Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1466487
27 films IL-ĦADD 01 TA' MEJJU 2022 • illum Carmel Bonnici Kummidjanti pari u gruppi oħra (2) Fost il-films li spikkaw ta' wħud mill-aqwa dawn il-kummidjanti insibu: e Keystone Kops (Cops). X'hemm f 'ġiri wara xulxin? Azzjoni sfrenata u furjuża, qtugħ ta' nifs, identifikazzjoni u, fuq kollox, daħk u briju bla rażan. Dan ix-xenarju jesibixxi diversi elementi essenzjali tal-appell ġenerali tal-films. Din hi r-raġuni primarja l-għaliex dan it-tip ta' film baqa' popolari matul is-snin u kontinwament jikseb xi forma ġdida. Fi żmien iċ-cinema mutu nsibu grupp ta' polizjotti magħrufa bħala e Keystone Kops, li jidhru li huma ndistruttibbli li, taħt l-awspiċi ta' Mack Sennett, b'xi mod jew ieħor, jippruvaw iżommu l-ordni u jħarsu l-liġi b'manjiera farseska f 'suċċessjoni ta' attivita' frenetika fejn mhux dejjem jirnexxilhom mill-ewwel. Dawn dehru f 'ruxxmata ta' films qosra sa mill-1912. Fl-1939, l-isfruttar ta' dan il-gang formidabbli reġgħu ġew murija fil- film Hollywood Cavalcade. Laurel and Hardy. Forsi l-aktar par kummidjanti ta' fama, Stan Laurel u Oliver Hardy ilhom jaħdmu fil-films, għall-bidu mhux flimkien, sa mill-1917. Putting Pants On Philip (1927) kienet l-ewwel produzzjoni li dehru flimkien. Waqt li fi żmien iċ-cinema silenzjuż kienu popolari, meta beda t-talkies u l-aktar fis-snin 30 saru aktar famużi. Il- films tagħhom baqgħu jidhru fuq il-liżar il-kbir anki sa wara s-snin 70. L-aqwa xogħlijiet tagħhom kienu bosta fosthom, Double Whoopee (1929), magħhom għamlet dehra bikrija il-bjondija Jean Harlow, e Music Box (1932) li rebaħ Oscar għall-Aqwa Kummiedja Qasira bl-Azzjoni, Pack Up Your Troubles (1932), Fra Diavolo (e Devil's Brother) (1933), Sons Of e Desert (1933), Babes In Toyland (1934), Way Out West (1937) u e Flying Dueces (1939). Id-dinja kollha tant saret midħla ta' dan il-par, li l-films tagħhom għadhom jidhru regolarment fuq it- TV li baqgħet tqis lill-Oħxon u lill-Irqiq bħala xi ħaġa essenzjali. e Marx Brothers. Dawn il-ħames aħwa kienu magħrufa mill-1924 il-quddiem bħala Harpo, Zeppo, Chico, Groucho u Gummo. Isimhom propju li bdew jaħdmu bih fuq il- palk hu Julius, Adolph, Leonard, Herbert u Milton. Huma twieldu fil-faqar, pero' bħala tfal kienu jgħixu kuntenti u kellhom talent kif jieħdu gost u pjaċir. Jekk ommhom, Mrs. Minnie Marx kienet tillarga kienu jħarrbtu id-dar u mhux l-ewwel darba li l-ġirien kienu javżawhom li se jċemplu lill-pulizija. Wara suċċess fuq il-palk bdew jaħdmu fil-films, pero' Gummo qatt ma deher fuq il-liżar ċinematografiku. Julius (Groucho), li nistgħu ngħidu li kien il-mexxej tagħhom, kien famuż għall-kliem doppju sens li kien ilissen. L-aqwa films tagħhom (mhux dejjem dehru l-erba' flimkien) huma: e Cocoanuts (1930), Animal Crackers (1931), Monkey Business (1932), Duck Soup (1933), A Night At e Opera (1935), A Day At e Races (1937) u Go West (1940). e Crazy Gang. Dan it-team mill-Gran Brittanja kien kompost minn 3 pari ta' kummidjanti – Bud Flanagan u Chesney Allen, Jimmy Nervo u Teddy Knox u Charlie Naughton u Jimmy Gold. Dawn kienu regolarment flimkien fil-London Palladium u dehru f 