Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1465727
25 illum • IL-ĦADD 24 TA' APRIL 2022 ewropa Il-Parlament Ewropew jappella biex jitwaqqaf kull ritorn ta' Afgani lura pajjiżhom ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Parlament Ewropew qed jappella biex minnufih jitwaqqaf kull ritorn ta' individwi lejn l-Afganistan jew pajjiżi terzi fejn dawn jidħlu fir- riskju li jiġu rritornati lura . Dan qalu f 'riżoluzzjoni adottata aktar kmieni dan ix-xahar illi fiha jagħmel aċċenn partikolari fuq il-bżonn li n-nisa u l-bniet Afgani jingħataw il-protezzjoni u l-għajnuna hekk kif, mill-ġdid, reġgħu qed jiffaċċjaw oppressjoni u abbuż mill-Gvern tat- Taliban, li fil-fatt oriġinarjament kien wiegħed illi se jkun ħafna iktar inklussiv. Fid-dawl ta' dawk li fil-fatt diġà ġew rritornati l-Parlament qed jisħaq li għandu jsir monteraġġ mill-qrib tagħhom. Ir-riżoluzzjoni qed titlob lill- Istati Membri biex jagħtu appoġġ u protezzjoni lil dawk li qed jaħarbu mill-Afganistan u jagħtu protezzjoni lil dawk l-Afgani fl-Ewropa li huma l-aktar vulberabbli. Fost dawn issemmi lil avukati nisa, mexxejja tas- soċjetà ċivili, artisti, atleti u persuni vulnerabbli oħra, speċjalment dawk li ħajjithom tinsab f 'riskju, bħall- persuni LGBTQI+. Il-Parlament qed jisħaq fuq l-importanza li tkun ukoll inidirizzata l-problema tal-vjolenza abbażi tal- ġeneru li jiffaċċjaw nisa u tfajliet Afagani, li jkunu jinsabu fl-Iran u l-Pakistan - żewġ pajjiżi ġirien tal-Afganistan. Dan filwaqt li jkun aċċertat li dawn jattendu l-iskola, jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u jkollhom aċċess għas-servizzi tas- saħħa, inklużi s-servizzi tas-saħħa mentali. Ir-riżoluzzjoni, mhux biss tikkritika l-fondi mogħtija mill-komunità internazzjonali - inkluż mill-Unjoni Ewropea u anke l-Istati Uniti - imma tinsisti wkoll li għandu jkun aċċertat li l-għajnuna fil-fatt tasal għand dawk li l-aktar illi għandhom bżonnha. L-UE tat it iktar minn €268 miljun għall- għajnuna iffukata fuq l-edukazzjoni, sostenn biex nies afgani jkollhom dak li huwa ta' bżonn għall-ħajja u protezzjoni tas-saħħa pubblika. Il-Parlament Ewropew ifakkar li diversi nisa li jsejjħilhom "qalbiena" illi pprotestaw kontra r-reġim tat-Taliban ġew nieqsa, fil-fatt ir-riżoluzzjoni tfakkar li dawk li pprotestaw inħatfu u ma ngħatat ebda informazzjoni dwar fejn jinsabu minkejja appelli kontinwi għar-rilaxx tagħhom. Tisħaq illi dawk li fil-fatt ġew rilaxxati, jgħixu f 'biża' kontinwa li ħajjithom tinsab fil- periklu. Għalhekk qed jappella sabiex tingħata din l-informazzjoni kemm jista' jkun malajr filwaqt li t-Taliban, "sabiex iwaqqfu minnufih dawn il- prattiki arbitrarji u extraġudizzjarji u jiżguraw il-libertà ta' għaqda paċifika u ta' espressjoni." Il-Parlament Ewropew qed jistieden ukoll lill-membri parlamentari Afgani, lill-eks uffiċjali tal-Gvern u lill-attivisti tas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari l-Premju Sakharov għal-Libertà tal- Ħsieb għas-sena 2021, biex jinvolvu ruħhom f 'ħidma li tiżgura illi l-UE tappoġġja lill-poplu Afgan. Miljun tifla mċaħħda mill-edukazzjoni Filwaqt li jitlob illi t-Taliban jinżamm responsabbli għar-reati u atroċitajiet, ikkundanna b'qawwa l-fatt li t-Talibani waqqfu l-edukazzjoni għat-tfajliet Afgani - kontra dak imwiegħed meta t-Taliban bdew imexxu. Fil-fatt ir-riżoluzzjoni tfakkar li l-bniet fl-Afganistan kellhom jirritornaw l-iskola fit-23 ta' Marzu 2022 imma dan kollu waqaf minħabba li t-Talibani estendew b'mod indefinit il-projbizzjoni li l-istudenti nisa jitħallew jattendu l-iskola mis-seba' grad 'l fuq, sakemm ikunu jistgħu jiddeċiedu liema uniformijiet huma l-iktar xierqa għall-bniet. Dan qed iċaħħad iktar minn miljun tifla Afgana mill-edukazzjoni, f 