Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1466487
06 analiżi IL-ĦADD 01 TA' MEJJU 2022 • illum 'Xejn ma jieħu post it-tieġ Malti;' Sinjali koppji għadhom jibżgħu jibbukjaw kmieni 'Mhux talli qed isiru t-tiġijiet, talli qed isiru akbar' Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Jurgen Briffa, organizzatur tat-tiġijiet (minn e Wedding Organisers by Jurgen Briffa) li insista li mhux talli t-tiġijiet reġgħu bdew, talli saħansitra qed isiru "aktar extravaganti." Saħaq li kien hemm koppji li kienu ilhom mill-2020 jipposponu t-tieġ u f 'dawn is-sentejn laħqu fadlu aktar flus u allura ddeċidew li jżidu xi affarijiet. "Kien hemm minn f 'sentejn għamel ħbieb ġodda u allura, għalkemm kienu ppjanati li se jistiednu 300 ruħ, issa stiednu aktar nies," kompla jispjega. Anke jekk saħaq li kien hemm xi it oħra li naqqsu l-affarijiet, forsi għax fl- agħar tal-pandemija naqsilhom id-dħul jew saħanistra laħaq kellhom it-tfal u żdidulhom l-ispejjeż, il-maġġoranza żammew it-tieġ kif kienu ppjanawh jew komplew ikabbruh. "Morna aħjar u jidher li ż-żmien li ġej se jkun pożittiv ħafna," insista Briffa. Kompla jispjega wkoll kif issa reġgħu bdew jiżdiedu dawk il-koppji li jċemplu biex jiltaqgħu magħhom u jippjanaw it- tieġ, xi ħaġa li kienet naqqset ħafna fl- aħħar xhur. "Innutajt ukoll li fejn qabel koppja kienet taħseb minn sentejn jew tliet snin qabel it-tieġ, issa qed ikun hemm koppji li jċemplulna u jgħidulna li se jiżżewġu tliet xhur oħra. Ikollok tliet xhur li taħseb li se tkun nieqes mix-xogħol u mbagħad f 'xahar tfur," kompla jgħid. Mistoqsi jekk innutax xi affarijiet li saru aktar moda miż-żmien ta' qabel il-pandemija, Jurgen Briffa spjega kif il-koppji qed jagħtu aktar prijorità lid- dekorazzjonijiet. Fakkar kif f 'Malta s-swali tat-tiġijiet huma limitati u allura ħafna koppji qed jagħmlu użu minn kumpaniji li jieħdu ħsieb jarmawlek u jiddekoraw is-sala biex tingħata dehra kompletament ġdida. 'In-nies iridu joħorġu, jiddevertu u jmorru t-tiġijiet' Tkellimna wkoll ma' Edward D'Alessandro, minn Castello dei Baroni, waħda mis-swali l-aktar popolari għat- tiġijiet. Mistoqsi dwar l-andament, D'Alessandro saħaq li x-xogħol għadu ma qabadx daqs iż-żmien ta' qabel feġġet il-pandemija imma hekk kif issa r-restrizzjonijiet se jispiċċaw kompletament, qed jistennew li x-xogħol jaqbad ritmu tajjeb. Fil-fatt, D'Alessandro saħaq li diġà hemm sinjali pożittivi hekk kif koppji reġgħu qed imorru, jistaqsu u anke jitolbu li jżuru s-sala biex jarawha. "Għadna mhux normali imma mexjin lejn dik id-direzzjoni. Il-koppji reġgħu bdew jorganizzaw it-tiġijiet," insista. Fakkar li ħafna koppji ilhom xhur jipposponu t-tieġ u allura qed jittamaw li issa dawn l-istess koppji jfasslu d-data definittiva. "In-nies issa jridu joħorġu, iridu jiddevertu u jridu jmorru t-tiġijiet," saħaq D'Alessandro. Fil-fatt qiegħed jistenna li x-xhur ta' Mejju, Ġunju u Lulju, l-aktar xhur popolari għat-tiġijiet, ikunu tajbin ħafna. Appella biss biex fl-organizzazzjoni kulħadd ikun responsabbli xorta waħda, mhux biss il-koppji imma anke s-sidien tas- swali u l-organizzaturi. Il-gazzetta ILLUM titkellem mas-swali tat-tiġijiet, l-organizzaturi u dawk involuti fil-catering dwar l-andament tax-xogħol hekk kif ir-restrizzjonijiet jonqsu u jaslu l-aktar xhur popolari għat-tiġijiet YENDRICK CIOFFI Ir-restrizzjonijiet tal- Covid-19 naqsu u l-ħajja tista' tgħid li reġgħet irritornat għan-normal. Fost l-aktar avvenimenti li ġew milquta ħażin mill-pandemija kien hemm it-tiġijiet, b'għadd ta' koppji jkollhom jipposponu għal darba tnejn id-data tal- aktar jum speċjali u importanti għalihom. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' diversi persuni li huma involuti b'xi mod jew ieħor fit- tiġijiet u staqsiethom kif inhu x-xogħol issa li r-restrizzjonijiet naqsu u waslu l-aktar tliet xhur popolari għat-tiġijiet. Anke jekk ix-xogħol qed jiżdied bilmod, jidher li l-affarijiet qed jidhru pożittivi bl-organizzaturi, is-sidien tas- swali u anke dawk fil-catering jisħqu mal-gazzetta ILLUM li x-xogħol qed jiċċaqlaq u l-interess qed jikber. Madanakollu jibqa' l-fatt li ħafna koppji għadhom xettiċi dwar kemm għandhom jippjanaw fit-tul u għalhekk qed jagħżlu li jistennew, ma jissugrawx u jibbukjaw biss ftit xhur qabel. Jurgen Briffa