Illum previous editions

ILLUM 3 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1463652

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 analiżi IL-ĦADD 3 TA' APRIL 2022 • illum 'L-inċidenti tat-traffiku mhumiex Int tħallas għalihom ukoll!' ANTHEA CACHIA Nhar il-Ħadd waranofsinhar it sigħat wara li ġiet ikkonfermata r-rebħa tal-Partit Laburista rajna ċelebrazzjonijiet madwar Malta kollha. Minkejja li dan kien żmien ta' ferħ għal ħafna ċittadini, sfortunatament rajna inċident illi fih familja spiċċat l-isptar minħabba li qabad flare ġol-vettura u mara oħra li kienet tqila weġġgħet wara ħabtu fiha. Sfortunatament b'tant karozzi fit-toroq u wara xi grokk jew sitta ċelebratorji, inċidenti bħal dawn isiru aktar komuni mhux biss f 'ċelebrazzjoni ta' dan it-tip imma wkoll f 'kull ċelebrazzjoni oħra bħall-Milied, l-Għid jew inkella l-ewwel tas-sena. Kien għalhekk li l-ILLUM tkellmet mal-għaqda mhux governattiva (NGO) Doctors for Road Safety u l-President ta' din l-NGO, Ray Gatt. Huwa qal mal- ILLUM li kulturalment il-Maltin huma dipendenti wisq fuq il- vetturi u li bħala soċjetà għadna ma rrikonxxejniex il-problemi li jinsabu fit-toroq… u anke fuq il- bankina! Min jobdi, min ftit inqas u min jikser ir-regolamenti tat-triq Magħmula u mmexxija mit- tobba li jiltaqgħu ta' kuljum ma' vittmi ta' inċidenti tat- traffiku, Doctors for Road Safety ġie mfassal fuq tliet pilastri. L-edukazzjoni, l-infrastruttura u l-infurzar. Gatt stqarr li fit-triq għandek tliet tipi ta' sewwieqa. "L-ewwel persuna hija dik li tobdi l-liġi u l-imġieba tagħhom fi triq tkun kif suppost. It-tieni persuna hi dik li momentarjament tabbuża però jekk tiġbdilha l-attenzjoni tbiddel il-modi tagħha. Imbagħad għandek persuni li jibqgħu jużaw il-mobile, isuqu fuq red light u li tiġbidilha kemm tiġbidilha l-attenzjoni kollu ta' xejn," qal Gatt. Kien għalhekk li qal illi wieħed mill-pilastri, dik tal-edukazzjoni, hija mmirata għat-tieni persuna li, tfisser illi minkejja li persuna tiżbalja darba kultant, kapaċi titgħallem mill-iżbalji tagħha. Minkejja li dwar l-infrastruttura Gatt huwa pożittiv u jgħid illi sa issa t-toroq qed jiġu rranġati tajjeb u qed isiru aktar siguri, fuq l-infurzar, jemmen li għandu jsir aktar sabiex ikunu indirizzati it-tielet tip ta' persuni li kontinwament jibqgħu jiksru r-regoli. 'Dak hu li nixtiequ, li s-sigurtà tidħol fil-mentalità tan-nies' "Irridu ngħidu li għall-poplu, il-kelma sigurtà hija xi ħaġa li għadna qed nitgħallmu t-tifsira tagħha u għadna qed naraw kemm hi importanti. Fil-fatt anke l-kelma 'safety' innifisha, bil-Malti nittraduċuha għal sigurtà, iżda fil- verità bl-Ingliż din tifsser security. Dan juri li din tmur lura għall- kultura tagħna," spjega Gatt. Gatt kompla jgħid li bħala NGO, it-tir tagħhom huwa li l-kwistjoni ta' aktar sigurtà fit-triq, tidħol fil- mentalità tan-nies. Parti minn dan il-proċess, skont din l-għaqda, hija li jkunu l-awtoritajiet stess li jagħtuha aktar prominenza. Tant hu hekk li waqt il- kampanja elettorali, Doctors for Road safety għamlet xi proposti. Għaliex dawn l-inċidenti kollha fit-toroq? Għandna problema fl-infrastruttura? M'għandniex infurzar b'saħħtu? Jew għandna wisq distrazzjonijiet? L-ILLUM titkellem ma' Doctors for Road Safety li ta' sikwit tara vittmi ta' inċidenti tat-traffiku 'L-għan tagħna hu li mhux issewwi l-iżball iżda li tipprevjenih qabel ma' jsir' Ray Gatt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 April 2022