Illum previous editions

ILLUM 3 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1463652

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 '98% tad-donazzjonijiet mhux jidħlu ANTHEA CACHIA Irridu niakru li minkejja li issa għandna leġiżlatura ġdida, l-gwerra bejn l-Ukrajna u r-Russja se tkun ilha aktar minn xhar għaddeja. Midja barranija rrapportat li fil-bidu ta' dan ix-xhar mietu madwar 3,000 suldat Ukreni: 572 suldat li qed jinżammu priġunieri u 922 ċittadin. Kien għalhekk li l-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Anthony Caruana li flimkien ma' martu ħolqu organzizzazzjoni biex fil- ġimgħat li ġejjin imorru fl-ewwel vjaġġ lejn l-Ukrajna. U li sebat 'ijiem qabel ma bdiet il-gwerra bejn l-Ukrajna u r-Russja kien qiegħed fl-Ukranja stess. Kmieni filgħodu qajmitni l-mara tibki. Caruana spjega li l-mara tiegħu hija Ukrena u it xhur wara t-twelid tat-tarbija tagħhom, xtaqu li jżuru lill-qraba tagħha fil-pajjiż. Bi tbissima jgħid li minkejja li l-pjan kien li jdumu biss it aktar minn ġimgħa fl-Ukrajna, il-vaganza estendewha għal xahar sħiħ. Caruana rrakkonta wkoll il- mument fejn hu u martu ħadu l-aħbar li faqqgħet gwerra. "Esperjenza kerha, kmieni filgħodu qajmitni l-mara tibki. Domt ħafna biex ikkalmajtha imbagħad imt li l-gwerra li kienu ilhom isemmu faqqgħat. Trid tqis li ħmistax qabel, Putin kien ħabbar li se tfaqqa' gwerra. Kien żmien il- Milied tagħhom, jiġifieri fl-ewwel ġimgħa ta' Jannar. Għax għadhom bil-kalendarju l-Grieg antik," qal Caruana. Mistoqsi minn fejn ġie l-ħsieb li joħolqu organizzazzjoni, Caruana stqarr li l-mara tiegħu għamlet kważi erba' snin ma' Għaqda mhux Governattiva (NGO) bl-isem ta' Step-In u jgħid li saħansitra tat l-għajnuna tagħha fl-Iraq, waqt iż- żmien tal-ISIS. Saħaq li l-pjan tagħhom minn dejjem kien li jagħtu l-għajnuna tagħhom fejn ikun hemm bżonn, ikun xi jkun il-pajjiż, iżda qatt ma' basru li din kienet se tkun l-Ukrajna, art twelidha. "Allura hi ma pretenditx li xi ħaġa li xtaqna nagħmlu fil-futur, li mmorru ngħinu, kien se jkun pajjiżha li għandu bżonnha. Ħassitha ħuta barra mill-ilma li tinsab f 'Malta bit-tarbija, filwaqt li familtha, sħabha u l-kollegi tagħha, li għandhom tant bżonn ta' għajnuna bħalissa, ma tistax tgħinhom fiżikament," qal Caruana. Huwa kompla jispjega li minn hemm twieldet l-idea ta' 'Malta 4 Ukraine'. Minn hemm bdiet ir- riċerka meħtieġa u żammew kuntatt mal-iStep-In li kienu fi triqithom lejn il-fruntieri Slovakki, biex iġibu l-green-pass għall-pajjiż. 'Kollox magħluq: Ħwienet, supermarkets...' "Jien għidtilhom li kont se nibda' xi ħaġa jiena hawn Malta u naraw fejn naslu. Jekk jinġabru flus jiġu trasferiti direttament lilhom u jkunu jistgħu jixtru t-tagħmir mediku u l-mediċini meħtieġa. F'każ li jingħataw donazzjonijiet, għiditlhom li se nkun qed nara kif se nwassalhom jien stess u mhux biss, anzi nidħol fil-pajjiż," tenna Caruana. Il-fundatur ta' din l-organizzazzjoni saħaq li fil-bidu ta' din il-missjoni, bdew