Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1457523
06 aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' MARZU 2022 • illum Ambjent u kostruzzjoni: 23.6% tal-votanti ġodda jħossu li dawn huma l-akbar problemi f'Malta bħalissa ALBERT GAUCI CUNNNGHAM Fit-tieni ġimgħa tal-kampanja elettorali u fit-tieni sondaġġ tal-gazzetta ILLUM magħmul minn Polar dwar it-tħassib tal-poplu, jirriżulta li fost l-istudenti u l-votanti ġodda l-akbar tħassib huwa dak dwar l-ambjent u t-traffiku. Ħarsa partikolari lejn il-votanti żgħażagħ li huma studenti kif ukoll votanti ġodda, dawk bejn is-16 u s-17-il sena, turi li dawn mhumiex daqstant imħassbin bil-korruzzjoni, daqs etajiet oħrajn. Fil-fatt huma 11% biss li jsemmu l-korruzzjoni fost il-votanti ġodda, filwaqt li dan in-numru jerġa' jinżel għal 9% biss fost l-istudenti. Jidher li huma t-traffiku u t-toroq li l-aktar illi qed iħassbu lil dawn b'21.6% tal-istudenti jsemmu din il-problema u 19.7% tal-votanti ġodda jsemmu din il-problema wkoll. Interessanti li dawn iż-żewġ gruppi - forsi mingħajr wisq sorpriża - huma l-aktar li semmew l-ambjent mill-etajiet kollha bħala l-akbar problema. Fil-fatt 14% tal-istudenti semmew il-qerda tal-ambjent bħala l-akbar problema u 13.3% tal-votanti ġodda għamlu l-istess. Ma' dawn 10.3% tal-votanti ġodda jsemmu l-kostruzzjoni bħala l-akbar problema, kwistjoni li xi it jew wisq xorta hija marbuta mal-ambjent. Huma 11.3% tal-istudenti li jsemmu l-kostruzzjoni. 12% ta' dawk kollha bejn 16 u 35 sena - l-akbar perċentwal - isemmu l-qerda tal- ambjent bħala l-akbar problema tal-pajjiż. Minn naħa l-oħra huma biss 4.5% tal- votanti li jsemmu l-Covid-19 bħala l-akbar problema fil-pajjiż bħalissa. Il-korruzzjoni tibqa' l-akbar inkwiet għan- Nazzjonalisti... imma mhux għal 96% tal- Laburisti l-akbar tħassib f 'moħħ ħafna partitarji u votanti Nazzjonalisti baqgħet il-korruzzjoni hekk kif sondaġġ tal-gazzetta ILLUM li sar permezz ta' Polar, juri illi maġġoranza relattiva ta' 46% huma mħassbin bil- korruzzjoni filwaqt li huma biss 3.4% ta' dawk li se jivvutaw lill-Partit Laburista li jaħsbu li din hija l-akbar problema. Minn dawk li vvotaw lill-Partit Laburista fl-2017 huma 6% li jsemmu l-korruzzjoni bħala l-akbar problema, filwaqt li minn dawk li vvutaw PN ħames snin ilu dan il-persentaġġ jispara għal 39.8%. Dan id-distakkament qawwi ta' ħsieb jirriżulta b'mod ċar distrettwalment, b'distretti tradizzjonalment Laburisti jirreġistraw livelli baxxi ta' tħassib fuq il-korruzzjoni u dawk tradizzjonalment nazzjonalisti jirreġistraw persentaġġi, ogħla ta' tħassib. L-inqas rata ta' tħassib dwar il-korruzzjoni kien irreġistrat fil-Ħames Distrett - li jinkludi lil Birżebbuġa, iż-Żurrieq, Ħal Kirkop u l-Qrendi - fejn huma biss 6.4% li semmew il-korruzzjoni bħala l-akbar problema. Fil- każ tat-Tieni, t-Tielet, ir-Raba', s-Sitt u anke s-Seba' Distrett l-inkwiet dwar il-korruzzjoni jibqa' dejjem taħt l-20%. Jitla' għal 17.2% fit-Tielet Distrett u jinżel għal 16% fis-seba' distrett - li mhuwiex