Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1463652
09 dirett lill-PN u lil Bernard fl-istorja! kemm jista' jkun jeħtieġ li jerġa' jqum minn din id-damdima, jaqleb il-paġna u diffiċli kemm hu diffiċli jerġa' jibda jimxi 'l quddiem. Għalhekk iddumux taħsbuha. Malajr kemm jista' jkun lestu dan il-proċess. Din mhux se tkun konferma għall-Kap. Din se tkun elezzjoni għall-Kap u għalhekk jista' jkun hemm min jikkontesta lil Bernard Grech. Lilkom li forsi se tieħdu sehem f 'din it-tiġrija nagħtukom parir wieħed. Ikun xi jkun ir- riżultat baxxu raskom! Tibqgħux tissuppervjaw u ssabtu saqajkom. Jekk se tagħmlu hekk, it-tmiem tal- PN se jkun invevitabbli. Organizzaw lilkom infuskom u kunu kapaċi tikkomunikaw ... Ħdejn il-Labour lanqas bdejtu Wara li tammettu li żbaljajtu, wara li tlestu dan li jitlob l-istatut u forsi tibdew tidhru aktar kredibbli u stabbli, tridu tkunu kapaċi torganizzaw lilkom infuskom u tikkomunikaw tajjeb. Għandkom problema kbira. Il- messaġġ tagħkom mhux qed jasal. Mhux biss għax in-nies mhux jarawkom kredibbli u stabbli imma anke għax mhux kapaċi twasslu tajjeb il-messaġġ tagħkom. Ir- riklami fuq Facebook u YouTube mhumiex biżżejjed. Tridu tagħmlu ħafna aktar minn hekk. Il- komunikattiva tagħkom hija batuta mmens. Iġġibux l-iskuża tar-riżorsi. Biex tikkomunika tajjeb messaġġ trid sempliċiment strateġija u organizzazzjoni. Ftaħartu li ħriġtu programm elettorali 100 siegħa wara l-Prim Ministru sejjaħ l-Elezzjoni Ġenerali. Kellkom proposti tajbin. Mhux waħda jew tnejn! Ħafna proposti kienu eċċellenti. Dak li hu tajjeb ngħidulu tajjeb. Imma x'jiswa jekk ma tikkomunikahomx tajjeb? Sat- tielet ġimgħa tal-kampanja elettorali kontu għejjejtu u ħadd ma kien qed jitkellem dwar il-proposti tagħkom. Dan apparti li għamiltu kampanja titkellmu fuq l-imbierka prinċipji ESG! Ara Ċikka tal-grocer u Charlie tal-ħaxix, bir-rispett kollu lejhom, x'għala biebhom mill-ESG. Lill-Partit Laburista għajjartuh li ħareġ il-programm elettorali tard għax ma kienx ippreparat (ħadd ma emminkom meta kontu tgħidu hekk) imma kien kapaċi jikkomunika l-proposti tiegħu. Spjega l-proposti l-aktar importanti it it u mhux ħareġ kollox f 'salt qiesu xi ħadd qed jiġri warajh. Apparti l-kommunikattiva tridu tkunu organizzati u mhux tagħmlu l-froġa li għamiltu bil-famuża trackless tram! Trackless kontu intom għax lanqas kontu tafu x'se taqbdu tgħidu fuqha! L-ewwel u qabel kollox, kieku vera kienet proposta studjata kontu ġġibu l-esperti jitkellmu. Bir-rispett kollu lejkom, imma la inti Bernard u lanqas intom Toni Bezzina u Ryan Callus ma għandkom esperjenza f 'dan il- qasam. Stajtu ħadtu pass lura u ġibtu l-esperti jitkellmu u jwieġbu l-mistoqsijiet. Jekk imbagħad ridtu tidhru intom, stajtu wkoll tagħmlu dan wara li kulħadd ikun jaf xi jrid jgħid. Imma intom le. L-ewwel ħriġtu tgħidu li se jkollha karreġġjata għaliha, imbagħad li mhux se twessgħu t-toroq u