jiġbru minn kollox u l-Maltin u l-Għawdxin bdew jagħtu ħafna donazzjonijiet tal-ħwejjeġ. Madankollu affarjiet essenzjali oħra ġew imwarba. Dan jinkludi kaxxi tal-ewwel għajnuna, mediċina bażika, oġġetti sanitarji bħal pads u tampuni u ikel għat-trabi. Huwa kompla jgħid li, "wieħed irid iqis li l-pajjiż filli qed jimporta u filli qiegħed no fly zone. L-arja magħluqa u biex tidħol irid ikollok raġuni speċifika. Supermarkets bħalissa qegħdin vojta u ħwienet oħra tal-kummerċ imbattlin, magħluqa." Kien għalhekk li waqfu d-donazzjonijiet tal-ħwejjeġ u bdew jiffukaw aktar fuq ikel u xorb mhux alkoħoliku "forsi għal xi ħadd li qasam il-fruntiera u dak li jkun tgħinu jikkalma, b'xi kikkra tè jew kafè." Ħaġa oħra li bdew jiġbru hija dik imsejħa t-tourniquet li meta taraħ ikun qisu ċintorin. Dan jintuża f 'każi li jkun hemm xi ġerħa fonda biex twaqqaf id-demm u għaldaqstant tnaqqas ir-riskju li persuna tmut kawża li tkun tilfet ħafna demm. Affarjiet essenzjali oħra li tant kellhom bżonn kienu t-tampuni, pads, sapun u aktar fost l-oħrajn. "Kollox imur fil-garaxx tagħna u għanda sitt volontiera, li minn hemm jgħinu billi jagħmlu lista tal-affarjiet li nġabru u naraw x'għandna bżonn aktar, filwaqt li jiċċekkjaw id-dati," qal Caruana. Huwa ilmenta iżda li kien hemm min minflok donazzjoni, ta oġġett daqslikieku qed ibattal id-dar, inkluż medċini skaduti! "Aħna mhux nistaqsu għall-mediċini li ilhom li skadew mill-2007. Għandi basket sħiħ mediċini skaduti, u mediċini tal-Gvern. Aħna qed niġbru l-affarjiet għal persuni li għandhom bżonn l-għajnuna, mhux annimali. Lanqas annimal ma' titratta hekk aħseb u ara bniedem," kompla jgħid huwa. '98% tad-donazzjonijiet mhux jidħlu fl-Ukrajna' Wara l-ġbir ta' donazzjonijiet imbagħad ikun imiss li jiġu trasportati u hawn il-gazzetta staqsiet, kif inhu possibli li minn Malta ammonti kbar ta' affarjiet jaslu qawwijin u sħaħ, f 'nofs gwerra? Kien hawn li huwa rrimarka li biex jidħlu fil-pajjiż, issa kisbu d-dokumenti meħtieġa, apparti l-fatt li għandhom kuntatt dirett dwar ir-rottot siguri li jistgħu jgħaddu minnhom. Minkejja dan, jgħid li ħdejn il- fruntieri, ma' kull kilometru (sa' massimu ta' 10 kilometri), hemm punt fejn trid tieqaf bil-vettura, tiġi mfittex u l-awtoritajiet jaraw id- dokumenti tal-persuna. Jgħid li sa' issa diġà bagħtu affarjiet essenzjali permezz ta' trailers u ajruplani. Minkejja dan, huwa jgħid ukoll, li minn din l-esperjenza nħolqu xi problemi. 98% tad-donazzjonijiet, qed imorru mal-fruntiera tal-Polonja, u dan ifisser li dawn l-affarjiet mhux jidħlu fil-pajjiż. Kien hawn li huwa 14 analiżi IL-ĦADD 3 TA' APRIL 2022 • illum Anthony Caruana - li qed imexxi l-Malta 4 Ukraine - jgħid mal- gazzetta ILLUM li fost ammont kbir ta' donazzjonijiet essenzjali, sfortunatament irċieva wkoll numru ta' mediċini li ilhom skaduti 15-il sena, u oħrajn tal-Gvern u jappella għar- rispett lejn dawk fil-bżonn...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 April 2022