Illum previous editions

ILLUM 1 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1466487

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 opinjoni illum • IL-ĦADD 1 TA' MEJJU 2022 Għall-erwieħ! "G ħall-erwieħ!" Dan hu s-sentiment ta' firxa sħiħa ta' nies hekk kif reġgħu ġew rilaxxati iktar miżuri ta' pro- tezzjoni kontra t-tifrix tal-COVID u minn għada essenzjalment, b'xi eċċezzjonijiet, il-miżuri se jitneħħew kollha. U fil-fatt ittellgħu diversi attivitajiet kulturali "tal-massa" biex ngħidulhom hekk li kollha kienu suċċess kbir – sija mill-Gvern u sija minn entitajiet reliġjużi jew mhux Governattivi. Bdejna bl-attivitajiet marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa, komplejna b'Mużika Mużika, rajna lill-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu ttella' l-Festival tan-Nar ... kull darba n-nies ferħet, ħadet gost u mtliet bil- ferħ li fl-aħħar se nerġgħu ngħixu. Is-sentejn ta' ċaħda mill- pandemija fakkruna kemm hi importanti l-kultura f 'ħajjitna. Il-kultura ġġib magħha biss pożittiv u iktar ma tinvesti fiha iktar tagħtik lura benefiċċji mhux biss għall- poplu imma anke għall-artisti nfushom li għal ħafna minnhom il-kultura hi l-post tax-xogħol tagħhom. Issa li qed inħarsu 'l quddiem lejn realta' post-pandemika, tajjeb li nżommu f 'moħħna t-tliet miri li jrid ikollna fil-kamp kulturali. L-ewwel mira: li nkabbru s-settur kulturali u l-professjonalita' tiegħu. Pajjiżna għandu ħafna talent kulturali u kburin bih. Dan ma jiġix mix-xejn, jew mis-sema imma jiġi għax għandna ekosistema robusta ta' kreattiva' li rridu ntejbu u nipperfezzjonaw. Fl-aħħar snin urejna kif insaħħu mhux biss l-ammont ta' talent kreattiv imma anke l-kwalita' ta' dak li nagħmlu u ntellgħu. Irridu naraw li l-ekonomija kreattiva tikber kemm tiflaħ ħalli din tkun niċċa ekonomika li mhux biss issaħħaħ il-kultura nnifisha imma anke aspetti ekonomiċi oħra ta' pajjiżna bħar-riċerka u l-innovazzjoni. Tikber ukoll mil-lat ta' kwalita' ta' dak li jiġi offrut fl- avvenimenti kulturali. Aspett importanti minn dan kollu hu li f 'pajjiżna jkollna mhux biss investiment edukattiv fit- talent li tiela', investiment kostanti fit-talent li għandna imma wkoll infrastruttura kulturali li tagħmel ġieħ lil pajjiżna. It-tieni mira: li nkabbru l-udjenzi. Jien meta nkun qed nitkellem dejjem nuża din it-tixbieħa: inutli jkollok tim tal-futbol li jkun fih lil Ronaldo, Messi u ma nafx kemm-il stilla oħra jekk jilagħbu fi grawnd vojt. Dawn l-istilel huma stilel għax hemm l-udjenzi. Bla udjenzi ma jkunux stilel. Din it-tixbieħa forsi naqra sempliċistika imma tgħinni ħafna biex infiehem lil dak li jkun fuq il-bżonn li f 'pajjiżna ninvestu biex ikollna l-udjenzi. L-udjenzi huma meħtieġa biex ikollna nies iktar kuntenti li jkunu esposti għal settur kulturali li tant jiaħ imħuħ u joħloq emozzjonijiet. Imma huma meħtieġa wkoll biex isostnu l-ekonomija kreattiva u jixprunaw livell ta' kwalita' dejjem ogħla. It-tielet mira: li nwasslu t-talent kreattiv barra minn pajjiżna. Wasalna fi stadju tal-iżvilupp ta' pajjiżna fejn issa rridu naraw li t-talent kreattiv imur 'il hinn minn xtutna għal barra minn pajjiżna. Dan għal diversi raġunijiet imma nislet tnejn partikolari: L-ewwelnett minħabba l-economies of scale. Biex l-ekonomija kreattiva tagħna tikber bilfors rridu nimmiraw li nifirxu barra minn pajjiżna u frankament ma narax għalfejn le. Fl-Ewropa u lil hinn hemm niċeċ partikolari ta' appassjonati tal-kultura f 'genre partikolari, ngħidu aħna l-Jazz jew l-Opra, jew il-Heavy Metal bil-friegħ differenti tiegħu li għad li forsi ma jkunux mainstream jgħoddu fil-mijiet kbar ta' eluf jekk mhux miljuni. Wieħed fil-mija tal-popolazzjoni Ewropea li jħobbu genre partikolari u wieħed fil-mija tal-popolazzjoni Maltija li jħobbu l-istess genre partikolari huma ovvjament differenti ħafna fejn jidħlu numri. U għalhekk irridu nħarsu barra minn pajjiżna ħalli nkomplu noħolmu b'ambizzjoni. Dawn kollha huma opportunitajiet għall-Maltin li għandna talent li jħabbatha ma kulħadd. It-tieninett irridu nirrakkontaw l-istorja