Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1465727
27 films IL-ĦADD 24 TA' APRIL 2022 • illum Carmel Bonnici Kummidjanti pari u gruppi oħra (1) Fil-bidu nett tal-ħolqien taċ-ċinema, l-kummiedji malajr saru l-favoriti ta' ħafna mill-udjenzi. Id-daħk u ċ-ċajt minn dejjem kienu jinżlu għasel mal-pubbliku. Meta l-affarijiet ma jkunux sejrin tajjeb jew in- nies iħossuhom mdejqin, ikollhom bżonn l-umoriżmu biex iferraħhom. Anki meta jkunu f 'burdata tajba, d-daħk ikompli jżidilhom l-allegrija. Iċ-ċinema mutu sa qabel l-Ewwel Gwerra Dinjija kien miżgħud minn kummidjanti ta' stoffa. Dan il-ġeneru ta' film beda l-ewwel fi Franza, iżda malajr emigra lejn l-Amerika fejn insibu kummidjanti rinomati bħal Charles Chaplin, Harold Lloyd, Buster Keaton, Charlie Chase, Fatty Arbuckle u ħafna oħrajn. Xi films mimlija siltiet qosra ta' kummidji bikrin taċ-ċinema mutu li ħarġu lejn l-aħħar tas-snin ħamsin u dawk tas-sittinijiet, barra li ġew milqugħa tajjeb, kellhom titli verament li jixraqilhom u juru dan, bħal Days Of rills And Laughter, e Golden Age Of Comedy, When Comedy Was King, Harold lloyd's World Of Comedy, e Funny Side Of Life, fost oħrajn. Saru wkoll popolari pari ta' kummidjanti, anki gruppi akbar li sikwit dehru flimkien. F'dan l-artiklu se niffoka l-aktar fuq kummidjanti Amerikani u dawk mir-Renju Unit. L-unjoni ta' aktar minn persuna waħda biex flimkien idaħħku lill-pubbliku ma bdietx fuq il-liżar ċinematografiku imma fis-swali tal-mużika (vaudville). Minħabba li l-films ma kinux jitkellmu, dawn sabu ruħhom fi żvantaġġ u kienu jiddependu minn ġesti u azzjoni furjuża jew sfrenata u mossi oħrajn sakemm wasal l-avvent tat-talkies. L-aqwa duo ta' kummidjanti tal-epoka tal-film mutu kienu, bla dubju ta' xejn, Stan Laurel u Oliver Hardy li konna nirreferu għalihom bħala l-Oħxon u l-Irqiq li komplew għaddejjin b'ritmu mgħaġġel fi żmien it-talkies. Kien hemm ukoll il-buffi Harry Langton u Larry Semon li ma damux ħafna. Fost gruppi flimkien insibu e Keystone Kops, truppa ta' kummidjanti bla brejkijiet immexxija minn Ford Sterling li, mill-1912 sal-1920, taħt l-ispirazzjoni ta' Mack Sennett ġo Kopstone Studios dehru f 'numru kbir ta' kummiedji u fares pjuttost vjolenti mimlija ġiri wara xulxin bla ħniena u effetti oħra mimlija "tricks". Our Gang kienu kollezzjoni ta' atturi tfal f 'kummiedji tassew qosra tal- produttur Hal Roach li bdew f 'nofs is-snin għoxrin u baqgħu popolari matul is-snin tletin u erbgħin (naturalment kull tant snin it-tfal kienu jinbiddlu). Mal-miġja meta l-films bdew jitkellmu nibtu ħafna kummidjanti pari, pero' numru kbir minnhom ukoll ma wasslux għas-suċċess fosthom Amos 'n Andy, Gallagher u Shean u Olsen u Johnson li wara rpiljaw. Laurel u Hardy għamlu suċċess fi żmien iċ-ċinema silenzjuż billi kienu jużaw il-mima; wara it bidlu l-proċedura u xorta baqgħu popolari. Fis-snin tletin kienu sfidati biss minn Wheeler u Woolsey li l-istil tagħhom kien aktar frenetiku u għal it żmien minn Burns u Allen. Mill-1940 il-quddiem beda ir-renju ta' Bud Abbott u Lou Costello li d-diskors tagħhom f 'xulxin għamilhom tassew "in voga" u kultant kellhom rivalità minn Bob Hope u Bing Crosby l-aktar bil-films tagħhom Road To .... Olsen u Johnson li semmejt qabel tawhom battikata kbira bil-kummiedja tassew sfrenata u tal-ġenn, Hellzapoppin' (1941). Wara, lejn l-aħħar tas-snin 40 waslu Dean Martin u Jerry Lewis b'kummiedji popolarissimi, għalkemm ma kinux jappellaw għal kulħadd. Fl-1957 kellna lil Rowan u Merlin li ma kienu jappellaw kważi għal ħadd. Saru attentati mhux spissi biex jirreklamaw pari bħal Brown u Carny u Allen u Rossi. Dwar gruppi akbar fil-bidu tat-talkies insibu lill-Marx Brothers, it-ree Stooges li dehru f 'ħafna films qosra u anki xi it ta' tul normali, pero' kienu jużaw daqqiet verament goffi fuq xulxin. e Ritz Brothers li kienu kantanti u oħrajn. Aktar abbinati flimkien, mhux strettament kummidjanti pero' nisslu ħafna daħk, kienu: Edmund Lowe u Victor McLaglen, Slim Summerville u ZaSu Pitts, Joan Blondell u Glenda Farrell, George Sidney u Charlie Murray., Marie Dressler u Polly Moran, Wallace Beery u Raymond Hutton, James Cagney u Pat O'Brien. Ma' dawn nistgħu nżidu wkoll lil Jack Lemmon u Walter Matthau li dehru flimkien f 'numru mdaqqas ta' kummiedji soċjali popolari u ta' natura aktar serja. Fil-Gran Brittanja l-kummidjanti pari kienu aktar imfittxija anki ġo films ta' livell baxx. L-aqwa minn dawn kienu Jack Hulbert u Cicely Courtneidge, Tom Walls u Ralph Lynn, Arthur Askey u Richard Murdock u e Crazy Gang. Dawn kienu ċorma tassew umoristika komposta minn Flanagan u Allen, Naughton u Gold u Nervo u Knox. Wieħed jista jżid ma' dawn lil Basil Radford u Naughton Wayne qishom karikatura ta' Ingliżi f 'pajjiżi barranin. Aktar 'il quddiem fis-snin sittin kien hemm Morecambe u Wise li dehru f 'e Magnificent 2 u at Riviera Touch. Tassew popolari kienu l-atturi li ħadmu fil-films tal-Carry On ...., sensiela li damet kważi mill-1958 sal-1978 u ieħor li wasal tard fil-1992. Grupp ieħor ta' atturi li tassew ġibdu l-għajnejn ta' sezzjoni tal-pubbliku b'serje qasira ta' films kultant bla sens pero' inċiżivi, kummidjanti sfrenati fejn jikkritikaw kollox u lil kulħadd, huma l-Monty Python. Id-duo Taljani, anzi Sqallin minn Palermo, Franco Franchi u Ciccio Ingrassia niżlu tajjeb mhux biss f 'pajjiżhom imma anki hawn Malta b'sensiela twila ta' kummiedji, fejn ġeneralment jimitaw films rinomati, tul ta' aktar minn 30 sena. Ernest Lubitsch, direttur Germaniż ta' kummiedji ta' suċċess li ssetilja f 'Hollywood, kien sostna hekk: "Ħadd m'għandu jipprova jilgħab bil-kummiedji jekk ġo fih m'għandux ċirklu attiv". IKOMPLI