Illum previous editions

ILLUM 6 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1457523

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 elezzjoni2022 IL-ĦADD 6 TA' MARZU 2022 • illum X'kampanja elettorali hi? Ilna ħames Kemm insemmu t-tmeninijiet? Kemm ngħidu li kien żmien ikrah għall-politika fil-pajjiż? Ma tantx għandna għalfejn nitkażaw b'dawk iż-żminijiet għax dawn l-aħħar ħames snin ma kinux xi ġenna fl-art! Minn qtil ta' ġurnalista, għal riżenja ta' Prim Ministru u gwerra fil-Partit Nazzjonalista. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn l-agħar mumenti li għaddew minnhom il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar leġislatura. Illum nibdew bil-Partit Laburista YENDRICK CIOFFI Jekk kien hemm leġislatura mqallba u li fiha seħħ minn kollox bla dubju ta' xejn li kienet din li qed tintemm. X'ma ġarax? Inqatlet Daphne Caruana Galizia, irriżenja Joseph Muscat meta kien fl-aqwa tiegħu u l-Partit Nazzjonalista baqa' ma jistax jieħu r-ruħ. Il-pandemija u l-qtugħ ta' qalb li ġabet magħha ma tantx għenet. Tant kemm ġraw affarijiet, li ċertu ġrajjiet qisu ilhom li għaddew snin minn fuqhom. X'ma jixbgħux in-nies? Mhux ta' b'xejn li din il-kampanja elettorali it li xejn qed tqanqal interess, almenu sa issa. Donnu li kulħadd iddejjaq jisma'. Ħafna għandhom ġenn biex tgħaddi forsi l-politiċi joqogħdu it kwieti u wara l-Covid-19 jerġgħu jibdew jgħixu. Illum u bħal-lum ġimgħa, il- gazzetta ILLUM se tkun qed tagħti ħarsa lejn l-agħar mumenti li għaddew minnhom il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista fl-aħħar ħames snin. Illum nibdew bl-għar mumenti għall-Partit Laburista fl-aħħar ħames snin. PL: Theżżiża wara l-oħra imma x-xquq ftit jidhru Il-Partit Laburista telaq minn rebħa straordinarja fl-2017 kontra l-Partit Nazzjonalista. Imma tul l-aħħar ħames snin għadda fuq li għadda. Daqqa wara l-oħra. Skandlu wara skandlu. Kriżi wara kriżi. Min jgħid li dan mhux minnu, mhux jgħix f 'dinja! Kieku l-Partit Nazzjonalista ma kienx mitluf fi gwerra interna li ħallietu għarkupptejh u lanqas jaf x'laqtu, kieku żgur li llum l-istorja h i j a differenti. Wara dak kollu li għadda minnu l-Partit Laburista, imissna għaddejin bl-aqwa kampanja elettorali. Kieku l-Partit Nazzjonalista ħadem biex jissaħħaħ, kieku llum it-taqbida hija aktar ħarxa u ċ-ċans li Kastilja tara Gvern differenti huwa ħafna akbar. Taħt il-Labour inqatlet ġurnalista! Mhux ċajta tafx? F'Ġunju 2017, il-Partit Laburista ċċelebra bir-raġun rebħa kbira li kien għamel minkejja allegazzjonijiet serji, inkluż dik dwar il-famuża kumpanija fil- Panama Egrant. Madanakollu l-'honeymoon' tal-Labour it li xejn dam. Erba' xhur wara, fis-16 ta' Ottubru 2017, bomba f 'karozza fil- Bidnija toqtol mhux biss lil Daphne Caruana Galizia, imma theżżeż pajjiż u Gvern u beda l-bidu tat- tmiem ta' Joseph Muscat. Tgħidli x'għandu x'jaqsam il- Labour? Mela l-Labour qatel lil Daphne? Mhux ngħid hekk. Imma qatt mhu sabiħ li ġurnalista tinqatel taħt it-tmexxija tiegħek. Dan biex m a nsemmux li D a p h n e Caruana Galizia kienet waħda mill-akbar kritiċi li qatt kellu jiffaċċja l-Partit Laburista. Taqbel jew ma taqbilx mal-kitba tagħha, ma tistax ma tirrikonoxxix il-fatt li kienet xewka għall-Partit Laburista, fis- sens li kixfet uħud mill-agħar skandli li heżżew lill-Gvern ta' Joseph Muscat u kienet iżżommu kontabbli. Fuq ħafna affarijiet, Caruana Galizia ngħatat raġun, anke wara mewtha. Il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia tefa' dell fuq il-Partit Laburista. Kien dan il-qtil li wassal għat-tmiem ta' Joseph Muscat. Jgħid