tagħna bil-konversazzjoni kulturali. Pajjiżna m'għadux dak it-tfajjel għadu tielaq jiġri fl-isfera internazzjonali. Kbira bħala pajjiż, immaturajna, qed nagħmlu isem fejn jidħlu riżultati ekonomiċi u kwalita' tal-ħajja u għandna storja x'ngħidu. Pajjiżna jrid jikber fl-isfera internazzjonali bis-saħħa tal- kultura. Meta konna investejna fi "Blood on the Crown" biex nirrakkontaw l-istorja tas-Sette Giugno b'atturi ta' Hollywood għamilna hekk biex Malta tikber fl-imħuħ u l-qlub ta' nies li huma segwaċi tal-films minn madwar id-dinja kollha. Bl-istess mod irridu nkomplu bi pjan strutturat biex bis-saħħa tal-mediums kulturali diversi biex insejħulhom hemm inkunu qed nitkellmu dwar Malta (direttament jew indirettament) bil- lingwa kulturali. Hawnhekk mhux qed nitkellem biss dwar individwi partikolari li jagħmlulna ġieh u unur, bħat-tenur fantastiku Joseph Calleja, imma anke dwar ħidma organizzata fejn fid-diversi sferi kulturali mmorru u nitkellmu dwar Malta. Hekk jiġri meta l-flagships nazzjonali tagħna, bħall-Orkestra, il-Kor, iż-Żfin, it- Teatru jmorru barra minn pajjiżna u jipparteċipaw f 'diversi inizzjattivi internazzjonali. Hekk jiġri wkoll meta fil-pjattaformi li jattiraw mijiet ta' eluf kbar ta' segwaċi jkun hemm il-Maltin hemm, juru x'jafu. Iva, nemmen li din hi mira li rridu mmexxu 'l quddiem għall- ġid ta' pajjiżna, biex Malta tkompli tikber. • • • Jum il-Ħaddiem hu l-jum li niċċelebraw flimkien lil dawk kollha li b'mod regolari jmorru għax- xogħol u jikkontribwixxu għat- tkabbir ekonomiku ta' din il-familja li jisimha Malta. Għandna ħafna għalfejn niċċelebraw u nieħdu gost fl-1 ta' Mejju. Qabelxejn niċċelebraw l-għaqal tal-Gvern ta' Robert Abela li meta kien hawn il-maltemp tal-pandemija daħħal idejh fil-but u wieżen u għen lil tant u tant postijiet tax-xogħol. Niċċelebraw ukoll il-fatt li bħalissa hawn l-ikbar ammont ta' nies jaħdmu fl-istorja. Niċċelebraw ukoll il-fatt li l-ekonomija baqgħet tikber b'mod kostanti u b'saħħtu. Niċċelebraw ukoll ir-reżiljenza ta' dan il-poplu li telaq jiġri biex ikompli jgħix il-ħajja tiegħu f 'realta' post-pandemika. Iva għandna ħafna għalxiex niċċelebraw l-1 ta' Mejju. • • • Din il-ġimgħa mmarkajna xahar minn mindu dan il-Gvern rebaħ l-elezzjoni ġenerali u l-ħatra ta' Kabinett ġdid. Ngħid għalija dan ix-xahar kien importanti ħafna u nemmen li rnexxili nwettaq il-miri personali poġġejt quddiemi għal dan ix-xahar. L-ewwel mira kienet li norganizza bla dewmien it-tim ta' staff tas- Segretarjat. Mill-ewwel titgħallem fix-xogħol politiku li inti tajjeb daqs kemm hu tajjeb it-tim tiegħek. Organizzajt staff li hu bbażat fuq taħlita tajba ta' żogħżija u esperjenza li nemmen li se jagħmel xogħol tajjeb ħafna. It-tieni mira kienet li malajr kemm jista' jkun inkunu f 'pożizzjoni li nkunu qrib in-nies u noffru s-servizzi kollha ta' assistenza li tant investejna enerġija fihom biex nipperfezzjonawhom. It-tielet mira kienet li immedjatament niltaqa' mal- istakeholders ewlenin u litteralment qattajna ġranet nisimgħu u niltaqgħu ma' kull min xtaq jiltaqa' magħna, inkluż mal-Oppożizzjoni. Ir-raba' mira kienet li nikkoordinaw il-ħidma mal- uffiċju tas-Segretarja Parlamentari, l-uffiċjali tal-entitajiet u dipartimenti biex minnufih nitilqu niġru. Fassalna s-sistemi ta' kif se naħdmu u pjan ta' x'irridu nwettqu, b'liema investiment u sa meta. Il-ħames mira kienet li nkunu preżenti on the ground daqs kemm konna lejlet l-elezzjoni. Konna preżenti matul l-attivitajiet tal- Ġimgħa Mqaddsa, fil-festivals Ewlenin, fl-attivitajiet żgħar tal-irħula, fit-tnedija ta' festivals, fil- każini u pjazzez u fil-postijiet fejn jinġemgħu n-nies. Is-sitt mira kienet li nkunu effiċjenti organizzati fil- preparazzjoni u l-attendenza fl-impenji uffiċjali tal-Gvern, mill- Kabinett sal-Grupp Parlamentari sa żjarat uffiċjali sa funzjonijiet oħra statali. B'idi fuq qalbi ngħid li bis- saħħa tat-tim li għandna flimkien wettaqna l-miri kollha. Dawn il-ħames snin se jkunu sbieħ ħafna fejn se nwettqu ħafna kisbiet flimkien. Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 May 2022