Illum previous editions

ILLUM 28 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1462899

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 11

03 elezzjoni2022 illum • IL-ĦADD 28 TA' MARZU 2022 Il-Partit Laburista jirbaħ bil-kbir... ċelebrazzjonijiet kbar madwar Malta Il-Partit Laburista bit-tielet rebħa konsekuttiva f'Elezzjoni Ġenerali ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Partit Laburista, għat-tielet darba, bil-ġprojections tal- Partit Laburista juru li dan rebaħ b'madwar 40,000 vot. Dan huwa distakk akbarminn dak tal-2017 meta d-differenza bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista kien ta' ftit aktar minn 35,000 vot. Il-Partit Laburista ilu mill- 2009 jirbaħ elezzjoni wara oħra b'distakk qawwi ta 'l fuq minn 30,000 vot u dan minkejja kull tentattiv mill-PN biex jibqa' jidher relevanti. Biss biss, mill-2009 'l hawn il-PN kellu xejn inqas minn erba' kapijiet differenti. L-aktar rebħa kienet dik tal-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew fl-2019 meta l-PL rebaħ b'aktar minn 42,000 vot. Din ir-rebħa waslet għal ċelebrazzjonijiet madwar il- pajjiż kollu, carcades u pjazzez mimlija folol ta' nies ikantaw u jiċċelebraw din ir-rebħa. Intant għada ixtru l-Gazzetta Speċjali ILLUM tal-Elezzjoni li se jkun fiha analiżi u rappurtaġġ dwar ir-riżultat. Intant meta kien qed ikellem folla ta' eluf ta' partitarji li nġabru l-Mile End il-Ħamrun wara rebħa storika li l-Partit Laburista qed jipproġetta li tkun waħda b'distakk ta' madwar 40,000 vot fuq il-Partit Nazzjonalista, il- Mexxej Laburista Robert Abela sostna li hu mhu se jittollera ebda arroganza fil-Gvern tiegħu u qal illi fl-ewwel mandat tiegħu huwa irid ikompli jibni fuq it- tajjeb imma jrid jara wkoll li jkunu indirizzati l-prioritajiet ġodda. Huwa indirizza lil dawk li ma vvotawx lill-Partit Laburista u jgħid illi anke dak li astjenew mill-vot hu jrid li dan ikun Gvern u pajjiż tagħhom. "Lil dawk li ma vvotawx lill-Partit Laburista ngħidilhom li dan il-partit għandu bżonnkom, mela ejja naħdmu flimkien ħalli nibqgħu nagħmlu l-ġid lil dan il-pajjiż." Huwa wiegħed lill-eluf preżenti li se jkompli jaħdem mill-qalb. "Kellna ħames snin ta' riżultati u dan l-appoġġ tant b'saħħtu rridu nrodduh lura b'umiltà." Abela insista diversi drabi dwar l-importanza tal-umiltà.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 March 2022