Illum previous editions

ILLUM 1 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1466487

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 01 TA' MEJJU 2022 • illum Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'dan in-New Moon taż- żodjaku ta' Taurus għalik Libra huwa il-waqt opportun li tieqaf it mill-iskeda tiegħek sabiex tanalizza aħjar kemm dawk il-miri li rnexxielek tilħaq iżda biex tagħmel analiżi profonda dwar dawk il-miri li minħabba diversi raġunijiet ma rnexxielekx twettaqhom. Issa għandek tieħu pawża żgħira sabiex b'hekk tkun f 'qagħda li tista' tikkonċentra aktar. Il-kristalla idejali għalik hi r-Rose Quartz. Libra huma magħrufin għal-ispontanjeta' tagħhom. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Taurus għalik Scorpio trid tidħol aktar fil-fond ta' qalbek sabiex tanalizza dak li int esperjenzajt fil- passat fl-imħabba u dan peress li qiegħed tħossok tersaq lejn l-istess esperjenza li għaddejt minnha fil-passat. Għalhekk int għadek fil-ħin li tgħaraf u tanalizza sabiex dak ma jerġax jiġri l-istess. Irriffletti. Il-kristalla idejali għalik hi t-Tigers eye. Scorpio huma magħrufin għal-burdata stabbili tagħhom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Taurus għalik Sagittrius huwa dak il-mument li tgħaraf aħjar dawk ta' madwarek, tgħaraf aħjar il-kollegi tiegħek u tara kif tista' tkompli ttejjeb l-imġieba tiegħek magħhom u kif ukoll dawk l-għeżież li int tant tħobb. Taf li hemm bżonn ta' aktar għarfien u għalhekk trid wettaq dak li hemm meħtieġ. Il-kristalla idejali għalik hi t-Topaz. Sagittarius huma magħrufin għal kemm huma nies umli. Namaste. Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'dan il-bidu tat-tieni żodjaku ta' Taurus għalik Capricorn huwa dak il-mument li tagħraf li s- suppervja mhux ser twasslek imkien. Int tħossok verament imweġġa u dak li qiegħed tesperjenza mhux dak li ħaqqek. Iżda tnejn ħżiena ma jagħmlux waħda tajba u għalhekk f 'dan il-bidu taż- żodjaku int għandek turi sinjal ta' ħbiberija. Irrifletti. Il-kristalla idejali għalik hi l-Yellow Topaz. Capricorn huma magħrufin għal-flessibbilta' tagħhom. Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat- 18 ta' Frar F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Taurus għalik Aquarius huwa dak il-mument ta' għarfien lejn il- ħin għalik u lejn aktar ħin sabiex twettaq dak li huwa tant nieqes mill-ħajja ta' madwarek, speċjalment ħin ta' relassament, ħin ta' mistrieħ jew altru. Int taf li dawn l-aħħar xhur ma' kellikx spazju għalik u għalhekk ieqaf it u għati nifs lilek innifsek. Il-kristalla idejali għalik hi l-Amber. Aquarius huma magħrufin għall-flessibilta' tagħhom. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan in-New Moon taż- żodjaku ta' Taurus għalik Pisces ser jagħtik iċ-ċans sabiex tagħraf aktar fil- fond il-pożizzjoni tiegħek fil- ħidma li int qiegħed twettaq. Tul dawn l-aħħar ġimgħat bdejt tħoss jekk għandikx tieqaf u tibda' esperjenza ġdida. Dan għandu jkun ta' sfida ġdida għalik u għalhekk tajjeb li tagħmel rifflessjoni profonda. Il-kristalla idejali għalik hi l-Cat's eye. Pisces huma magħrufin li jservu ta' pont. Namaste IN-NEW MOON TAŻ-ZODJAKU TA' TAURUS Mill-Ħadd 1 ta' Mejju sas-Sibt 7ta Mejju Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Taurus għalik