Illum previous editions

ILLUM 1 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1466487

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 01 TA' MEJJU 2022 • illum aħbarijiet 'Wasal iż-żmien li nerġgħu niddiskutu l-ħinijiet ta' meta tiltaqa' l-Kamra' – L-ispeaker Anġlu Farrugia X'se jiġri nhar is- Sibt 7 ta' Mejju meta jiftaħ il-Parlament? L-ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia jiltaqa' ma' Albert Gauci Cunningham u jwieġeb il- mistoqsijiet MARIANNA CALLEJA L-Ispeaker Anġlu Farrugia jaħseb li għandhom jerġgħu jimxu l-ħinijiet tal-Parlament għal dawk aktar kmieni, jiġifieri filgħodu jew kmieni wara nofsinhar. Farrugia qed jikkunsidra li jekk din tkun ta' problema, il- Parlament jista' jnaqqas ġurnata u jibda' jiltaqa' filgħodu u kmieni wara nofsinhar, iżda jumejn biss fil-ġimgħa. Skont hu, minkejja li dan ifisser ġurnata inqas, ix- xogħol jaf ikun iktar produttiv għax "minn tliet seduti tagħmel erbgħa." Fil-Programm Mill-Kamra huwa spjega kif matul l-aħħar leġiżlatura kienu ġew diskussi l-ħinijiet li fihom jiltaqa' l-Parlament, li sa dak iż- żmien kienu pjuttost tard. Fil- fatt irrakonta kif żmien ilu l-Parlament kien jibda' fis-6:00 p.m u l-plenarja kienet tibda' fis- 6:30 p.m. Fi ġranet partikolari il-Parlament kien jibqa' għaddej sas-sigħat bikrin ta' filgħodu. Intant, f 'Jannar tal-2018, l-Uffiċju tal-Ispeaker kien ħabbar illi l-Parlament kien se jibda jiltaqa' sagħtejn qabel (bejn l-4.00pm u s-7.30pm) sabiex il-Membri Parlamentari u l-ħaddiema tal-Parlament, tal-Ministeri u tal-gruppi Parlamentari jkunu jistgħu "jinġabru lura d-dar mal-familji tagħhom f 'ħin diċenti." Madankollu, l-Ispeaker Anġlu Farrugia issa qed jgħid li wasal iż-żmien biex dawn il- ħinijiet jerġgħu jiġu diskussi. Huwa stqarr li forsi l-Parlament jista' jieħu din l-opportunità speċjalment issa li "hemm iktar preżenza ta' deputati nisa li għandhom familja x'jieħdu ħsieb eletti fil-Parlament." Rigward dan huwa temm jgħid li importanti li "nagħmluha faċli għad-deputati biex jiltaqgħu għax mingħajr ma trid tkun qed toqtol id-dritt ta' dak il-Membru Parlamentari biex jipparteċipa minħabba raġunijiet ta' familja." Pass pass ta' dak kollu li se jkun qed iseħħ nhar is-Sibt 7 ta' Mejju Fil-Programm Mill-Kamra li se jixxandar nhar il-Ħamis li ġej fuq TVMNews+, l-Ispeaker Anġlu Farrugia spjega l-programm uffiċċjali tal-avvenimenti kollha li jsiru dakinhar li jiftaħ il-Parlament. Il-ġurnata tiftaħ b'quddiesa minn ġewwa l-Katidral ta' San Ġwann, li mistiedna għaliha, jkun hemm mhux biss il- Membri Parlamentari iżda President, Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni u Dinjitarji barranin. Wara l-Clerk of the House Ray Scicluna jaqra l-proklama tal-President u jiddikjara l-Parlament miftuħ. Jaqra wkoll ir-riżultati tal-aħħar elezzjoni biex jiġġustifika kif inhu mqassam il-Parlament f 'din il- leġiżlatura. Eżattament