Illum previous editions

ILLUM 1 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1466487

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 analiżi IL-ĦADD 01 TA' MEJJU 2022 • illum Wara l-Ħadd li għadda l-gazzetta ILLUM issa tħares lejn ix- xaqliba l-oħra tal-pajjiż u allura s-sitt distretti taċ-ċentru u t-tramunatana. Minkejja li dawn - ħlief is-Seba' Distrett - baqgħu favur il-PN, hawnhekk ukoll ix-xejra mill-2008 sal- 2022 kienet kostanti: Tnaqqis għall-PN u żieda għall-PL... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-ġimgħa l-oħra l-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn l-ewwel sitt distretti li jinkorporaw in- naħa ta' isfel ta' Malta kollha, il-bliet madwar il-belt Valletta u s-Siġġiewi u r-riżultati li kisbu l-Partit Nazjonalista u anke l-Partit Laburista f 'dawn id-distretti, fl-2022 imqabbel mal-2008. In-numri juru illi minkejja li l-Partit Laburista - kif dejjem kien - baqa' b'saħħtu fin-nofsinhar tal-pajjiż, id- distakk bejn iż-żewġ partiti rdoppja: Minn 26,000 vot fl- 2008 għal 46,000 vot favur il- Partit Laburista, fl-2022. Qed inqabblu l-aħħar elezzjoni mal-2008, għaliex din tal-aħħar kienet fil-fatt l-aħħar elezzjoni lil tat maġġoranza (anke jekk mhux assoluta) lill-Partit Nazzjonalista, filwaqt li dik tal-2022 tat l-akbar rebħa lill-Partit Laburista mill- Indipendenza. Illum se nagħtu ħarsa lejn id- distretti tan-naħa ta' fuq li huma kollha - ħlief is-seba' distrett - tradizzjonalment Nazzjonalisti. Fil-fatt fosthom hemm l-aktar tliet distretti li fihom il-PN għandu appoġġ u l-PL għandu l-inqas. Jiġifieri l-10 Distrett - li jinkludi lil Tas Sliema u San Ġiljan - id-9 Distrett - li jinkludi lis-Swieqi, Għargħur u San Ġwann u anke t-8 Distrett - li jinkludi lil Ħal Balzan, Ħal Lija u l-Iklin tliet lokalitajiet bi predominanza pjuttost qawwija ta' votanti nazzjonalisti. Lokalitajiet oħrajn fejn il-PN ġeneralment jikseb maġġoranzi kbar jew komdi f 'dawn id-distretti huma l-Imġarr (7 Dist.), Ħ'Attard (11-il Dist.) u n-Naxxar (10 u 12-il dist.). Id-distakk jonqos b'aktar minn nofs! Anke hawnhekk, fid-distretti tradizzjonalment tal-PN id-distakk naqas b'mod drammatiku fl-aħħar 14-il sena, u allura meta tqabbel l-2022 mal-2008, minkejja li kif mistenni, żamm il-vantaġġ. Fl-2008 minn dawn is-sitt distretti l-PN kiseb 77,481 vot, filwaqt li l-PL kiseb 52,762 vot - jew distakk ta' 24,719-il vot favur il-PN. Din is-sitwazzjoni inbidlet u wasslet sabiex f 'Marzu li għadda minn dawn id-distretti l-PN kiseb 68,546 vot jew 8,935 inqas mill-2008 u l-PL kiseb 59,189 vot jew żieda ta' 6,427 vot. Dan ifisser li d-distakk ċkien għal 9,357 f '14-il sena. L-istess eżatt bħall-ewwel sitt distretti l-PN naqqas f 'kull distrett u f 'kull distrett it-tnaqqis kien jiżboq l-1,000 vot. Dan ifisser illi dan l-eżerċizzju li għamlet din il- gazetta juri illi fl-aħħar 14-il sena l-PN naqqas dejjem minimu ta' 1,000 vot f 'kull distrett elettorali, mill-Ewwel sat-12-il Distrett. It-tnaqqis kien ivarja għalkemm l-iktar swing ċara kienet fit-12- il Distrett li jinkludi lil San Pawl il-Baħar u allura l-ikbar lokalità ta' Malta, imma wkoll il-lokalità tal-Mellieħa li fl-aħħar snin rat il- popolazzjoni tikber b'mod qawwi. Hawnhekk il-PN naqqas 1,800 vot filwaqt li l-PL żied prattikament bl-istess numru ta' voti, jew 1,874. Hawnhekk il-PN, sal-2008, kellu maġġoranza assoluta u b'saħħitha ta' 58.6% li naqset b'9% għal 49.5%. Il-PL minn naħa l-oħra ra l-persentaġġ ta' voti tiegħu fit-12- il Distrett jiżdied minn 39% għal 46.8% - żieda ta' 7.8%. Il-PN jitlef il-maġġoranza 60%+ fl- aktar distretti b'saħħithom ukoll Iżda l-akbar tnaqqis għall-Partit Nazzjonalista - f 'termini ta' voti - kien fil-11-il Distrett, li jinkludi l-lokalità kbira tal-Mosta - lokalità fejn il-PN tilef il-maġġoranza fil-Kunsilli Lokali fl-aħħar snin. Hawnhekk il-PN naqqas 1,927 vot, filwaqt li l-Labour żied b'1,379, biex minn 61.3% li l-PN kellu f 'dan id- distrett, f 'Marzu li għadda rreġistra 53.3%, jiġifieri tnaqqis qawwi ta' 8%. Fid-Disa' Distrett il-PN ukoll ra tnaqqis ta' 1,517-il vot. Dan id-distrett fih l-aktar lokalità li fiha l-PN jikseb maġġoranza qawwija (80%+), jiġifieri is-Swieqi/ Madliena, flimkien mal-lokalità ta' San Ġwann fejn il-PN u l-PL dejjem kienu numerikament ħafna eqreb ta' xulxin. F'termini ta' persentaġġi l-PN ma baqax igawdi s-60%+ li kien igawdi hawn (61.1%) u l-proporzjon ta' voti tiegħu niżlu Baqgħu blu imma ċċaraw Minn distakk għall-PN ta' kważi 25,000 vot għal 9,300 vot fit-Tramuntana Il-Polza tal-Vot fuq l-10 Distrett, fejn il-PN kien jaqbeż is-60% sal-2008 Il-Kaċċa lagħbet parti mill-istorja fis-7 Distrett li wara l-2003 dar u baqa' Labour

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 May 2022