Aries jista' jkun dak il-waqt idejali li tanalizza l-qagħda finanzjarja tiegħek. Għalkemm int tgħaraf sew kif tikkontrolla l-finanzi tiegħek, dan l-aħħar bdejt tinnota ċertu laxkezza fl- infieq tiegħek u dan jaf joħloq żbilanċ finanzjarju fil- ġimgħat li ġejjin. Għalhekk minn issa oħloq skeda għal aktar kontroll. Analizza. Il-kristalla idejali għalik hi l-Blue Topaz. Aries huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Taurus għalik l-istess Taurus huwa l-mument opportun għalik sabiex twettaq dak li tant ilek taħseb dwaru. Ovvjament issa huwa dak il-waqt idejali għalik u dan meta int ser tkun tant mimli b'ħeġġa u determinazzjoni. Għalhekk aħtaf dan il-waqt sabiex dak li twettaq ikun dak is-suċċess li tant jagħtik stabbilta' futura. Analizza. Il-kristalla idejali għalik hi l-Fluorite. Taurus huma magħrufin għal-independenza tagħhom. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Taurus għalik Gemini huwa l-mument ta' għarfien aħjar lejn il- ħajja personali tiegħek. F'dawn l-aħħar xhur kont mehedi ħafna sabiex tara kif tagħmel lil dawk ta' madwarek kuntenti u tara li ma jkunx jonqoshom xejn iżda issa wasal il- mument li tgħaraf x' għandek bżonn sabiex titkattar u tisaħħaħ. Irriffletti. Il-kristalla idejali għalik għal hi s-Sapphire. Gemini huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'dan in-New Moon taż- żodjaku ta' Taurus għalik Cancer ser ikun dak il-waqt li ma taqtax qalbek għal dak it-tibdil li seħħ madwarek. Issa li qiegħed tesperjenza dan trid tgħaraf aħjar kif għandek tikkombina kull tibdil li jseħħ madwarna u li dan iġib miegħu ċertu sagrifiċji u għalhekk bil- kapaċita' li int għandek u dan għandek tiffaċjaħ b'aktar qlubija. Il-kristalla idejali għalik hi l-Moonstone. Cancer huma magħrufin għal-abbilta' u t-twemmin fihom infushom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Taurus għalik Leo ser ikun dak il-mument li trid verament tagħraf liema hi l-aħjar direzzjoni għalik. Jekk ser tibqa' bħal qisek tilgħab m'intiex ser tasal imkien u dan żgur esperjenzajtu tul dawn l-aħħar ġimgħat. Għalhekk f 'dan il-bidu taż-żodjaku ġdid għandek l-opportunita' li int tagħżel dik id-direzzjoni ideali. Il-kristalla idejali għalik hi l-Jasper. Leo huma magħrufin għal-attenzjoni li huma jagħtu. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru. F'dan in-New Moon taż- żodjaku ta' Taurus għalik Virgo għandu jkun dak il-mument li jimlik b'aktar ħeġġa u determinazzjoni f 'dak kollu li int għandek madwarek kemm mill-att ta' karriera kif ukoll fl- imħabba tiegħek. Dan jista' jkun il-pont li jgħaqqad dak il-bilanċ li dan l-aħħar kien fuq l-iżbilanċ. Għalhekk aħtaf dan il-mument. Il-kristalla idejali għalik hi l-Onex. Virgo huma magħrufin għal-abbilta' organizzata tagħhom. Namaste KOMPETIZZJONI MA' PAULJON Irbaħ wieħed minn 7 rigali fosthom: Vouchers ghal Pubblikazjonijiet ta' PaulJon Vouchers ghal Tratttamenti ta' Sbuħija jew Fitnes Classes minn għand Graziella Miruzzi Pakett ta' Kristalli. Kull ma' għandek tagħmel huwa li twieġeb għal din il-mistoqsija: In-new moon taż-żodjaku ta Taurus jibda fi 27, 30 jew 29 ta' April? Ibgħat it-tweġiba tiegħek li: PaulJon, ''ILLUM '' Po Box 27, Paola jew ibgħat SMS fuq 79495804 jew 99013600. Namaste L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 May 2022