Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1464864
08 Il-Maltin iżommu l-istess Gvern meta biddlu l-wiċċ tal-Parlament analiżi IL-ĦADD 17 TA' APRIL 2022 • illum Anke jekk ir-riżultat tal-aħħar elezzjoni ġenerali kien tista' tgħid magħruf ħadd ma basar li l-Maltin kienu se jivvotaw daqstant b'qawwa biex ibiddlu l-wiċċ tal-Parlament Malti u jeleġġu ħafna Deputati ġodda u żgħażagħ YENDRICK CIOFFI Din il-ġimgħa ġiet fi tmiemha b'mod uffiċjali l-elezzjoni ġenerali hekk kif ġew konklużi l-elezzjonijiet każwali u anke tħaddem għall-ewwel darba l-mekkaniżmu li qed jassigura rappreżentanza ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fil-Parlament. Hekk sirna nafu min se jkunu d-Deputati li se jirrappreżentaw lil Maltin fil-Parlament. Lilhinn mill-mekkaniżmu tal- ġeneru (li dwaru qed nitkellmu f 'paġni oħra), din l-elezzjoni tat lill- Parlament diversi Deputati ġodda. Fil-fatt, din il-leġislatura li qed tibda se tkun ikkaraterizzata minn diversi Membri Parlamentari ġodda u żgħażagħ li jistgħu jfissru nifs ġdid għall-politika f 'Malta għax forsi l-viżjoni tagħhom għall-politika u l-pajjiż inġenerali hija differenti. Il-Partit Nazzjonalista, anke jekk tilef din l-elezzjoni bi kbir, rebaħ Deputati ġodda u friski. Fi żmien ta' disfatta kbira fil-Partit Nazzjonalista, kif qalu sorsi ma' din il-gazzetta, dan il-fatt qed joffri it ta' tama li l-PN jista' jibda juri li qed jirriġenera u forsi jibda it it it-triq lejn il-fejqan. Il-Partit Laburista bata xi it aktar biex jeleġġi Deputati ġodda tant li kellu jistenna aktar l-elezzjoni każwali u kellu wkoll jirrikorri għal xi mekkaniżmi, fosthom il-co-option biex ibiddel. Anke meta ġie biex jifforma l-Kabinett tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela ma kellux għażla oħra ħlief li jħalli barra nies bħal Edward Zammit Lewis, Carmelo Abela, Michael Farrugia, Alex Muscat, Deo Debattista u Chris Agius biex almenu jkun jista' jbiddel dawk li jidhru fuq quddiem nett tat-tmexxija tal-Gvern. Wiċċ ġdid għall-PN; L-uniku tama li għad fadallu... Nibdew pass pass. Kif spjegalna, f 'din l-elezzjoni, il-Partit Nazzjonalista gawda l-aktar minn uċuh ġodda. Fil-fatt, fuq quddiem nett, il-Kap tal-Oppożizzjoni se jkollu bilqiegħda warajh ħafna nies ġodda u pjuttost żgħażagħ. Uħud minn dawn, anke jekk eletti għall-ewwel darba, ilhom jaħdmu fi ħdan il-Partit Nazzjonalista u wħud minnhom tista' tgħid li jippromettu wkoll. Biżżejjed tara kif jitkellmu u l-kampanja li huma għamlu. Ewlenin fosthom ma nistgħux ma nsemmux lil Jerome Caruana Cilia li fuq is-sitt distrett kaxkar fil-voti. L-istess għamel Mark Anthony Sammut, li minkejja li għadu żgħir, diġà okkupa karigi importanti fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Sammut ġie elett minn żewġ distretti u mhux minn wieħed biss. Avukat żagħżugħ li kapaċi jitkellem u jikkonvinċi huwa Darren Carabott li ġie elett bla problemi ta' xejn fuq l-ewwel distrett. Carabott kien ġurnalist ta' Media.Link u kien hu li ġera wara Ali Sadr Hasheminejad meta deher ħiereġ mill-Bank Pilatus bil- famuża bagalja. Deputat ieħor ġdid u ta' stoffa li se jkun fuq quddiem nett fil- bankijiet tal-Oppożizzjoni huwa Justin Schembri, għalliem li wkoll