Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1459404
12 elezzjoni2022 IL-ĦADD 13 TA' MARZU 2022 • illum X'kampanja elettorali hi? Ilna ħames Il-gazzetta tkompli bil-ħarsa tagħha lejn l-agħar mumenti li għaddew minnhom il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar leġislatura. Illum imiss il-Partit Nazzjonalita YENDRICK CIOFFI Il-ġimgħa li għaddiet, fl-ewwel parti ta' dan l-artiklu, tajna ħarsa lejn l-agħar mumenti li għadda minnhom il-Partit Laburista fl-aħħar ħames snin. Illum imiss il-Partit Nazzjonalista u diffiċli tgħid minn fejn se tibda. Se nħarsu mhux lejn l-agħar mumenti tal-PN fl-aħħar ħames snin imma x'aktarx lejn l-agħar ħames snin li qatt għadda minnhom. Ir-raġunijiet huma ovvji. Il- PN ma sabx siequ mill-aħħar elezzjoni li għaddiet. Tiakruh lil Joseph Muscat jgħid li se jwettaq terremot fil-pajjiż? Jekk wettaqx dan it-terremot fil-pajjiż nistgħu niddiskutu (għax naqas minn ħafna wiegħdi li għamel) imma żgur ma nistgħux niċħdu l-fatt li Joseph Muscat heżżeż waħda u sew id- Dar Ċentrali, jew l-istamperija kif isejħulha n-Nazzjonalisti. Ieqaf it u aħseb. Il-Partit Nazzjonalista ilu mill-2009 ma jikseb maġġoranza! Mhux ċajta! Immorru pass oltre? Il-Partit Nazzjonalista ilu mill-2003 ma jikseb maġġoranza assoluta. "Wake up and smell the coffee" kien iħobb jgħid Simon Busuttil lil Muscat. Naħseb tajjeb li l-PN jagħmel hekk għalih innifsu! Xi ħaġa ħażina hemm u bidla tal-Kap kull erbat ijiem mhu se ssolvi xejn. Dan l-artiklu se jiffoka fuq l-aħħar ħames snin li setgħu kienu opportunità tad-deheb għall-Partit Nazzjonalista, anke għax spiċċa fix-xejn l-akbar għadu tiegħu, Joseph Muscat. Minflok, il- PN kien mifni b'battalji interni li komplew iniżżluh fl-abbissi. 'Photocopy' – Il-Partit Nazzjonalista jitlef bi kbir Ma nistgħux ma nibdewx bl- E l e z z j o n i Ġ enera li t a l - 2017. Minkejja l-isforzi kollha li għamel u minkejja l-Forza Nazzjonali (vroma ta' Simon Busuttil), il-Partit Nazzjonalista jitlef bi kbir. Mhux ċajta li wara ħames snin, wara li ħarġu l-famużi Panama Papers li ċapsu lill-aqwa żewġ persuni li kien jiaħar bihom il-Labour u wara li kellek Prim Ministru taħt dell ta' allegazzjoni kbira (Egrant), il-Partit Nazzjonalista ma jagħmel l-ebda avvanz. Għadna niakru, bħala ġurnalisti, lid-delegati tal-Partit Laburista fis-sala tal-għadd tal-voti jgħidulna "photocopy," għax mill- exit polls u l-ewwel kampjuni kienu qed jindunaw li d-distakk se jkun simili għal dak tal-2013. Lanqas ħaqq kemm Marlene Farrugia wiegħdet li se ddoqq il-klarinett jekk tirbaħ il-Forza Nazzjonali u lanqas ħaqq kemm Simon Busuttil aħar "bl-entużjażmu" dakinhar tal- votazzjoni. Il-Partit Nazzjonalista "spiċċa gass down ġol-ħajt." Vera li f u q ħafna affarijiet Simon Busuttil kellu raġun imma dak iż-żmien ma rnexxilux jiem li l-PN kien maqtugħ min-nies. Ħaseb biss li b'kampanja negattiva fuq il- korruzzjoni, kien se jirbaħ xi punti. Tajjeb li titkellem fuq il-korruzzjoni imma lill-individwu trid tgħidlu kif se jgawdi jekk inti tkun fil-Gvern! Dan Busuttil ma fehmux! L-elezzjoni l-bidu ta' kriżi fil-PN Imma l-elezzjoni kienet biss il- bidu ta' kriżi kbira li fniet lill-PN għal ħames snin sħaħ. Wara biss erba' snin, il-PN kellu jagħżel kap ġdid. Din kellha tkun l-ewwel elezzjoni li fiha t-tesserati kollha kien se jkollhom f 'idhom din l-għażla importanti. Hawn jibda l-għawġ. Apparti Chris Said, Frank Portelli u Alex Perici Calascione, familjari mal- partitarji, ifeġġ minn imkien, Adrian Delia, avukat li ħlief il- Karkariżi ma kinux jafu bih. Kien wiċċ ġdid. Preżenta lilu nnifsu bħala nifs ġdid u mill-ewwel jiem tal-kandidatura tiegħu, poġġa lilu nnifsu kontra "l-establishment." Ma għandnix xi ngħidu! Dan ma niżel tajjeb xejn mat-tmexxija tal-PN. Dak li kellu jkun eżerċizzju ta' għaqda u demokrazija fi ħdan il-PN, li tant jiaħar biha, spiċċat gwerra fil- miuħ. Kulħadd jiakar id-dibattiti, bi Chris Said u b'Adrian Delia joħduha kontra xulxin. Delia mill-ewwel bl- għawġ Delia beda jinżel tajjeb. Ħafna kienu qed juru biċ- ċar li riedu bidla