Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1463652
08 'Għażiż Bernard...' Messaġġ dirett Grech wara l-akbar telfa fl-istorja! Ħadd wara l-akbar disfatta elettorali għall-Partit Nazzjonalista, il-ġurnalist Yendrick Cioffi janalizza dak li għamel ħażin il-PN u fuq kollox dak li hemm bżonn jagħmel illum qabel għada fil-forma ta' artiklu indirizzat direttament lejn il-votanti Nazzjonalisti u lejn Bernard Grech YENDRICK CIOFFI L-Elezzjoni Ġenerali għaddiet. Ir-riżultat huwa magħruf u ma hemmx ħafna xi tgħid dwaru. Il-Partit Laburista għamel rebħa storika u kif qal l-eks Kap tal- Oppożizzjoni Adrian Delia, il-poplu mhux tkellem imma "werżaq" u l-akbar messaġġ reġa' kien għal Partit Nazzjonalista. Issa ma hemmx skużi. Fl-2013, il-PN seta' ġab l-iskuża li kien ilu fil-Gvern u kien wasal biex jitlef. Fl- 2017 seta' jgħid li kien għadda wisq it żmien biex in-nies terġa' tafdah. Issa ma fadallux aktar skużi. Issa jrid jiem li l-problema hija fonda. Xi ħaġa ħażina qed jagħmel u jeħtieġ jindirizzaha jekk ma jridx li jispiċċa rrelavanti u jkun tard wisq. F'dawn iż-żewġ paġni, il-gazzetta ILLUM se tkun qed tanalizza dak li għamel u qed jagħmel ħażin il-PN u dak li jrid jagħmel malajr kemm jista' jkun minn issa 'l quddiem biex ma jitlifx iktar żmien. Ħallikom miċ-ċekkijiet! Araw x'għamiltu ħażin intom L-ewwel ħaġa li tridu tagħmlu intom tal-Partit Nazzjonalista hija li tieqfu tipprovaw twaħħlu f 'dak li għamel ħażin il-Gvern jew il- kandidati tiegħu. Tintilfux f 'ċuċati. Tridu tidħlu daħla fikom infuskom u tindunaw fejn qed tiżbaljaw intom, x'qed tagħmlu ħażin u għaliex il-messaġġ tagħkom mhux qed jasal. Bernard il-kumment dwar iċ- ċekkijiet kien żejjed. Kieku tli l-Elezzjoni Ġenerali b'xi 2,000 vot nimu dak l-argument imma l-PN tilef b'40,000 vot. Dawn żgur mhux kollha nxtraw b'ċekk. Meta għaddejt dak il-kumment, it ħin biss wara telfa straordinarja, kont qed titratta lill-votanti ta' Ġaħan. Lanqas ħaqq kemm tkażajt b'Edward Zammit Lewis. Int għamilt bħalu eżatt. Ieqfu aħsbu li l-Maltin ma jafux jivvotaw. Ħarsu biss lejn dak li għamlu n-Nazzjonalisti li marru jivvotaw. Ħarġu jivvotaw għal kandidati ġodda, uċuh ġodda u xkupaw 'il barra mill-Parlament lil dawk li diġà kienu parti mit- telfiet kbar li ġarrab il-Partit Nazzjonalista. Kunu umli! Tkunux arroganti. Kunu kapaċi tgħidu 'mea culpa.' Meta tammettu li żbaljajtu tkunu kapaċi timxu 'l quddiem Hemm ħafna messaġġi li wieħed irid jieħu minn din l-elezzjoni. Anke l-Partit Laburista jrid jiem għaliex naqqas fil-voti u ħafna nies għażlu li jibqgħu d-dar. Imma l-akbar sinjali ntbagħtu lilkom tal-Partit Nazzjonalista ġaladarba bqajtu ma tridux tisimgħu. In-nies xebgħu mill-politika tal-passat. Ir- riċetta ta' Simon Busuttil, anke jekk forsi hija tajba u ġusta, in-nies ma tridhiex. Meta tajru 'l barra lill-aktar persuni voċiferi, fosthom Jason Azzopardi u anke Karol Aquilina kienu qed jgħidulkom ċar u tond li jridukom tinqatgħu minn din in- narrattiva u tbiddlu l-atteġġjament tagħkom. Mhux qed ngħidulkom biex tieqfu titkellmu kontra l-korruzzjoni speċjalment meta taraw lill-Gvern jitħanżer. Imma l-ewwel u qabel kollox tridu toffru alternattiva lin-nies! Tridu tkunu kredibbli u toffru stabbilità ... inkella kollox intutli Biex toffru altenattiva, l-ewwel u qabel kollox tridu tkunu kredibbli u toffru