Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1463652
Is-sinjali mill- elettorat li l-Labour ma jistax jinjora minkejja r-rebħa kbira li kiseb 10 Il-Labour rebaħ u rebaħ bil-kbir, mela l-poplu wera' ċar li lilu jafda biex imexxi. Imma sinjali l-votanti qed jibgħatu wkoll. Madwar 30,000 persuna iktar mill-2017 ma vvotawx jew ħassru l-vot, hemm il-biża' tal-arroganza u l-apsettativi huma għoljin... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni u bil-kbir imma dan ma jfissirx li kollox huwa ward u żgħar, ma jfissirx lanqas illi l-Partit Laburista ma għandux għaliex huwa wkoll, jaqra s-sinjali taż-żminijiet u s-sinjali li bagħat l-elettorat. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn uħud mis-sitwazzjonijiet u realtajiet li l-Partit Laburista u Robert Abela jkun tajjeb li joqgħod ferm attent minnhom, jekk ma jridx li s-saħħa u l-leġittimità li kiseb ssirlu suf fis-snin li ġejjin. Minkejja r-rebħa kbira li kiseb il- Partit Laburista eluf xorta baqgħu ma vvotax, eluf ta' Laburisti oħrajn vvutaw biss wara li ċemplilhom il-partit, deputat jew saħansitra l-Prim Ministru innifsu - filwaqt li kien jidher (għalkemm ma għandniex statistika fattwali dwar dan) li kien hemm numru ġmielu ta' votanti li taw il-'1' u waqfu jew li taw il-'1' lill-PL u komplew fuq partiti oħrajn. Dan huwa sinjal ta' votanti li qed jagħtu l-aħħar ċans u li vvotaw primarjament lil kandidat partikolari aktar milli lill- partit innifsu. Id-dwejjaq u diżillużjoni f 'madwar 60,000 vot L-ewwel li jrid jevalwa l-Partit Laburista huwa kif f 'din l-elezzjoni bejn dawk li lanqas biss ġabru l-vot (14,473), dawk li nvalidaw il-vot (8,802) u dawk li sempliċiment ma marrux jivvotaw (36,000) ikun ifisser li madwar 60,000 persuna lanqas biss ipparteċipaw f 'dan l-eżerċizzju demokratiku. Dan meta n-numru ta' nies li ma vvotawx, ma ġabrux il-vot jew inkella li invalidaw il-vot fl- 2017 kien ta' 31,191. Dan allura jfisser li n-nies li ma vvotawx jew ħassru l-vot irdoppja u jekk kellna noqgħodu fuq in-narrattiva taż- żewġ partiti huwa ċar illi kiek mhux għax iż-żewġ partiti ħarġu mijiet jew eluf ta' votanti fl-aħħar ġimagħtejn, dawk is-60,000 kienu jkunu ħafna aktar. Dan ifisser illi fl-2027 il-Partit Laburista ma jistax ma jiħux konjizzjoni ta' dawn il-madwar 30,000 votant aktar li għażlu li jibqgħu d-dar jew iħassru l-vot, jiem għaliex baqgħu d-dar u jara li f 'elezzjoni oħra dawn ma jispiċċawx eventwalment jivvotaw PN. Hemm diversi raġunijiet għaliex eluf baqgħu ma vvotawx. Jista' jkun li ħafna qatgħu qalbhom mill- politika, ħafna li kienu xebgħu minn Nazzjonalisti fl-2013 pero' sfaw migdumin jew ħassewhom traduti minħabba elenku ta' skandli jew l-assassinju ta' ġurnalista. Nies li iżda ma jarawx alternattiva fil- PN, mhux biss fuq il-governanza imma anke fuq l-ambjent, biex insemmu Il-PN u l-PL wettqu kampanja qawwija fir-rigward tal-ambjent, għax jafu li fost eluf ta' votanti jeżisti dwejjaq partikolari fuq dan is-suġġett, dwejjaq fuq żvilupp bla rażan u l-inkonvenjent li jġib miegħu, il-bidla fix-xenarju u l-iskyline tal-irħula u t-trabijiet li dan ix-xogħol qed jikkawża. Jista' jkun li fost dawn in-nies hemm uħud li sofrew inġustizzja kbira u reali li baqgħet qatt ma tranġat u li ma kinux se jivvutaw għax xi ħadd mill-PL iwegħdhom li se jirranġaha fl-aħħar ħin, jew nies li huma