Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1457523
26 Mhux kapaċi jlestu manifest, aħseb u ara kif se jmexxu pajjiż! Q att ma niakar il-Partit Nazzjonalista fl-istat amateur li jinsab fih illum. Jien servejt fl-Oppożizzjoni u naf eżatt xi tfissewr li l-Partit tiegħek ikun fl-Oppożizzjoni - ifisser li ma jkol- lokx fuq spalltek il-piż tat-teħid tad-deċiżjonijiet, ifisser li jkollok il-ħin kollu tad-dinja biex tiltaqa' man-nies u tisma' u jfisser li tkun tista' tfassal proposti ambizzjużi mingħajr ma jkollok il-focus tiegħek maqsum fuq il-ħajja eżekuttiva. Għalhekk tippretendi li meta tissaffar is-suffara tal-elezzjoni ġenerali, il-Partit fl-Oppożizzjoni jkollu manifest lest, kampanja kalibrata tajjeb u messaġġ spjegat u maħsub sewwa. Minflok il-Partit Nazzjonalista ġiena b'manifest li nbidel diversi drabi, kampanja mgerfxa u messaġġ li sal-lum għadni ma imtx x'inhu. Qabbel dan mal-kampanja bellezza li qed imexxi 'l quddiem il-Prim Ministru Robert Abela u l-Partit Laburista kollu kemm hu. Xtaqt imma niffoka fuq il- manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista. Ftit wara l-bidu tal-kampanja elettorali tfaċċat l-ewwel verżjoni tal-programm elettorali li kien fiha total ta' 542 proposta. Id-dokument innifsu jigdeb fuqu nnifsu għaliex jgħid li fih 549 proposta meta fil-fatt fih 542. Din l-ewwel verżjoni kien fiha żewġ żbalji kbar. L-ewwel żball kien marbut mal-proposta ta' Bernard Grech li jalloka biljun Ewro fil-ħolqien ta' setturi li fil-verita' diġa' jeżistu. Filwaqt li fl-ewwel ġurnata tal-kampanja qal li jekk ikun fil-Gvern ser ikun qed joħroġ nofs din l-ispiża, mat- tħabbira tal-manifest il-50% b'mod maġiku saret 70%. It-tieni żball kien marbut mal-proposti dwar l-annimali. Waqt li fil-konferenza stampa li nidiet il-manifest elettorali jissemmew 12-il proposta, meta tfittex id-dokument issib tlieta biss! Niġu issa għat-tieni verżjoni fejn fit-tieni verżjoni tal-manifest in-numru ta' proposti sar 544. Is-sabiħa hi li f 'din it-tieni verżjoni tal-PN insew iżidu tliet proposti oħra li wiegħed Bernard Grech mas-sajjieda u bdiewa (sussidju fuq ix-xiri tal-fuel għas-sajjieda, tneħħija tal-meters tad-dawl u l-ilma u għajnuna biex bdiewa attivi jakkwistaw direttament ir-raba tagħhom). Dawn it-tliet proposti nsew iniżluhom fit-tieni verżjoni tal-manifest. Fit-tieni verżjoni tħalla wkoll żball ieħor - dak marbut mal-uffiċju tal-Malta Enterprise f 'Għawdex. Dan l-uffiċju jeżisti diġà u minkejja li jeżisti diġà Bernard Grech wiegħed li se jiaħ wieħed għall-ewwel darba. Ikkonfermaw li dan kien żball meta fit-tielet verżjoni din tal-uffiċju tħalliet barra. Xi ħaġa simili ġrat fejn tidħol l-GU clinic. Il-PN iwiegħed branka tal-GU clinic ġewwa Għawdex (proposta 102) meta din diġà bdiet topera sa minn Mejju li għadda. Lanqas ilħaqt flejt it-tieni verżjoni tal-manifest elettorali li tfaċċat verżjoni oħra tal-manifest elettorali tal-PN, din id-darba fuq il-website tal-Partit Nazzjonalista. Din id- darba t-total ta' proposti tela' għal 559 proposta. It-total tela' għal 559 proposta mhux għaliex żdiedu l-proposti li wiegħed Bernard Grech u li ma kinux fl-ewwel żewġ verżjonijiet imma għaliex sar tibdil biex jiġu koreġuti żbalji fiż-żewġ verżjonijiet ta' qabel u għaliex uħud mil-proposti ġodda tal-aħħar verżjoni huma ripetizzjoni tal-istess proposti li jinsabu fid-dokumenti. Ħa nġib xi eżempji marbuta mal-aħħar punt (tar-repetizzjoni). Proposta 536 u proposta 540 huma ripetuti. Proposta 537 u proposta 541 huma ripetuti. Proposta 534 u proposta 538 huma ripetuti. Proposta 535 u proposta 539 huma ripetuti. Litteralment tal-biki. Imbagħad it-tielet verżjoni tbiddel il-proposti tal-PN dwar l-IVF. Dik li kienet il-proposta numru 105 fit-tieni