fin-nofsinhar u jinkludi r-Rabat u Ħaż-Żebbuġ - 15.5% fis-Sitt Distrett, 14.3% fir-raba' distrett u jinżel għal 13.4% fit-Tieni Distrett. Dan ifisser illi minn Marsaxlokk sar-Rabat, dejjem jekk tgħaddi mill-punent aktar minn 80% tal-elettorat ma jsemmix il-korruzzjoni bħala problema. L-uniku eċċezzjoni huwa l-Ewwel Distrett - li jinkludi l-Belt Valletta, Furjana u Ħamrun - fejn huma 22% li jsemmu l-korruzzjoni. Il-kwistjoni tal-għoli tal-ħajja tissemma' aktar mill-korruzzjoni fost il-parteċipanti tat-Tieni Distrett (21.6%), ir-raba' distrett (16.1%) u l-Ħames Distrett (13.6%). Is-sitwazzjoni dwar il-korruzzjoni tinqeleb mit-Tmien Distrett 'il fuq u għalkemm fl- ebda distrett ma hemm aktar minn 30% li jsemmu l-korruzzjoni, dan il-persentaġġ kważi jintlaħaq biss fl-10 Distrett, b'29.5%. Dan huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar distretti nazzjonalisti u jinkludi lil Tas-Sliema, San Ġiljan u s-Swieqi. Imbagħad it-tħassib jinżel għal 27.5% fit-Tmien Distrett u jerġa' jinżel bi it għal 27.1% fit-Tnax-il Distrett - li jinkludi lil San Pawl il-Baħar, Mellieħa u parti minn Naxxar - u li din id-darba mistenni jkun interssanti f 'termini ta' liema partit se jkun qed jirbħu. Dan it-tħassib jinżel għal 26.4% fil-11-il distrett u 21.4% fid-Disa' Distrett. F'ħafna mid-distretti l-maġġoranza relattiva la huma inkwetati fuq il-korruzzjoni u lanqas fuq l-għoli tal-ħajja u semmew kwistjonijiet "oħrajn." Dawk fil-Ħames u s-Sitt Distrett l-aktar li semmew kwistjonijiet oħrajn b'30.3% u 30.2% rispettivament. U l-mara tad-dar, is-self employed u l-pensjonanti x'qed jinkwetahom l-aktar? Kif mistenni dawk il-parteċipanti illi qalu illi huma nisa tad-dar, aktar semmew l-għoli tal-ħajja bħala problema b'21.2%. Minkejja dan b'18.7% il-korruzzjoni tiġi it warajha. Madwar 10% imbagħad isemmu t-traffiku u anke l-Covid-19. B'21.6%, il-korruzzjoni l-aktar li tissemma fost dawk li jaħdmu għal rashom, filwaqt li 22% isemmu kwistjonijiet "oħrajn" u 11% isemmu t-toroq u traffiku. Tlieta minn kull 10 pensjonanti jsemmu "affarijiet oħrajn" bil-korruzzjoni tkun l-aktar kwistjoni partikolari li tissemma b'22.5%. Fost dawk il-parteċipanti bla xogħol - forsi mingħajr sorpriża wkoll - ħadd ma jsemmi l-korruzzjoni bħala problema, filwaqt li 20% minn dawn isemmu l-Covid-19. Interssanti li fost dawk bla impjieg ġie rreġistrat l-ogħla perċentwal - 16.8% - ta' parteċipanti li jħossu li l-politiċi huma l-akbar problema. Korruzzjoni 20.32% Għoli tal-ħajja 12.01% Traf�ku u Toroq 10.91% Covid-19 9.01% Kostruzzjoni 6.21% Qerda tal-ambjent 5.81% Gwerra �-Ukrajna 3.30% Il-politiċi 2.80% l-Oppożizzjoni 2.60% Pagi baxxi 1.50% Il-Gvern 1.50% Oħrajn 24.02% ... U 25% tal-istudenti jaħsbu l-istess. Il- korruzzjoni ma tidhirx li hija ta' inwkiet daqstant kbir fost dawn il-votanti Koruzzjoni 10.90% Għoli tal-ħajja 12.60% Traf�ku u toroq 19.70% Covid-19 4.50% Kostruzzjoni 10.30% Qerda tal-ambjent 13.30% Oħrajn 28.70% Tħassib fost Votanti Ġodda X'taħseb li hija l-akbar problema ta' Malta bħalissa?