x'jgħid, meta ħarġet din l-aħbar, Muscat kien jaf li dan hu t-tmiem tiegħu. Jgħid x'jgħid, qatt ma xtaq jispiċċa kif jispiċċa. Kemm għamel ġid? Kemm għamel riformi? Ħafna! Imma dan il-qtil u l-iskandli li dawruh, jibqgħu jiġru warajh u jiddefinixxuh. Jista' jieħu gost idur fil-Birgu jew f 'Marsaxlokk u jara n-nies iċapċpulu! Muscat spiċċa malli spiċċat Daphne! Arrestat Yorgen! Is-soċjetà ċivili tqum u l-aktar Gvern b'saħħtu jċedi Wara l-qtil ta' Caruana Galizia, l-agħar mument għall-Partit Laburista, bla dubju ta' xejn kien dak li seħħ fid-19 ta' Novembru 2019 (u l-jiem li ġew wara) meta ġie arrestat Yorgen Fenech. L-arrest ta' Fenech kompla jitfa' dell ikrah fuq i l - G v e r n . Għaliex? S e m p l i ċ i . Yorgen Fenech ma kienx biss direttur tal-Electrogas imma kien is-sid tal-kumpanija 17 Black, il-kumpanija li minnha kellhom jidħlu flus fil-kumpaniji tal-Panama ta' dawk, li sa dak iż-żmien, kienu l-kapuljuni tal- Gvern, jiġifieri ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi. Hija l-istess kumpanija li aktar tard sar magħruf li għamlet qligħ mill-proġett jintenn tal- Montenegro, minn fuq dahar l-Enemalta. Min taħsbu li kien involut ukoll hawn? Mhux Konrad! Fenech huwa wkoll dak il- ħabib li Joseph Muscat ma setax ma jistedinx għall-festin ta' għeluq snienu, biex ma jissuspettax ħażin. Fenech huwa dak li lil Joseph Muscat tah tlett ifliexken Petrus u arloġġ Bvlgari. Minjaf kemm trid taħdem u tagħmel overtime biex int, li qed taqra dan l-artiklu, tixtri mqar fliexkun wieħed minn dan l-inbid. Malli ġie arrestat Fenech, anke jekk pprovaw jiggranfaw mal-aħħar tibna, it-tmiem ta' Joseph Muscat u sħabu Keith Schembri u Konrad Mizzi kien ċar! In-niżla li bdiet bl-isplużjoni fil- Bidnija issa waslet fl- abbissi. F'ġurnata waħda, nhar is- 26 ta' Novebru 2019, irriżenja Keith Schembri, issa implikat minn Fenech fl-assassinju, irriżenja Konrad Mizzi minn Ministru u ssospenda lilu nnifsu Chris Cardona, wkoll implikat fil-qtil tal-ġurnalista f 'ittra li waslet għand Yorgen Fenech waqt li kien il-ħabs. Joseph Muscat ikollu jitlaq Kien fadal Joseph Muscat. Muscat kellu jħallas il-prezz qares tad-deċiżjoni tiegħu li jżomm lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi maġenbu, anke wara li ħarġu l-famużi Panama Papers. Kulħadd jiakar f 'dak li kien qed jiġri fil-Belt. Kuljum, eluf ta' persuni niżlu jipprotestaw quddiem il-Parlament. Karozzi tal-Gvern u l-Parlament spiċċaw assedjati b'Ministri maqbuda fihom. Il- protesti baqgħu għaddejin sakemm is-soċjetà ċivili ħadet dak li riedet. Nhar l-1 ta' Diċembru 2020, Joseph Muscat, dak li għal-Laburisti kien (u għal ħafna għadu) "il-king" u "l-invictus," ċeda u ħabbar li ma kienx se jibqa' Prim Ministru. B'saħħtu kemm kien b'saħħtu, rebaħ b'kemm rebaħ, bla dubju, dan kien mument ta' qtigħ il-qalb għall-Partit Laburista. L-istilla tal-Labour, imkeċċi Konrad Mizzi għadu sal-lum jiaħar bil-Partit Laburista u b'dak li rnexxielu jagħmel. Imma jista' jiaħar bil-Labour, jista' jgħid li se jappoġġja lill-PL, jista' jieħu gost li jgħidulu "wiċċ il-hena," għax jibqa' l-fatt li huwa mkeċċi mill-Partit Laburista. Minn 73 vot fl-eżekuttiv tal- Partit Laburista, 71 ivvotaw biex Mizzi jiġu muri l-bieb ta' barra. Dak li sa qabel l-elezzjoni tal-2013 kien il-kandidat stilla tal-Partit Laburista (anke jekk ħadd ma jaf minn kien), issa kien l-imkeċċi. Lil Robert Abela ninżgħulu l-kappell. Bil-mod tiegħu irnexx- ielu jiknes u jbiddel. Biżżejjed? Le mhuwiex. Imma d-dinja ma saritx f 'ġurnata waħda. Konrad Mizzi tkeċċa it wara li

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 March 2022