Illum previous editions

ILLUM 1 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1466487

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 analiżi illum • IL-ĦADD 01 TA' MEJJU 2022 Sinjali pożittivi għal tat-tiġijiet imma bosta kmieni 'Ħafna qed jibbukjaw ftit xhur qabel ... għadhom jibżgħu jibbukjaw minn kmieni' Jake Debono minn Villa Arrigo, sala oħra popolari mat-tiġijiet, saħaq mal- gazzetta ILLUM li l-bidu għadu xi ftit jew wisq kwiet anke għax ħafna koppji mhux jippjanaw minn qabel. Fil-fatt saħaq li ħafna koppji għadhom xettiċi dwar jekk għandhomx jiffissaw data definittiva. Fi kliemu, bħalissa qed imorru koppji li qed jibbukjaw għal Ottubru u Diċembru li ġej. Dakinhar stess li l-ILLUM tkellmet ma' Debono, koppja kienet għadha kemm ibbukjat tieġ għal 500 ruħ f 'Diċembru. "Kieku bħal dan iż-żmien diġà nkunu mifqugħa bookings għas-sena d-dieħla. Din id-darba mhux hekk. Il-koppji għadhom xettiċi biex jibbukjaw minn kmieni," insista. Dwar ix-xogħol f 'dawn it-tliet xhur li ġejjin, Debono fakkar li hemm ħafna tiġijiet li ġew pospoti u issa qed jaqa' x-xogħol kollu f 'salt. Fil-fatt, insista li anke jekk dawn ix- xhur jidhru impenjattivi, dawn huma tiġijiet li suppost saru fl-aħħar sentejn u ġew posposti u mhux xogħol ġdid. Minkejja dan, jidher li ftit ftit l-interess qed jiżdied u diversi koppji reġgħu bdew jitolbu li jmorru jżuru s-sala. Madanakollu Debono tenna li hemm koppji li għadhom xettiċi dwar id-deposits, għax għadhom jibżgħu joħorġu flus minn qabel u issa, apparti l-pandemija, qed isemmu wkoll il- gwerra fl-Ukrajna. "Sar hemm aktar sfida biex nagħlqu u ninnegozjaw ftehim mal-koppji. Ħafna mhux jissograw," temm jispjega Debono. 'Qed ikollna bejn żewġ u tliet tiġijiet fil-ġimgħa' Id-Direttur Maniġerjali ta' Dolceria Primavera, Tiziano Cassar ukoll ikkonferma li x-xogħol tagħhom qabad ritmu tajjeb tant li fi kliemu, it-tiġijiet għaddejin qisu qatt ma kien hawn pandemija. Insista li tant kemm kien hemm koppji li kellhom jipposponu t-tiġijiet, li issa kollha qed isiru ġo xulxin u dan jikkonfermawh miegħu wkoll anke mużiċisti, organizzaturi u persuni oħra li bħalu qegħdin fis-settur tal-catering. Fil-fatt, Cassar saħaq li bħalissa qed ikollhom medja ta' żewġ jew tliet tiġijiet fil-ġimgħa. Mistoqsi kif jikkumpara maż-żmien ta' qabel il-pandemija, Cassar saħaq li qabel it-tiġijiet kienu jkunu aktar mifruxa, anke jekk imbagħad kien ikun hemm dawk ix- xahrejn li jkunu aktar impenjattivi. Insista li x-xhur li ġejjin mistennija jkunu tajba ħafna u jekk is-soltu l-pik ikun bejn Mejju u Lulju, jidher li din is-sena anke x-xhur ta' wara, sa Ottubru se jkunu tajba. Qal li Novembru dejjem ikun xi ftit aktar kwiet iżda reġgħu saru moda t-tiġijiet viċin il-Milied. "Kellna ħafna tiġijiet b'lura. Ħafna ffissaw id-data għal din is-sena u dawn issa se jsiru. Nittamaw biss li ma jinqala' xejn u li issa ma tolqotnix xi gwerra," kompla jisħaq. Mistoqsi jekk kienx hemm ħafna koppji li ħassru t-tieġ, Cassar insista li mhux kulħadd l-istess. Fi kliemu kien hemm koppji li ċaqilqu