stabbilità. Ħadd mhu se jafdakom qabel tieħdu ħsieb dawn iż-żewġ fatturi. Tistgħu ddumu tgħidu li ħriġtu programm elettorali qabel il- Labour. Tistgħu ddumu tgħidu li l-Labour qed jikkupjakom (battuta li dejjaqtu l-kulħadd għaddejin biha kampanja sħiħa). Sakemm mhux se tkunu kredibbli u toffru garanzija ta' stabbilità, tistgħu toħorġu bl-aqwa proposti u twiegħdu l-ilma jiżfen, għax in-nies mhux se teħodkom bis-serjetà. In- nies, jibdew jagħtu kas dak li qed tgħidu intom u jikkunsidraw dak li qed tipproponu meta jaraw fikom potenzjal li tistgħu titilgħu t-taraġ ta' Kastilja. S'issa, lanqas sal-bankina ta' quddiemha ma jarawkom. Ħadd mhu se jafda fit-tmexxija ta' pajjiż, partit mifni bi problemi interni, għax tistgħu tgħidu kemm tridu, imma kulħadd jaf li għadkom maqsuma u għadkom ma tistgħux tpoġġu madwar mejda u titkellmu bħan-nies. Prova ta' dan huma t-tliet Deputati li qalulkom ċaw u rtiraw il-kandidatura tagħhom fl- ewwel ġurnata tal-kampanja. Din hija problema serja li jeħtieġ tindirizzaw malajr kemm jista' jkun, illum stess jekk hemm bżonn. Sakemm ma tagħmlux dan, tistgħu titkellmu kemm tridu fuq korruzzjoni u tistgħu toħorġu kemm tridu viżjoni għal Malta, għax ħadd mhu se jafdakom! Il-viżjoni tagħkom għalissa għandha tkun kif se ssewwu l-ħsara li għamiltu lill-PN u mhux kif se ssewwu r-reputazzjoni ta' pajjiżna. Ir-reputazzjoni li bnejtu għalikom infuskom fl-aħħar snin hija biżżejjed. Ibdew billi ssewwu dik. Bernard aħsibha sew! Taħlux ħames snin oħra... Issa se nduru fuqek Bernard Grech. Nafu. Ma tistax terfa' t-tort tat-telfa kollu fuqek. F'sena ħadd ma kien qed jistenna li tagħmel il- mirakli. Nafu li inti raġel fuq l-irġiel u kkonfermajna dan meta nhar il- Ħadd ġejt in-Naxxar u għannaqt lil kull voluntier tal-PN u anke lil dawk tal-Partit Laburista. Nafu li trid l-aħjar għall-PN u għall-pajjiż. Nammirawk għax minkejja kollox irnexxielek tagħmel kampanja. Imma aħsibha sew! Inti għidt li trid tibqa' Kap tal-PN. Imma taħseb li din deċiżjoni għaqlija? Kellek tiddeċiedi dakinhar? Anke jekk it-tort mhux tiegħek, it-telfa ta' kważi 40,000 vot se tkun it-timbru tiegħek. Anke jekk inti ma tistax terfa' r-responsabbilità waħdek, inti l-Kap ta' partit li ġarrab telfa storika. Diffiċli biex tibda tidher kredibbli jew inkella Prim Ministru alternattiv. Miegħek trid terfa' r-responsabbilità u twarrab, it- tmexxija kollha. Għalhekk, aħsibha sew! Il-Partit Nazzjonalista ma jistax jitlef aktar żmien. Il-Partit Nazzjonalista jeħtieġ jibda paġna ġdida malajr kemm jista' jkun. Ftakar li l-elezzjoni li jmiss mhijiex ħames snin oħra. L-elezzjoni li jmiss se tkun tliet snin oħra meta nerġgħu nivvotaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali. Sa dak iż-żmien, il-PN irid ikun issaħħaħ. Ma jistax ikun li jmur għal dik l-elezzjoni u jerġa' jitlef b'dan id-distakk. F'dik l-elezzjoni l-PN irid jibgħat messaġġ li għadu hemm, li għadu relevanti u li fl- 2027 jista' joffri kompetizzjoni lill- Partit Laburista. Tagħmlux l-iżball li tistennew biex taraw x'se jiġri u jekk titilfu tbiddlu kollox dak iż-żmien, bit- tama li Roberta Metsola tkun tista' tiġi ssalvakom. Jekk se tagħmlu dan, se tkunu qed terġgħu taħlu ħames snin. Barra minn hekk, x'garanzija għandkom li Metsola se tinżel Malta? Il-Partit Nazzjonalista, malajr analiżi IL-ĦADD 3 TA' APRIL 2022 • illum