'pajjiż fejn mill-ġdid it-Talibani qed jippruvaw jeliminaw lin-nisa mill-ħajja pubblika permezz ta' diskriminazzjoni sistematika, it- tneħħija tal-liġijiet kollha li jipproteġu lin-nisa, it-tneħħija tal-Ministeru tan-Nisa u minflok il-Ministeru dwar il-Vizzji u l-Virtù, li ġeneralment jara illi l-moralità reliġjuża estremista qed tkun segwita. Ir-riżoluzzjoni tfakkar li kemm ilu li ħa t-tmexxija tal-pajjiż it-Taliban kien hemm żieda ta' 500% fiż- żwiġijiet sfurzati ta' tfal f 'pajjiż fejn din il-prattika kienet komuni wkoll saħansitra qabel il-pajjiż spiċċa taħt it- Talibani. Tfakkar ukoll illi l-oppressjoni tant hi b'saħħitha li t-Talibani saħqu li mara lanqas biss tista' ssuq 72 km 'il bogħod minn darha. FIL-QASIR Il-ħidma tal- Parlament Ewropew fuq l-Afganistan Il-Parlament Ewropew għaddej b'ħidma sabiex jindirizza dak li jsejjaħ "Is-sitwazzjoni dejjem tiddeterjora" tan- nisa fl-Afganistan. F'Awwissu tas-sena l-oħra il-Parlament Ewropew kien sejjaħ għal protezzjoni taċ-ċittadini Afgani f 'pajjiżhom stess, speċjalment drittijiet tan-nisa. Il-maġġoranza tan-nisa mhumiuex jitħallew jirritornaw fuq il-postijiet tax-xogħol, skejjel u universitajiet. Dan apparti l-fatt li l-Parlament Ewropew qed jara li l-ebda mara mhi se tkun parti mit-tmexxija tal-Afganistan u "qed tintuża forza letali kontra d-drittijiet tan-nisa." "Għall-maġġoranza tan-nisa u tfajliet Afgani it-tmexxija tat-Taliban tfisser oppressjoni sistematika u brutali fl- aspetti kollha tal-ħajja," qalet Evelyn Regner li tmexxi il- Kumitat Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa. "F'żoni kkontrollati mit-Taliban l-universitajiet tan-nisa ġew magħluqa, tfajliet mhumiex qed jitħallew jaċċessaw l-edukazzjoni u nisa huma mibjugħa bħala skjavi tas-sess." B'kollox il-pajjiżi Ewropej evakwaw 22,000 persuna Afgana, inkluż nisa, ġurnalisti, membri tas-soċjetà ċivii, attivisti, pulizija, professjonisti, imħallfin u uffiċjali tal- infurzar. Matul il-Laqgħa tal-G20 f 'Ottubru 2021 il-Kummissjoni Ewropea ħabbret pakkett ta' biljun ewro sabiex jiġu mgħejjuna nies Afgani u pajjiżi madwar l-Afganistan. L-UE qed tittama li tistabilixxi preżenza diplomatika f 'Kabul, il-kapitali tal-Afganistan, filwaqt li l-UE qalet illi lesta titkellem mat-Talibani sakemm dawn jirrispettaw id-drittijiet umani, dawk tan-nisa u jistabbilixxu Gvern rappreżentattiv u inklussiv. Matul Awwissu tal-2021 il-Membri Parlamentari Ewropej kienu appellaw lill-awtoritajiet Afgani biex jirrispettaw id-drittijiet umani u l-kisbiet tan-nisa Afgani matul 20 sena fil-qasam tadd-drittijiet tan-nisa u tfajliet, id-dritt tal-edukazzjoni, ta' kura tas-saħħa u l-iżvilupp ekonomiku. F'riżoluzzjoni imbagħad f 'Settembru 2021 il-Parlament kien sejjaħ għall-kooperazzjoni fuq l-evakwazzjoni ta' Afgani u li jkunu stabbiliti kurituri umanitarji biex ikunu mgħejjuna refuġjati li qed ifittxu il-protezzjoni f 'pajjiżi ġirien. L-MEPs sejħu wkoll għal Visa Speċjali għal nisa Afgani li qed ifittxu protezzjoni. F'Ottubru 2021 il-Kumitati għad- Drittijiet tan-Nisa u d-delegazzjoni għar-relazzjoni mal- Afganistan organizzaw laqgħa ma' ħames nisa li taw xhieda dwar is-sitwazzjoni tan-nisa taħt it-Taliban u ddiskutew dak li qed jistennew mingħand l-UE. Fl-2021 ukoll 11-il mara Afgana kienu nnominati mill- Parlament għall-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb sabiex il-kuraġġ u d-determinazzjoni tagħhom ikunu onorati. Riżoluzzjoni dwar in-nisa fl-Afganistan tfakkar li kemm ilu li reġa' beda jmexxi it-Taliban, apparti li mal-miljun tifla qed jiċċaħdu mill- edukazzjoni, kien hemm żieda ta' 500% fit-tfal sfurzati fi żwieġ... Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill- Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.