f 'daqqa waħda jiġi Bernard jgħidilna li "se nwessgħu fejn meħtieġ." Ħawwadni se nimek. Ara kif stajtu tkunu kredibbli. Anke fejn jidħlu d-dibattiti. Kien hemm aspetattiva għal Bernard Grech. Imma Robert Abela mar għad-dibattiti u kien aktar ippreparat, kompost u seren fit- tweġibiet tiegħu. Indunajtu xi ħaġa? Indunajtu li lejliet id-dibattitu, Robert Abela ħa pass lura mill- attivitajiet tal-kampanja li kienu jsiru filgħaxija? X'taħsbu li kien qed jagħmel? Mhux jipprepara għad- dibattitu ma' tim sħiħ ta' nies. Intom stajtu għamiltu l-istess. Kunu viċin in-nies! Mid-dar ċentrali mhu se tbiddlu xejn! Isimgħu lin-nies! Lil kulħadd! Il-periklu huwa li wara din id- damdima, taqgħu f 'apatija kbira. Imma għall-ġid tagħkom u tan-nies tagħkom stess ma tistgħux tagħmlu dan. Tridu tqumu għall-okkażjoni u tbiddlu dak li hemm bżonn. Minn issa tridu tkunu viċin in-nies. F'sena qabel l-elezzjoni mhu se tagħmlu xejn. Ħallikom mid-Dar Ċentrali. Wara li tidħlu daħla fikom infuskom u tbiddlu dak li hemm bżonn, l-uffiċċju tagħkom għandu jkun it-triq. Morru u tkellmu man- Nazzjonalisti li baqgħu d-dar. Morru u tkellmu ma' dawk l-eluf li baqgħu d-dar u ma vvotaw lil ħadd. Uruhom li intom kredibbli u li tistgħu tagħmlu differenza. Jekk għalikom din l-elezzjoni kienet disfatta kbira, tatkom vantaġġ ukoll. Ħarsu lejn il-Grupp Parlamentari l-ġdid. Se jkollkom Grupp Parlamentari żagħżugħ u mżewwaq. Se jkollkom Grupp Parlamentari b'enerġija u b'ideat ġodda. Taħluhx! Taħlux liż-żgħażagħ li ġew eletti. Dawn jistgħu jqarrbukom lejn faxex ta' nies li tbiegħdu għal kollox mill- Partit Nazzjonalista. Dawn jistgħu jkunu l-vuċi tagħkom ma' dawn in-nies u jerġgħu jikkonvinċuhom jafdaw lill-Partit Nazzjonalista. Dawn għandhom perspettiva differenti minn ħafna oħrajn fil-PN. Twarrbux l-ideat tagħhom. Tliu biżżejjed nies għax rajtu biss sa mneħirkom u bżajtu mill-affarijiet il-ġodda. Mhux qed ngħidulkom biex tabbandunaw il-prinċipji tagħkom imma tridu tkunu kapaċi tiddjalogaw man-nies anke fuq kwistjonijiet li għalikom kienu, għadhom u forsi jibqgħu tabù. Tagħlqu l-bieb għal ħadd. Tkellmu ma' kulħadd. Anke ma' min ma jaqbilx magħkom, spjegawlhom b'rispett il-pożizzjoni tagħkom u kif intom tistgħu tgħinuhom. Hekk biss tistgħu tibnu mill-ġdid ir-rispett. Id-Deputati żgħażagħ jistgħu jkunu s-salvazzjoni tagħkom, jistgħu jkunu opportunità. Għandna bżonn lill-Partit Nazzjonalista Għidnilkom dan kollu u forsi bi kliem iebes ukoll għax ġenwinament nemmnu li l-pajjiż għandu bżonn lill-Partit Nazzjonalista. Il-Partit Nazzjonalista biddel lill-Malta u għad fadallu ħafna x'joffri jekk iqum għall-okkazzjoni. Illum aktar minn qatt qabel għandna bżonn Oppożizzjoni b'saħħitha. Il-ħames snin li ġejjin mhux se jkunu faċli u l-PN jeħtieġ li jkun hemm. Mela qumu għall-okkażjoni, għamlu dak li hu meħtieġ. Jekk se taqtgħu qalbkom issa jaf ikun tard wisq. analiżi illum • IL-ĦADD 3 TA' APRIL 2022