Illum previous editions

ILLUM 13 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1459404

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

06 aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' MARZU 2022 • illum Segretarju Parlamentari u Kandidat Laburista fuq il-5 u d-9 Distrett Ħidma b'Impenn Għalik Ingħaqad magħna fuq il-mezzi soċjali: 7968 1171 stefan@zrinzo.com Uffiċċju Birżebbuġa 40, Triq il-Brolli Uffiċċju Żurrieq 4, Triq it-Taħħan "L-għażliet tagħna huma mfassla u msejsa sabiex iħarsu l-futur: kemm tagħna, kif ukoll ta' uliedna" Dr Stefan Zrinzo Azzopardi, Segretarju Parlamentari 'Il-PM qatt ma ddiskuta l-applikazzjoni tas-Sannat mal-applikanti' - OPM ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "Kontra dak implikat mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista, il-Prim Ministru ma kien preżenti għall- ebda laqgħa li fiha ġiet diskussa l-applikazzjoni ta' żvilupp fis- Sannat u l-applikanti qatt ma tkellmu miegħu dwar dan is- suġġett. Dak li pprova jimplika Bernard Grech mhu xejn għajr gideb ta' politiku ddisprat li qed jidher biċ-ċar kemm mhux lesti biex imexxi l-pajjiż." Hekk sostna Kelliem mill- Uffiċċju tal-PM mal-ILLUM wara illi nhar il-Ġimgħa filgħaxija f 'Ħal Tarxien il-Kap tal-Partit Nazzjonalista implika li l-PM u Mexxej Laburista ltaqa' mal- iżviluppatur jew inkella attenda laqgħa illi matulha saret pressjoni biex jgħaddi permess għal żvilupp fis-Sannat Għawdex. Dan se jfisser 125 appartament u 60 garaxx madwar 350 metru 'il bogħod mill-irdumijiet fiż-żona. Il-gazzetta ILLUM staqsiet lill- Uffiċċju tal-Prim Ministru jekk Abela jeskludi jew jikkonferma li ġranet qabel ingħata l-permess kellu xi forma ta' inkontru ma' Joe Portelli (l-iżviluppatur) jew xi nies marbutin ma' dan il-proġett. U jekk iva, x'kien is-suġġett li wassal biex sar dan l-inkontru. Apparti ċ-ċaħda, il-Kelliem tal- Prim Minstru sostna li Robert Abela jżur Għawdex kull nhar ta' Sibt u hemm jiltaqa' ma' diversi persuni minn kull qasam tal- ħajja. "Fl-aħħar ġimgħat iltaqa' ma' persuni mill-oqsma tad- diżabbiltà, il-kleru, il-kummerċ, il-volontarjat u anke ma' nies fi djarhom. Dan minbarra l-laqgħat pubbliċi ma' mijiet ta' persuni," kompla jgħid. Apparti li ma nnegax li ltaqa' ma' Portelli f 'waħda minn dawn il-laqgħat il-Kelliem għall-Prim Ministru qal li fil-laqgħat ma' persuni mill-qasam kummerċjali kien hemm diversi persuni mill- istess komunità Għawdxija. Huwa temm jgħid li l-ironija hi li "l-Kap tal-Oppożizzjoni kien l-ewwel wieħed li ddandan b'ritratti mal-applikanti ta' dan il- proġett li għadu fl-ewwel stadju tal-proċess tal-ippjanar, u li huwa appellabbli." L-Uffiċċju tal- PM jiċħad li kien hemm xi laqgħa ma' Joe Portelli dwar il-permess li ngħata fis- Sannat kif implika Bernard Grech...

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 March 2022