Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1459404
34 tislima IL-ĦADD 13 TA' MARZU 2022 • illum L-ILLUM isellem il-memorja ta' Mario Azzopardi MARIANNA CALLEJA Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħabbar il-mewt tal-poeta, direttur tat-teatru u edukatur Mario Azzopardi li miet fl-età ta' 77 sena nhar il-Ġimgħa. "Azzopardi kien minn ta' quddiem fit-tfassil mill-ġdid tal-poeżija Maltija mis-60jiet 'l quddiem b'temi u forom li sfidaw dak li kien għadu miktub fi żmienu. Bħala wieħed mill-fundaturi tal- Moviment Qaqmien Lettararju għen biex tiddaħħal era ġdida għall-kitba Maltija," qal il-Kunsill. Mwieled il-Ħamrun, l-ikbar minn sitt ulied, Azzopardi dejjem qal li kellu trobbija reliġjuża diffiċli u f 'żgħożitu rreaġixxa kontrieha kif jixħdu ħafna poeżiji u kitbiet oħra tiegħu inkluż l-aħħar pubblikazzjoni tiegħu, Epistoli mid-Deżert: Poeżiji u Poesaġġi ppubblikata fl-2014, fejn jidħol fid- dettall dwar it-tfittxija tiegħu għal Alla. Gradwa mill-Università ta' Malta b'teżi dwar it-teatru komunitarju u għallem l-arti, d-drama u anke l-letteratura Maltija għal bosta snin fl-iskejjel statali. Sa' snin riċenti Azzopardi kien jgħallem l-Istorja tat-Teatru tas-seklu 20 fl- Università ta' Malta. Meqjus minn ħafna bħala l-aktar poeta Malti li esperimenta bi stili differenti, mill-vers "grafiku" sal- "poesej", Azzopardi kien meqjus ukoll bħala poeta versatili. Sa mill-1967 kien ilu attiv ukoll bħala ġurnalista kulturali inkluż mal-ILLUM. Huwa kien ukoll jikteb mall-Orizzont, e Malta Economist, e Bullettin, e Malta Independent, In-Nazzjon u Il-Mument. Kien ukoll l-editur tar- rivista letterarja xellugija Neo u tas- supplimenti kulturali Spektrum u Fokus li kienu ppubblikati mal- gazzetta Il-Mument. Fid-drama huwa dderieġa x-xogħol ta' awturi klassiċi u kontemporanji għat-televiżjoni. Fl-1992, Mario Azzopardi kien ħoloq u ppreżenta l-ewwel programm satiriku li qatt ixxandar fuq stazzjon tar-radju. Intant, huwa kien wieħed mill-pijunieri tal-letteratura 'New Wave' li tfaċċat f 'Malta fis- 60ijiet. Dan filwaqt li kien wieħed mill-fundaturi tal- Moviment Qawmien Letterarju fl-1967 biex, fi kliem Azzopardi stess, jikkonfronta "'l-istaġnar fil- letteratura Maltija ta' dik l-epoka u biex jiddemokratizza l-letteratura billi jeħodħa għand il-poplu fl- imsieraħ, fit-triqat, f 'ambjenti rurali u f 'xatt il-baħar." Interresanti wkoll li Azzopardi kien il-ko-fondatur tal-fuljett tat- tfal is-'Sagħtar' filwaqt li serva bħala direttur tal-Malta Drama Centre. Fil-fatt fuq il-paġna tagħhom ta' Facebook huma ddeskrivew lil Azzopardi bħala "pilastru importanti" fl-iżvilupp tal-iskola kif ukoll fl-edukazzjoni tal-arti. Il-poeżiji u l-kotba tiegħu sabu ruħhom mhux biss fuq il-palk u t-televiżjoni iżda wkoll fuq il-bank tal-iskola. Ix-xogħol tiegħu jvarja minn kitbiet bħal 'Demgħat tas- silġ' ppublikat fl-1976 u 'Analiżi'70' tal-1968 ppublikata ma' tliet poeti oħra lokali , Oliver Friġġieri, Victor Fenech u Daniel Massa. Il-ktejjeb li kien dak iż-żmien mibjugħ minn Union Print, inkluda fiha ġabra ta' poeżiji inkluż il-poeżija memorabli 'Mitt elf mewta.' "Mitt elf mewta. Mitt bis-sagrameriti u l-ilma mbierak fuq moħħi Mitt nisħet u naħlef mibgħeda mitt bit-tferfir tal-imħabba u mitt taħt idejn il-kirurgi li ttamaw li jibdluli qalbi l-aħħar li mitt qajmuni biex jitmawni l-wirdien imbagħad qaluli tista' terġa' tmut mill-ġdid."