vera u mhux kosmetika. Riedu jinqatgħu mill-passat u m i n n d a w k i n - nies li wara kollox wasslu għall- akbar żewġ telfiet li qatt ġarrab il-Partit Nazzjonalista (uħud minnhom għadhom hemm illum). Fl-eqqel tal-kampanja għall- Kap, Daphne Caruana Galizia ppubblikat storja illi madwar £1 miljun fi flus minn prostituzzjoni f 'Soho, Londra kienu għaddew mill-kont tal-istess Delia għal kont ieħor tal-Bank Barclays f 'Jersey. Delia dejjem ċaħad dawn l-allegazzjonijiet, imma jibqa' l-fatt li dawn tefgħuh f 'dell kontinwu u l-allegazzjoni sabha dejjem ma' wiċċu kull meta kien se jidher li se jibda jirkupra. 'Il-biċċa blogger' – id-diskors li Delia ma jmissu qatt għamel Għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista din l-istorja kienet bħal manna fid-deżert. Il- Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista kien ħeġġeġ lil Delia biex jikkunsidra mill-ġdid il- kandidatura tiegħu. Tiakruh lil Simon Busuttil, il- Kap uxxenti, jindirizza lill-ġurnalisti quddiem id-Dar Ċentrali? Xi żball hux! Il-Kap uxxenti, il-Kap li kien għadu kemm ġarrab tkaxkira straordinarja, spiċċa jindaħal direttament fil-kampanja biex ikun magħżul is-suċċessur tiegħu. Din issiġġilat il-firda bejn il-fazzjonijiet. Iżda hawn ma nistgħux ma nsemmux dak il-famuż diskors isteriku ta' Adrian Delia li f 'dagħdiha spiċċa għajjar lil Daphne Caruana Galizia bħala "biċċa blogger." Minjaf kemm iddispjaċih Delia li qal dak il-kliem meta splodiet dik il-bomba fil-Bidnija! Dawk iż- żewġ kelmiet, li qal fis-saħna tal- mument, baqgħu jiġru warajh kull meta pprova jikkundanna dak li ġara u biegħed darba għal dejjem lis-soċjetà ċivili li għalihom kien sar 'għadu' daqskemm kien Joseph Muscat. Ħars bl-ikrah, mossi u 'daqshekk Nazzjonalist' Tawh u skreditawh imma n-Nazzjonalisti bagħtu messaġġ. Ma ridux li jkollhom x'jaqsmu aktar man-nies li telfuhom żewġ elezzjonijiet. Riedu bidla. Għażlu lil Delia. Kienu jafu x'se jiġri u l-atmosfera fuq il- Fosos tal-Furjana, dakinhar tal- v o t a z z j o n i g ħa l l-Kap, ma kienet xejn feliċi. Filgħodu kellek lil Jason Azzopardi, bit-t- shirt, jiġġieled ma' partitarji ta' Delia u filgħaxija ħafna ħars bl- ikrah u mossi meta r-riżultat beda jidher ċar. Jien hemm kont, fuq il-Fosos, nara l-voti. Niakar lil Rosianne ake, dak iż-żmien Segretarju Ġenerali, tgħolli għajnejha u Beppe Fenech Adami ħdejha abjad karti. Ma stajtx ma tinnutahomx u ma tistax ma ssemihomx għax dawn l-affarijiet kienu surreali! Imbagħad tħabbar ir-riżultat. Dawk li kienu wara Chris Said għosfru u ma dehrux. Ġie it Simon Busuttil, għolla id Delia b'nofs kedda, tefa' denbu bejn saqajh u telaq 'l hemm. Jumejn wara, Delia indirizza 'Mass' Meeting tal-Indipendenza. Lanqas irnexxielu jimla kwart tal- Fosos. Warajh it Deputati u MEPs jidhru mhux interessati b'dak li kien qed jgħid. Oħrajn lanqas biss dehru! Tesserati li kienu wara Chris Said telqu u oħrajn ma baqgħux iqisu lilhom infushom Nazzjonalisti! Ipokrezija sfaċċata... Dak li ġara wara nafuh. Il-Partit Nazzjonalista ma ħax ruħ. Delia, minflok jiġġieled il-ġlieda kontra Gvern mifni bil-korruzzjoni, spiċċa mgħaffeġ fid-Dar Ċentrali li nbidlet f 'kamp tal-battalja. Vera kien hemm xi drabi fejn donnu kien ikun hemm xi ehim għal waqfien mill-ġlied, imma ara taħsbux li l-battibekki u t-tixwix minn taħt ma kienx ikun għaddej. Xi kultant kont nistħajjilni qed nara 'Ipokriti.' Tara nies, b'mod partikolari Deputati li lil Delia mhux ma riduhx imma saħansitra ma jaħmluhx u tarahom hemm, quddiem nett, iċapċpulu u jgħanquh! Siegħa wara tarahom jitfgħu l-botti fuq l-imbierek Facebook, li għal xi wħud sar pulptu li minn fuqu tista' tgħid li trid. X'differenza mil-Labour! Fid-dawl ta' dan kollu ma ninsewx (għax xi kultant inkunu rridu nfakkru lilna nfusna), li f 'dan iż-żmien, il-Partit Laburista għadda wkoll minn mument turbolenti mmens u li wassal biex jinbidel il- Mexxej. Bħalma ġara fil-PN kellek kampanja elettorali miuħa għall- membri li fiha ħadu sehem Robert Abela u Chris Fearne. Kien hemm dibattiti bħalma kellhom tal-PN.