Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1457523
32 kummerċjali IL-ĦADD 6 TA' MARZU 2022 • illum Il-Premjijiet prestiġġjużi tal-MASP Awards jiżvelaw l-aqwa proġetti Maltin fid-disinn ta' arkitettura u disinn intern għall-2021 Il-Perit Konrad Buhagiar jirċievi l-premju tal-President Il-Valletta Design Cluster, l-iSterling HQ, l-Imperial Residential Home u l-Laguna ta' Portomaso huma wħud mill- proġetti li ħadu l-ewwel post fil- Malta Architecture and Spatial Planning (MASP) Awards tal- 2021 li saru nhar is-Sibt 26 ta' Frar 2022. Il-MASP Awards, li jsiru taħt il- Patroċinju tal-President ta' Malta, għandhom l-għan li jippromwovu u jirrikonoxxu l-proġetti ta' arkitettura u disinn intern. Il- premjijiet jiċċelebraw ix-xogħol metikoluż u l-innovazzjoni ta' professjonisti wara dawn il-proġetti ikoniċi - minn professjonisti stabbiliti sa studenti li qed jiggradwaw. Din is-sena, il-premju prestiġjuż tal-President intrebaħ mill-Perit Konrad Buhagiar għall-kontribut eċċellenti tiegħu lejn l-edukazzjoni, it-teorija u l-prattika tal-arkitettura u s-servizz distint tul ħajtu lejn il- professjoni. Il-Premju għar-Riabilitazzjoni u l-Konservazzjoni ntrebaħ mid- Direttorat tar-Restawr għall- Valletta Design Cluster. Dan il- proġett ġie mfaħħar għall-mod kif bini skedat ta' Grad 1 fil-qalba tal-parti t'isfel tal-Belt, u li ma kienx jintuża, ġie salvat u ngħata ħajja ġdida permezz ta' użu ġdid li huwa sensittiv u adattiv. Il-House for Two Sisters fl-Isla, proġett ta' MODEL Architects, u ċ-Ċentru Parrokkjali Santu Rokku fil-Belt Valletta, proġett tal-Perit Silvienne Camilleri, irċevew tifħir speċjali. AP Valletta rebħu l-Premju ta' Restawr għat-Teatru Manoel fil- Belt Valletta. Dan il-proġett wera li restawr ta' kwalità għolja jista' jinkiseb fuq il-bażi ta' riċerka estensiva dwar l-istorja tal-bini kif ukoll il-kuntest soċjo-politiku u arkitettoniku tiegħu. Wieħed mill-komponenti ewlenin tal- proġett kien ir-rikostruzzjoni tal- faċċata skont it-tpinġija oriġinali fi ħdan il-Vilhena Cabreo tas-seklu tmintax. Hawnhekk, AP Valletta marru lil hinn minn sempliċi rikostruzzjoni, iżda ssuġġerew bidliet kreattivi u sottili fil-faċċata biex jakkomodaw elementi ġodda li jippermettu li l-faċċata terġa' tieħu l-prominenza storika tagħha. Ir-restawr tal-Belvedere f 'Ħal Lija mill-Perit Amanda De Giovanni u l-Concrete Water Tower fil-Marsa mill-Prof. Perit Ruben Paul Borg ingħataw tifħir speċjali. Il-bini ta' Sterling HQ f 'San Ġwann, proġett ta' Christian Spiteri Architects, kien ir-rebbieħ tal-Premju tad-Disinn għall- Arkitettura, Bini u Struttura Tajba. Għalkemm jinsab ġewwa żona industrijali, dan il-bini kontemporanju ta' kwalità għolja huwa tentattiv ambizzjuż biex ireġġa' lura l-arkitettura mhux deskritta li tikkaratterizza postijiet bħal dawn. Id-disinn huwa logħba bil-viżwal bejn ħeffa u toqol li xpruna soluzzjonijiet ta' diversi sfidi b'użu ta' disinn strutturali. Id-disinn indirizza b'suċċess ir- rekwiżit tal-klijent billi jservi bħala spazju multifunzjonali għall-ħażna, il-manifattura, u spazji għall-wirjiet, kif ukoll l-uffiċini fl-istess bini. Tifħir speċjali fi ħdan din il- kategorija ngħatat lil MODEL Architects għal House 51 f 'Tas- Sliema u EM Architects għal OneOneO fil-Gżira. DeMicoli & Associates rebħu l-Premju għall-Arkitettura Residenzjali għall-proġett tal- Laguna ta' Portomaso. Il-proġett huwa soluzzjoni ta' kwalità għolja għad-disinn li kien meħtieġ biex jipprijoritizza l-pożizzjoni tas-sit tant qrib il-baħar fejn jinsab dan l-iżvilupp. Il-proġett juri wkoll diversi miżuri effiċjenti fl-enerġija li jnaqqsu t-trażmissjoni termali tal-bini, inkluż overhang shading biex tiżdied il-prestazzjoni termali tal-ħġieġ tal-faċċati. Tkompli f 'paġna 34 Il-Perit Konrad Buhagiar