jipprometti. Kapaċi jitkellem, kapaċi jikkonvinċi u jista' jirrappreżenta tajjeb ħafna lis- settur tal-edukazzjoni li l-Partit Nazzjonalista dejjem jagħtih importanza. Ma nistgħux inħallu barra lil Alex Borg, Avukat Għawdxi li ssorprenda lil kulħadd. Borg kien elett fuq it-tlettax-il distrett mal- ewwel għadd u kiseb it voti biss inqas mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri. Borg fil-fatt kiseb 6,108 voti u qabeż mhux ħażin lil Chris Said, issa Deputat Għawdxi veteran tal-Partit Nazzjonalista. Vera li hawn min qed jagħmel l-argument li għal Borg ħadmet ħafna Giovanna Debono, għax missieru kien Chief of Staff tagħha, imma jibqa' l-fatt li n-Nazzjonalisti Għawdxin kienu lesti jafdaw u jagħtu l-vot tagħhom lil Deputat ġdid u forsi bla esperjenza fil- politika milli lil Said li kien ukoll fuq quddiem fil-kruċjata kontra l-eks Kap Adrian Delia. Anke jekk mhux żagħżugħ, Joe Giglio wkoll huwa wiċċ ġdid fil-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Giglio, Avukat magħruf huwa wieħed minn dawk il-persuni li fl-aħħar snin dehru ħafna fuq il-midja tal- Partit Nazzjonalista u saħansitra jissemma kontinwament għal karigi importanti fi ħdan il-PN, kemm għal Viċi Kap imma anke għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Giglio ġie elett minn żewġ distretti u tela' b'mod komdu ħafna. Dan jista' jkun messaġġ min-Nazzjonalisti li lil Giglio jriduh fuq quddiem nett u l-Partit Nazzjonalista jkun qed jonqos jekk ma jagħrafx dawn is-sinjali li jistgħu jsalvawh. Żewġ kandidati oħra ġodda li l-Partit Nazzjonalista eleġġa minnufih huma Ian Vassallo (li ġie elett bis-saħħa tal-mekkaniżmu fil-liġi li jassigura proporzjonalità fil-Parlament) u anke lil Ivan Castillo li ilu jaħdem fil-Partit Nazzjonalista, b'mod partikolari fil-qasam tax-xogħol u d-drittijiet tal-ħaddiem. Anke fil-każwali l-PN igawdi minn uċuh ġodda Iżda l-Partit Nazzjonalista ma waqafx hemm. Anke meta waslet l-elezzjoni każwali, li fiha normalment l-ewwel ma jitilgħu jkunu eks Deputati li ma jkunux ġew eletti minnufih, il-Partit Nazzjonalista eleġġa l-aktar kandidati żgħażagħ u ġodda. Fil-fatt, nhar it-Tlieta li għadda, il-Partit Nazzjonalista eleġġa lil Rebekah Cilia, Stanley Zammit, Graham Bencini u Graziella Attard Previ. Bencini u Attard Previ mhumiex ġodda għall- politika u ilhom jimmiltaw fil- Partit Nazzjonalista u allura xi it ta' esperjenza għandhom ukoll. Ma' dawn ingħaqad ukoll l-eks Sindku Laburista tar-Rabat, Charles Azzopardi. Azzopardi kien kisirha mal-Partit Laburista u n-Nazzjonalisti kienu lesti li jagħtuh ċans. Mhux anke dan huwa sinjal? In-Nazzjonalisti ma jridu li l-Partit jarmi lil ħadd. Iriduh ikun miuħ u jilqa' anke lil dawk li mhux dejjem qablu miegħu. Wara kollox, il-Partit Laburista għalhekk ilu jirbaħ bi kbir għax baqa' jattira u jilqa' anke lil dawk li qatt ma bassru li kienu se jivvotaw Labour. Kull leħen jgħodd. Din il- PN irid dejjem iżommha quddiem għajnejh. Il-musmar il-ġdid jaqla' dak qadim... Il-Malti jgħid li l-musmar il- ġdid dejjem jaqla' dak qadim. Dawn il-kandidati l-ġodda telgħu għax ħadu post ħaddieħor. Wara l-elezzjoni ġenerali, din il-gazzetta diġà kellha ċans tanalizza r-riżultat li kiseb il-Partit Nazzjonalista