mweġġa' bit-tneħħija ta' Adrian Delia minn Kap tal-PN u kitbu 'No Delia. No Vote.' Kien hemm allura min sempliċiment iddeċieda li jneħħi l-attenzjoni kollha tiegħu minn fuq il-politika lokali f 'sinjal ta' qtigħ ta' qalb. Din kienet kampanja elettorali mmarkata b'ħafna diżillużjoni u apatija, kif ukoll nuqqas ta' ħeġġa - minn ħafna Nazzjonalisti u anke ħafna Laburisti. Dan fil-fatt wassal biex il-PL naqqas 9,000 vot u l-PN madwar 12,000 vot meta mqabbel mal-2017. Jista' jkun illi fost dawk il- votanti Nazzjonalisti li ma ħarġux jivvotaw kien hemm ħafna li ħassew illi r-rebħa Laburista hija ċerta u allura it kien hemm ħeġġa biex jivvotaw. Jista' jkun ukoll li bħalma kien hemm Laburisti mdejqin u mxebbgħin bil-partit, kien hemm ukoll Nazzjonalisti li la kienu partikolarment eċitati bid-direzzjoni tal-PN u lanqas ta' Bernard Grech! Dan huwa volum ta' votanti li ma jistax ikun issottovalutat u li se jiddeċiedi fl-elezzjoni li jmiss skont kif se jiggverna l-Labour issa u kemm se jinbidel il-Partit Nazzjonalista. Jekk il-Gvern ma jitgħallimx mill-iżbalji tiegħu, jekk l-arroganza terfa' rasha jew jekk il- Partit Laburista ma jżommx ma' dak li wiegħed fil-manifest jidħol fir-riskju li jaljena ħafna minn dawn il-madwar 30,000 votant li eventwalment jafu jispiċċaw jerġgħu ma jivvotawx jew inkella saħsnitra jivvotaw lill-PN. L-arroganza: Theddida reali! L-elezzjoni tat is-sitt rebħa Laburista sa mill-2009, li kienet taqbeż id-distakk ta' 33,000 vot - distakki li lanqas biss konna noħolmu bihom sa qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew propju dik is-sena. Fl-2013 l-argument ta' bosta kien illi wasal żmien il-bidla wara 25 sena - interrotti b'sentejn bejn 1996 u 1998 - ta' Gvern Nazzjonalista u allura kien żmien propizju biex tinqaleb il-folja. Allura dik it- telfa anke jekk kienet kbira ħafna, kienet xi it jew wisq mistennija. Inqas mistennija kienet dik tal- 2017 meta żewġ persuni fil-qofol tat-tmexxija tal-Gvern - Keith Schembri u Konrad Mizzi - kien diġà rriżulta illi kellhom kumpaniji fil-Panama u kien hemm diversi allegazzjonijiet u akkużi mdendlin fuq it-tmexxija Laburista, b'mod speċjali dik fir-rigward ta' Egrant. Għall-elezzjoni tas-Sibt 26 ta' Marzu l-idea u l-perċezzjoni popolari kienet diġà illi l-Partit Laburista se jirbaħ - jiġifieri it li xejn kien hemm min jemmen li l-PN verament kellu ċans jaqlibha lil-Labour. Li ma kienx mistenni (anke jekk ċerti sondaġġi kienu qed jindikaw) huwa d-daqs tad- distakk - jiġifieri li dan saħansitra qabeż id-distakki rekord kollha ta' Joseph Muscat f 'elezzjonijiet ġenerali u kien viċin l-40,000 vot. Fir-realtà huwa t-tieni l-akbar distakk f 'elezzjoni nazzjonali, hekk kif l-akbar differenza kienet dik fl- elezzjoni tal-Parlament Ewropew fl-2019, meta l-Labour rebaħ b'42,656 vot. Dan ix-xenarju kollu jfisser ħaġa waħda, li fost l-għeruq daħlet l-idea li l-Labour ma jista' jirbaħlu ħadd u li "jagħmel x'jagħmel se jibqa' jirbaħ." Dan huwa ħsieb perikoluż ħafna - fis-sens li jwassal biex ħafna jemmnu u jaħsbu li kollox huwa aċċettabbli, inkluż l-arroganza. Mhux ta' b'xejn allura li fl-ewwel okkażjoni li jitkellem quddiem il- folol tal-Laburisti Abela ndirizza propja l-arroganza u qal illi mhux se jittolleraha fil-Gvern li jmexxi. Abela għandu tragward x'jilħaq analiżi IL-ĦADD 3 TA' APRIL 2022 • illum