'erba' films mill-1937 sal-1940 għall- kumpanija Gainsborough. Fuq il-palk kienu jħalltu t-talenti varji tagħhom f 'taħwida ta' kanzunetti Cockney, ċajt, daħk u jkantaw fl-istil uniku tagħhom is-sestett mill-opera Rigoletto li kienet l-ispeċjalita' tagħhom. Il- films tal-Crazy Gang huma: Okay For Sound (1937), Alf Button's Afloat (1938), e Frozen Limits (1939) u Gasbags (1940). Bob Hope, Bing Crosby u Dorothy Lamour. Dan it-trio deher flimkien f 'sensiela ta' 7 films mill-1940 sal-1962 bl-isem li jibda Road To ...., fejn iżuru pajjiżi differenti u jidħlu f 'sitwazzjoniiet umoristiċi. Bud Abbott u Lou Costello. Unjoni ta' wieħed qsajjar u mbaċċaċ ma' wieħed makakk li jfajjar kliem bl-addoċċ u b'ħeffa meta l-ieħor ikun jitkellem, Abbott u Costello ltaqgħu fl-1937 fiċ-ċirkwit tal-"burlesque" ta' livell xi it vulgari. Dawn l-ingredjenti opposti tassew ingħaqdu flimkien qishom jelly. Wara sensiela ta' films umoristiċi li nistgħu ngħidu li salvaw lill-kumpanija Universal minn falliment (għalkemm ħadmu wkoll xi produzzjonijiet mal-M.G.M.), il-qasma inevitabbli bejniethom waslet ukoll. Ħaġa li ġeneralment isseħħ wara sħubija twila u perfetta li fl-aħħar saret prekarja u r-riżultat aħħari kien wieħed diżastruż. B'hekk iċ-ċajt u l-kliem ġo xulxin tagħhom ma ntemgħax aktar. Fl-1941, Abbott u Costello bħal leħħa ta' berqa għamlu mpatt fil-pubbliku Brittaniku fuq il-palk u r-radju l-ewwel, wara sena popolari fl-Amerika. Mill-1941 sal-1956 dehru f 'madwar aktar minn 35 film (barra oħrajn qosra), fosthom f 'diversi fejn Abbott u Costello Meet ....Frankenstein, ....e Killer, Boris Karloff, ....e Invisible Man, ....Captain Kidd, ....e Keystone Kops, ....Dr. Jekyll And Mr. Hyde u ....e Mummy. Fl-aħħar, it-tensjoni ddominathom, Bud jikkmanda qisu xi bully u Lou ħlief jargumenta li spiċċaw fil-qorti. Pero' l-mbaċċaċ Bud laħaq miet fl- 1959 qabel il-kawża inqatgħet. Veru ħasra kif unjoni li pprovdiet ħafna allegrija u tbissim lill-pubbliku in ġenerali spiċċat hekk hesrem! Dean Martin u Jerry Lewis. Il-films tagħhom kważi dejjem kellhom l-istess format – Jerry Lewis stupidu, imbeċilli, jingħi u jitkellem imfissed qisu tifel żgħir waqt li sikwit jinterrompi lil sieħbu fl- affarijiet aktar serji u Dean Martin waqt li jieħu paċenzja bih u anki ħsiebu, f 'xi waqtiet ikanta xi kanzunetta. Dino kien ukoll kantant popolari, "crooner" fl-istil ta' Bing Crosby u Tony Martin. Id-destin kien laqqagħhom flimkien fl-1940 fil-Club 500 f 'Atlantic City. Sikwit kien ikollhom xi jgħidu bejniethom fl-istudjo u Dean Martin kien iddejjaq ikun qisu xi protettur ta' Lewis li aktarx kien ikollu aktar x'jagħmel. Martin b'inqas attivita' kien ikanta xi kanzunetta. Fl-aħħar, fl-1956 infirdu u t-tnejn li huma qabbdu karriera aħjar; Dean Martin ġieli sab ruħu ġo films serji u drammatiċi u Jerry Lewis baqa' kummidjant favorit ta' ħafna u rnexxa wkoll bħala direttur ġo produzzjonijiet tiegħu stess tant imfaħħra fl-Ewropa. Xi films tagħhom li spikkaw, huma: Jumping Jacks (1953), e Caddy (1953), 3 Ring Circus (1954), Artists And Models (1955) u Pardners (1956). Hawn Malta l-films tagħhom kienu milqugħa tajjeb ferm. TMIEM Dean Martin u Jerry Lewis