Illum previous editions

ILLUM 13 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1459404

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 L-istupru ta' Għawdex I l-PLPN kontinwament jipperfezzjonaw l-istrateġija tagħhom dwar l-istupru t'Għawdex. Din l-istrateġi- ja illum il-ġurnata jispjegawha fil-wegħdiet elettorali tagħhom. Sfortunatament, f 'din il-ħidma tagħhom għandhom l-appoġġ ta' għaqdiet bħall-Kamra tal-Kum- merċ Għawdxija li għadhom kif ħarġu dokument bil-prijor- itajiet li huma qed jipproponu għall-leġislatura li jmiss. Il-mina taħt il-fliegu bejn Malta u Għawdex, għalihom tibqa' prijorità. Ma' dan issa żdied mitjar rurali. Jidher li jridu jassiguraw li l-istupru li qed jippjanaw fuq Għawdex ikollu effett massimu. Il-mina proposta mhix għan- nies iżda għall-karozzi. Hi mina dipendenti b'mod assolut fuq il-karozzi u l-inġenji kummerċjali oħra li jkunu jistgħu jagħmlu użu minnha. Kull waħda minn dawn il-karozzi jew inġenji kummerċjali tħallas biex tgħaddi mill-mina. Il-vijabilità ekonomika tal-mina tiddependi milli jkunu mħajjra jagħmlu użu minna l-ikbar numru possibli ta' karozzi. F'wieħed mill-istudji li saru inħadmet stima li bħala riżultat tal-mina proposta, il-moviment ta' karozzi bejn Malta u Għawdex jimmultiplika ruħu bi tlieta, minn 3,000 moviment kuljum għal 9,000 moviment kuljum. L-istudju hu intitolat Establishing a Permanent Link between the Island of Gozo and Mainland Malta: An Economic Cost Benefit Analysis of Available Strategic Options. Dan l-istudju kien ikkummissjonat mill-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija u Transport Malta. Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdija qegħda fuq quddiem nett fl-isforz biex Għawdex ikun stuprat. Flimkien mal-PLPN iridu jerfgħu r-responsabbiltà għall-konsegwenzi. X'sens jagħmel li żżid bi tlett darbiet il-moviment tal-karozzi Maltin fit-toroq Għawdxin? It-toroq Għawdxin jifilħu għal dan? Għandna nissagrifikaw il- kwalità tal-arja f 'Għawdex ukoll? Jagħmel sens li nesportaw il- problemi tat-traffiku minn Malta għal Għawdex? It-tweġiba ovvja għal kull waħda minn dawn il-mistoqsijiet hi le. Bosta minna huma konxji li t-toroq Għawdxin ma baqax fejn tqiegħed labra fihom u dan bħala riżultat tal-karozzi li diġa qed jaqsmu l-fliegu f 'dan il-mument. Anke fit-toroq Għawdxin hemm il-ħtieġa li jonqsu l-karozzi. Diġa hemm wisq. Ma jagħmilx sens li jiżdiedu. Dan imur kontra dak kollu li jipprovdi l-pjan nazzjonali għat-trasport. Dan il-pjan japplika għal- Għawdex ukoll. Is-servizz tal-fast-ferry service, jekk organizzat sewwa b'mod li jwassal in-nies f 'punti differenti tul il-kosta Maltija, jibqa' soluzzjoni tajba. B'hekk tkun assigurata mobilità sostenibbli bejn il-gżejjer. Imma biex dan ikun effettiv, jeħtieġ ukoll trasport pubbliku iffukat u faċilitajiet aħjar fil-port tal-iMġarr Għawdex. Dan jassigura mobilità aħjar b'impatt ambjentali sostanzjalment imnaqqas. Il-pjan nazzjonali għat- trasport, ippubblikat mill-Gvern Laburista jemfasizza l-ħtieġa li jonqsu l-karozzi mit-toroq tagħna. Il-proposta għal mina bejn Malta u Għawdex tikkontradixxi dan il-pjan. Għalfejn il-Gvern jieħu parir, iħallas għalih minn fondi pubbliċi u imbagħad jinjorah? Għaliex il-Gvern qiegħed kontinwament jinjora l-pjan tat- trasport tiegħu stess? Jekk il-proġett tal-mina isseħħ, dan ser ikun il-kawża ta' ħsara ambjentali sostanzjali kemm f 'Malta kif ukoll f 'Għawdex. F'Malta ser jinqered il-villaġġ trogloditiku tal-Għerien fil-limiti tal-Mellieħa. F'Għawdex ser jinqered ammont mhux żgħir ta' raba' f ' Ta' Kenuna, limiti tan- Nadur. Hemm iktar soluzzjonijiet biex tkun indirizzata l-mobilità bejn Malta u Għawdex. Dan jirrikjedi li niffukaw fuq il-mobilità tan- nies. Jirrikjedi li nindirizzaw id-dipendenza li żviluppajna fuq il-karozza, kemm f 'Malta kif ukoll f 'Għawdex. Sakemm nieħdu d-deċiżjoni li nibdew nindirizzaw din id-dipendenza, kull soluzzjoni li nippruvaw, it tista' tkun effettiva. Ilna nopponu l-proposta għall- mina sa mill-ewwel jum minn meta, madwar għaxar snin ilu, din ġiet proposta mill-Kamra tal-Kummerċ Għawdija bl- appoġġ tal-PLPN. Jekk inti ukoll ma taqbilx li issir din il-mina żomm quddiem għajnejk li huma biss membri parlamentari eletti f 'isem ADPD li jistgħu jmexxu l-quddiem l-idejat tiegħek. Bl-appoġġ tiegħek nhar is-26 ta' Marzu hu possibli li dan l-istupru li l-PLPN qed jippjanaw nevitawh. elezzjoni2022 IL-ĦADD 13 TA' MARZU 2022 • illum X'sens jagħmel li żżid bi tlett darbiet il-moviment tal-karozzi Maltin fit-toroq Għawdxin? It-toroq Għawdxin jifilħu għal dan? Għandna nissagrifikaw il-kwalità tal-arja f'Għawdex ukoll? Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 March 2022