Illum previous editions

ILLUM 13 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1459404

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

elezzjoni2022 11 illum • IL-ĦADD 13 TA' MARZU 2022 taw l-ewwel preferenza lil Muscat, mill-15,259 li vvotaw PL. Jiġifieri din l-isfida mhux se tkun faċli għal Abela, li se jkun kandidat ukoll fit-Tieni Distrett - mill-ġdid fejn Muscat ħareġ fl-2017 u minn fejn akkwista 14,674 vot ieħor! Interessanti wkoll iżda dan id-Distrett - li fih kien hemm Marsaxlokk sal-2017 u li hija lokalità li tagħti appoġġ qawwi lill-Partit Laburista - jekk il-PL jirnexxilux jirbaħ lura jew le r-raba' siġġu li kien rebaħ fl-2013 għall- ewwel darba u tilef fl-2017, meta kiseb 1.2% inqas voti. Sorsi politiċi f 'dan id-distrett jgħidu li bit- tneħħija ta' Marsaxlokk (li mar fit- Tielet Distrett) dan sar diffiċli. Delia u Bernard, Delia u Beppe! Jekk Abela għandu sfida iebsa, dik ta' Bernard Grech mhix wisq u wisq inqas. Mingħajr dubju li Grech se jkun qed jitqabbel distrettwalment mal-eks Kap tal-PN Adrian Delia, speċjalment fl-eventwalità ta' riużultat elettoralment ħażin għall- PN. Delia għandu vantaġġ fuq Grech. Filwaqt li l-Kap tal-PN ħiereġ fuq Distrett Laburist u ieħor b'maġġoranza Nazzjonalista, Delia ħiereġ fuq Distrett Nazzjonalist, b'lokalitajiet fejn il-PN huwa b'saħħtu ħafna - jiġifieri Ħal Balzan u Ħal Lija. Pero' aktar minn hekk l-eks Kap tal-PN huwa popolari ħafna f 'Birkirkara minħabba r-rabtiet tiegħu mal-klabb tal-futbol tal-istess lokalità. Hemm aspettattiva partikolari li Delia se jmur tajjeb ħafna fuq dan id-distrett u allura jikseb eluf kbar ta' voti. Jekk imur tajjeb ħafna wkoll fis-7 Distrett, fejn minkejja li l-Labour kiseb maġġoranza fl- aħħar elezzjonijiet, il-PN xorta huwa b'saħħtu hemm ċans li jqarreb fil-voti lil Bernard Grech. Iżda apparti Grech, Delia se jkun qed jikkontesta direttament ma' Beppe Fenech Adami, wieħed minn dawk id-Deputati ribelli li vvutaw kontrih għal darba, tnejn u li wasslu biex l-istess Delia kellu jsejjaħ elezzjoni mat-tesserati, li tilef. Fenech Adami jirrapreżenta xi it jew wisq l-Old Guard tal-PN li għadha b'saħħitha ħafna u li hija kontra Adrian Delia. Jiġifieri huwa minn ewl id-dinja li hawnhekk se jkun hemm ħafna għajnejn fuq ir- riżultat ta' dawn iż-żewġ deputati u r-riżultat jaf ikun indikattiv ukoll ta' x'qed iħossu u jaħsbu l-għeruq tal- PN. Għawdex: Min se jirbħu? U min se jitla'? U finalment hemm Għawdex. Dan id-distrett dejjem ikun taħt il- lenti u taħt attenzjoni partikolari. Distrett xi darba Nazzjonalista li fl-2013 baqa' għand il-PN bi it, fil- fatt il-PN rebħu biss b'240 vot meta kienu mitfugħa total ta' 25,500 vot. Fl-2008 id-distakk bejn il-PN u l-PL kien ta' kważi 3,000 vot. Fl-2017 il-Partit Laburista kien imbagħad rebaħ dan id-distrett, għalkemm b'distakk żgħir ukoll ta' 872 vot. Din id-darba hemm fatturi partikolari. L-ewwelnett, l-aħħar ħames snin raw lil Clint Camilleri jitpoġġa Ministru ta' Għawdex u jisplodi fil-popolarità. Mhux biss Ministru, Camilleri huwa wkoll kaċċatur u Għawdex huwa wieħed mid-distretti fejn l-aktar li hemm kaċċaturi. Dan kien ikkonfermat fir-referendum tal-kaċċa tal-2015 meta 14,180 Għawdxi vvutaw favur il-kaċċa u 8,643 kontra - distakk ta' 5,537. Pero' Anton Refalo - li dejjem kien l-aktar kandidat popolari tal- Labour f 'dan id-distrett - mistenni jkun elett ukoll u jibqa' pjuttost popolari. Minn naħa l-oħra, l-akbar sorpriża mistennija tkun dik ta' Alex Borg - li jaf ikun l-aktar kandidat ġdid tal-PN li jagħmel suċċess u jiġi elett. Borg huwa meqjus qrib in-nies u l-battibekk li kellu ma' Repubblika jingħad li għamlu aktar popolari. U allura l-ewwel "battalja" hawnhekk se tkun min bejn Borg u Chris Said - deputat veteran u wieħed minn dawk li ħaduha kontra Delia - mistenni jikseb l-akbar numru ta' voti. It-tieni battalja - u l-akbar waħda - se terġa' tkun għat-tielet siġġu. Jidher illi hemm diversi li jistgħu jimlew dan is-siġġu tant ikkontestat għalkemm jingħad illi l-ġlieda se tkun bejn il-Professur Jo Etienne Abela minn naħa tal-PL, li allura jieħu l-post ta' Justyne Caruana jew Kevin Cutajar mill-PN. Bernard Grech Beppe Fenech Adami Adrian Delia Alex Borg Clint Camilleri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 March 2022