżda dan ma jirriflettix ir-realtà ta' sit li, fil-verità, huwa art naturali li tinsab eżatt ħdejn wied u rdum. Sa issa, l-applikazzjonijiet għall-iżvilupp f 'dan is-sit kollha ġew riutati. Aħna determinati li nkomplu nopponu dan il-pjan sakemm jiġi rtirat. "Fid-dawl ta' dan kollu, nisħqu li l-pjan tal-mitjar huwa totalment inaċċettabbli għaliex se jeqred art verġni u se jħalli impatt diżastruż fuq il-madwar. Għandna kull rispett lejn min iħaddan id-delizzju tat-titjir tal-mudelli tal-ajruplani, iżda nemmnu li mhuwiex ġust li jispiċċaw ibatu r-residenti, il- bdiewa u l-ambjent naturali ta' pajjiżna sabiex isir proġett li ser jagħmel ħsara kbira," temmew il- konferenza l-Moviment Graffitti. Disa' għaqdiet ingħaqdu ma' Moviment Graffitti u flimkien ipparteċipaw fil-Konferenza Stampa. Dawn huma; • Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa • ŻAK Birżebbuġa • 12th Birżebbuġa Girl Guides • Moviment Graffitti • BirdLife Malta • Din l-Art Ħelwa • Flimkien għal Ambjent Aħjar • Friends of the Earth Malta • Extinction Rebellion Malta • e Archaeological Society Malta Il-Moviment Graffitti minn Birżebbuġa ... jipprotestaw kontra l-pjan ta' mitjar f'Wied Żnuber Moviment Graffitti u disa' għaqdiet oħra jinġabru fil-pjazza ta'Birżebbuġa biex jitkellmu kontra l-pjan ta' mitjar f'Wied Żnuber

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 March 2022