Illum previous editions

ILLUM 13 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1459404

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

29 Jiddettaw il-partiti u jistupraw il-pajjiż L -iktar industrija jew negozju jew negozjanti li għandu jew li għand- hom l-influwenza ġewwa pajjiżna hija dik tal-bini jew il-kostruzzjoni. Bħal kaċċaturi u n-nassaba jaħsbu li ħadd ma jista' għalihom u mhux hekk biss, jem- mnu li alla ħalaq l-art biex huma jkunu jistuprawha u litteralment jabbużawha. U mill-kbir għaż-żgħir, kollha għandhom il-mentalità li mhux biss jagħmlu li jridu imma jekk jistgħu ma jurux x'qed jaqilgħu u ma jħallsux sold f 'taxxa mġiddma. Ejja nkunu sinciera, qatt iltqajt ma' wieħed minnhom ma tax żewġ prezzijiet, wieħed bil-VAT u l-oħra mingħajr? Tagħraom iż-żgħar l-iktar b'xi vann Toyota, l-kbir b'xi mercedes SUV jew abjad jew iswed. Il-mara tgħidli li jien għandi l-qagħda ta' kuntrattur, jista jkun b'żaqqi kbira, ilsien laxk kemm trid, nervuż u manjieri xejn sbieħ. Veru, imma jibqa' l-fatt li ma nibnix kaxxi ta' apartamenti, ma nipprovax nixtri artijiet li kienu verġni u ma nixtrix lill-politiċi biex jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet marbuta mal-permessi. U lanqas ma nbiddel il-policies biex inkunu nistgħu nkomplu nbiddlu dan il-pajjiż f 'mandra aktar milli diġà hu! Jien xbajt nisma l-argument, kull darba li tqajjem mistoqsija dwar żvilupp oxxen fil-kampanja: "Heqq, din saret minħabba l-local plans li għamel George Pullicino." Ħaqq dik l-isponsuna, qed nitkellmu fuq 16 il-sena ilu! Minn dak iż-żmien stajna nbiddlu l-policies darba, tlett darbiet u għaxar darbiet. Jekk hemm skuża tajba għalfejn ma sarux tibidiliet, l-iskuża hi waħda sempliċi. Il-kuntratturi xtrawna, ġabuna skjavi tagħhom, ġabuna paljazzi tagħhom, ġabuna merċenarji tagħhom. Hu għalhekk li meta nisma' bi proposti ambjentali ... neħodhom, kif għandi neħodhom, biċ-ċajt. Meta nara Gvern u partit politiku jieqaf lin-nies bħal Joe Portelli (per eżempju) imbgħad u imbgħad biss, nibda nieħu lill- partiti bis-serjetà. • • • Mela kull tant żmien Joseph Muscat jgħid xi ħaġa fuq facebook. Jiena bħal ma kien jaf kulħadd kont ammiratur kbir ta' Joseph u minkejja dak li qalu xi wħud ħriġt għonqi għalih meta kien hemm bżonn, qabel ma sar mexxej tal-PL u meta sar Prim Ministru. U mhux ftit. Imma meta fl-2019 smajna dak li smajna, u jiena sirt naf dak li naf, qattajt il-karti minn miegħu. Għamilt iljieli twal nistaqi lili nnifsi, imma kif jista jkun. Ħassejt vojt kbir, qisu mietli xi ħadd viċin tiegħi, qisu xi ħadd kien ittradini. Ma kontx sew. U fuq medda ta' sentejn ma nafx kemm smajt botti mingħand Joseph jew nies viċin tiegħu dwar il-mod kif skont hu ttradejtu. "Alla hej," kont ngħid. U imbgħad fakkart dak li hu, meta u kif kont iddefendejtu. Ikolli ngħid ifferoċċjajt u għarra kemm kont idjota. Għax meta tagħlaq sittin sena u tħares lura u tinduna li inti bis-suppost intelliġenza kollha għaddewk minn għajn il-labra, issir xettiku ħafna. Hu għalhekk li meta ilbieraħ fuq facebook aħar fuq il- gradwati l-ġodda ta' Barts, għedt dan orrajt jew! Wara l-bawxata ta' Vitals, għandu l-wiċċ jitkellem. U fuq l-miljuni li serqu Vitals u dawk il-con men li kellhom trattament speċjali minn Kastilja fuq dan ma qal xejn! Imma l-iktar oġġett importanti li jrid jiakar Joseph, u forsi dan jafu, huwa li iktar ma jiaħ ħalqu iktar ser ikun hemm Laburisti li mhux ser jivvutaw fl-elezzjoni li ġejja. Mhux ser jivvutaw għall-PN, imma mhux ser jivvutaw għall-Labour, minħabba d-diżappunt kbir ta' Joseph. Iktar kemm Joseph joħroġ għan-nofs iktar se jfakkarhom f 'dan id- diżappunt. Għax wara li fdawh bil-vot, mhux biss besqilhom fis-sunnara, imma kompla jiddandan fil- pubbliku qisu ma ġara xejn. U dik, tfakkarhom kemm kienu idjoti u boloh! • • • Mario Azzopardi il-Mulej kien jikteb għal din il-gazzetta, opinjoni twila kull ġimgħa sakemm waqaf jikteb għax ma kienx jiflah. Kien persuna li f 'soċjetà oħra kien jiġi deskritt bħala ħassieb. Persuna li kellu kultura profonda li qatt ma setgħet tiġi simplifikata u ħafna drabi wisq kumplessa għal ħafna Maltin. L-aħħar darba li ltqajt miegħu, kont għaddej minn sitwazzjoni diffiċli f 'ħajti. Iltqajna fl-appartament ta' ħabib fuq xi bibita u niakar argument sħun fuq il-Palestina minn lettur Universitarju pro- Iżrael u dakinhar il-ġurnalista Karl Schembri pro-Palestinjan. Evitajt li nidħol fl-argument u poġġejt hdejn Mario u għedltu: "Nibda naqta' qalbi meta tisma' suppost nies intelliġenti jitkellmu mit-toqba ta' sormhom." Naf li daħakha u qalli biex ma nirrabjax iżżejjed u imbgħad staqsieni kif inti, u kif intom sejrin fil-gazzetta. Nsellimlek Mario, saħħiet! elezzjoni2022 illum • IL-ĦADD 13 TA' MARZU 2022 Saviour Balzan Saviour Balzan huwa Editur Maniġerjali tal-MediaToday Joseph Portelli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 March 2022