verżjoni saret il-proposta 106 fit-tielet verżjoni fejn il-PN issa qed iwiegħed li ser iħallsu t-trattament tal-IVF biex koppji Maltin jagħmluh barra. Aħna rridu li s-servizz tal-IVF isir hawn Malta stess. U la qed nitkellmu dwar l-IVF irrid nikkundanna bl-iktar mod ċar l-insensittivita' ta' Bernard Grech li fejn jidħol l-IVF u ġenituri li jixtiequ li jkollhom it-tfal flok itihom soluzzjoni, jappellalhom biex jaħdmu ħalli l-PN jitla' fil-Gvern għall-ġid tal-koppji li għandhom it- tfal. Il-kelma insensittivita' ma hijiex biżżejjed. Jien u nisma' lil Bernard Grech jgħid hekk tkexkixt u lanqas bdejt nemmen dak li bdejt nisma' b'widnejja. Pero' ħa nkompli fuq l-iżbalji tal- PN u l-manifest. Il-PN għamel froġa oħra fuq il-kaċċa u l-insib. L-ewwel ma semmew xejn fuq il-kaċċa u l-insib imbagħad fit-tielet verżjoni akru li jeżisti dan id-delizzju u ħarbxu tliet proposti ta' malajr. Niġu issa fuq il-first-time buyers. Anke hawn tal-PN għaffġu u ħawdu. Fit-tieni verżjoni tal-manifest elettorali l-PN wiegħed sussidju li jkopri 50% tal-imgħax fuq self ta' €250,000 għall-ewwel ħames snin tas-self. Fil-verżjoni li ħarġet wara, l-PN iddeċieda li jċaħħad ħafna nies mill-proposta u jgħid li dawk li jaqbżu l-35 sena ma għandhomx igawdu minnha. Fl-istess nifs il-50% sussidju għal ħames snin inbidel fi 2%. Il-PN ikkopja wkoll il-proposti tal-Partit Laburista. Nieħdu pereżempju l-iskema tal-għajnuniet li ħabbar il-Partit Laburista fejn qed ngħidu li fejn jidħlu n-negozji Għawdxin l-iskema tkun 10% iktar ġeneruża. Fl-ewwel verżjoni l-PN wiegħed proposta partikolari (140). Fil-verżjoni suċċessiva, tfaċċat f 'tarf din l-istess proposta (issa rinumerata 141) fotokopja tal-wegħda tal-Partit Laburista, bid-differenza li flok 10% qalu f 'daqqa waħda 50% għad li l-proposta tal-PN hi marbuta ma' ħtieġa ta' konformita' mal-kriterji tal-ESG. Niġu issa għall-froġa taċ-ċitazzjonijiet. Fl-ewwel verżjoni (proposta 271) il-ħassieba eruditi tal-PN iddeċidew li jwiegħdu li jaħfru ċ-ċitazzjonijiet. Meta raw li l-poplu kkritika din il-proposta, fil-verżjoni ta' wara (proposta rinumerata 276) issa semmew li se jiffriżaw iċ-ċitazzjonijiet għal sitt xhur. Imbagħad hemm il-kwistjoni perikoluża tal-għajnuna fuq il- kirjiet pre-1995. Waqt li Gvern Laburista qed jgħin finanzjarjament lil kull min hu inkwilin f 'kera pre-1995 li ġie impattat minn żieda kbira fil-kera skont il-liġi sakemm dak li jkun jagħlaq għajnejh, il-PN qed jgħid li se jgħin biss għal tliet snin, li tfisser li dik l-anzjana, dik il- pensjonanta wara tliet snin tispiċċa barra fit-triq għax żgur mhux se jkun possibbli għaliha li tħallas il- kera għolja. Il-Partit Nazzjonalista huwa irresponsabbli u rrid inwissi lil dawk kollha li jabitaw f 'dar b'kera ta' qabel l-1995 biex jaraw l-affarijiet sewwa u jiksbu parir legali qabel jagħmlu l-għazliet elettorali tagħhom. Id-domanda, meta tara dan kollu, tfeġġ weħidha – kif tista' tafda dan il-Partit amateur, imħawwad u mgerfex li jmexxi pajjiż jekk lanqas għandu l-ħila jgħaqqad flimkien program elettorali! Jien m'għandix dubju li l-poplu se jagħraf jagħzel bejn is-serjetà u l-vizjoni għall-futur ta' Robert Abela u l-Partit Laburista min-naħa l-waħda u l-faqar abbjett tal- Oppozizzjoni min-naħa l-oħra. • • • Din probabbilment se tkun l-aħħar kitba tiegħi f 'dan il-ġurnal qabel il-jum tas-26 ta' Marzu, 2022 meta l-poplu se jagħmel l-għazliet tiegħu. Il-Partit Nazzjonalista huwa irresponsabbli u rrid inwissi lil dawk kollha li jabitaw f'dar b'kera ta' qabel l-1995 biex jaraw l-affarijiet sewwa u jiksbu parir legali qabel jagħmlu l-għazliet elettorali tagħhom Owen Bonnici Owen Bonnici huwa l-Ministru għar-Riċerka, Innovazzjoni u Ugwaljanza elezzjoni2022 IL-ĦADD 6 TA' MARZU 2022 • illum