d-data tliet darbiet u li fl-aħħar qatgħu qalbhom u ddeċidew li jiżżewġu biss bil-Knisja u ma jagħmlu xejn aktar. Semma, fost oħrajn każ sfortunat ta' koppja li biddlet id-data tliet darbiet u qatgħu qalbhom kompletament meta fl-aħħar data li fasslu, saret l-elezzjoni. Insista li kien hemm oħrajn li baqgħu jipposponu u mbagħad iddeċidew li jagħmlu xi ħaġa fuq skala iżgħar. Oħrajn kellhom inaqqsu n-nies bla ma jridu anke għax meta t-tiġijiet kienu qed isiru bilqiegħda, żdidulhom ħafna l-ispejjeż, għax kien hemm bżonn aktar waiters u anke kellhom jikru l-imwejjed u s-siġġijiet. Madanakollu kien hemm ukoll min baqa' jġedded u issa se jkun qed jagħmel it-tieġ u saħansitra żied in-nies. "In-nies qed jiċċaqilqu. Issa reġgħu qed jistaqsu għat-tiġijiet u anke jistaqsu jekk għandnix xi items ġodda," kompla Cassar. Temm jisħaq li xejn ma jieħu post it- tieġ kif jafuh il-Maltin. "Xejn ma jieħu post it-tieġ Malti. Il- Malti jrid tieġ bilwieqfa fejn kulħadd jiekol, jixrob u jiżfejn u jiddeverti. Jidher li issa qbadna t-triq lejn in-normalità," temm jgħid Cassar. Jake Debono Tiziano Cassar Jirritornaw ukoll b'saħħithom it-tiġijiet minn koppji barranin Iżda mhux it-tiġijiet tal-Maltin biss qed jirritornaw u dan ikkonfermatu mal- gazzetta ILLUM Patricia Falzon minn Perfect Weddings Malta kumpanija li torganizza tiġijiet ta' ħafna koppji barranin li jagħżlu lil Malta għat-tieġ tagħhom. Falzon saħqet li l-affarijiet jidhru pożittivi ħafna wara sentejn diffiċli mmens. Fil-fatt, qabel il-pandemija, Perfect Weddings kienu jorganizzaw u jippjanaw madwar 25 tieġ iżda fl-2020 kellhom biss tieġ wieħed f 'Ottubru u fl- 2021 kellhom biss tmien tiġijiet. Din is-sena, hekk kif ir-restrizzjonijiet komplew jonqsu u issa se jispiċċaw tista' tgħid għal kollox, għandhom xhur impenjattivi mmens. Sa Ottubru se jkunu organizzaw aktar minn 25 tieġ ta' barranin li għażlu lil Malta għal din il-ġurnata speċjali u għandhom ukoll oħrajn ikkonfermati għas-sena li għaddiet. Falzon spjegat kif f 'Mejju għandhom xejn inqas minn ħames tiġijiet ta' barranin u wieħed minnhom se jkun jinkludi 150 persuna. Fil-fatt, Patricia Falzon insistiet li dan huwa settur li għandu jingħata aktar importanza u attenzjoni. "Dawn jiġu biex jieħdu gost. Jiġu fuq btala, se joqogħdu fil-lukandi u se jonfqu l-flus," insistiet Falzon waqt li spjegat li l-koppji jiġu minn kull rokna tad-dinja u mhux mill-Ewropa biss. Kompliet tisħaq li jkollhom ħafna talbiet minn koppji Indjani, li jgħixu fir-Renju Unit biex jiżżewġu f 'Malta u dawn biss ikunu mqassma fuq tlett ijiem u allura joħolqu ħafna kummerċ. Insistiet li jkun hemm koppji oħra barranin li jagħżlu li jorganizzaw iċ- ċelebrazzjonijiet tat-tieġ tagħhom fuq tlett ijiem ukoll Mistoqsija jekk ir-restrizzjonijiet marbuta mal-ivjaġġar telfuhomx, Falzon wieġbet fil-pożittiv. Fil-fatt, saħqet li kellhom tieġ fit-2 ta' Mejju li kellu jitħassar għax ħafna mill-mistiedna li kienu ġejjin Malta ma kinux ħadu l-vaċċin. Patricia Falzon

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 May 2022