wara titressaq mozzjoni mill-Kap tal-Kamra Chris Fearne biex jinħatar l-Ispeaker tal-Kamra. Hemm fejn issir in-nomina ta' Anġlu Farrugia, li din is-sena kienet diġà kkonfermata, u l-Kamra tieħu l-ewwel vot tagħha. La darba jintagħżel l-Ispeaker, l-istess proċedura tittieħed biex jintagħżel Deputat Speaker. Għall-ewwel darba fl-istorja, din is-sena il-ftuħ tal-Parlament se tara l-mozzjoni tal-co-option fil-konfront ta' wieħed mill- Membri Parlamentari. Hawnekk qed nirreferu għal Randolph Debattista. Ġaladarba din il-mozzjoni tgħaddi wkoll, Debattista jingħata l-ħatra tal- ġurament u jingħaqad fil-Kamra mal-membri l-oħra. Hawn fejn l-Ispeaker jissospendi l-Kamra u l-President tar-Repubblika George Vella jagħmel id-diskors tiegħu. Id-diskors li ma jkunx neċċesarjament miktub kollu minnu, ikun jirrifletti l-viżjoni politika tal-Gvern għall- ħames snin li ġejjin. Il-viżjoni hija biss f 'idejn il-Gvern iżda tista' tinkludi ukoll proġetti f 'kwalunkwe settur inkluż dak ambjentali u ekonomiku, li kienu l-iktar indirizzati fil- manifest Laburista. Wara d-diskors tal-President li jieħu bejn 30 minuta u siegħa, l-iżgħar Membru Parlamentari tal-Gvern jagħmel nota ta' ringrazzjament. Din is-sena, ir-ringrazzjament se jsir minn Cressida Galea li minkejja mhix l-iżgħar Membru Parlamentari fil-Kamra, hija l-iżgħar membru fil-Gvern. Liema speakers kellhom l-ikbar reżistenza u sfidi fl-istorja politika ta' Malta? Forsi fi żmien tal-lum hemm min jgħid li l-ispeaker Anġlu Farrugia kien wieħed minn dawk li kellu l-iktar sfidi, reżistenza u forsi uġigħ ta' ras. Fid-disa' snin tiegħu bħala Speaker, Farrugia ra' ma' wiċċu l-mozzjoni kontroversjali tad- dibattitu parlamentari fuq il-każ ta' Daphne Caruana Galizia, li kienet preżentata f 'Novembru tal-2019 mill-Kap tal- Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien Adrian Delia. Farrugia dakinhar kien ċaħad il-mozzjoni. Huwa qal fil-programm li kien ħass li qed jagħmel deċiżjoni diffiċli minħabba li meta jkollok kawża miftuħa fil-Qorti, ma tistax tiddiskutiha fil-Parlament. Minkejja dan kollu, Farrugia rrakonta kif wara l-Indipendenza l-Ispeaker Alfred Bonnici kellu jieħu deċiżjonijiet pjuttost kbar li kienu jitqiesu wkoll kontroversjali. L-istess ġara biż-żewġ speakers ta' warajh, Emanuel Attard Bezzina u Ernesto Laiviera li raw il-Partit Laburista mmexxi minn Mintoff lura fil-Gvern. Skont Farrugia dawn iż-żewġ Speakers raw ma wiċċhom ħafna reżistenza. Emanuel Attard Bezzina kellu każ ieħor interessanti quddiemu meta seħħ attentat tat-tixħim minn żewġ negozjanti Nazzjonalisti biex jixtru Membru Parlamentari Laburist. Il-każ imur lura għal 1972 meta Ronny Said u Roger Camilleri pruvaw jixtru lil Anġlu Camilleri sabiex jaqleb in-naħa tiegħu fil- Kamra. Kien Anġlu Camilleri stess li kixxifhom (Ara l-intervista kollha ma' Anġlu Farrugia nhar il-Ħamis fis- 6:30.p.m fuq TVMNews+)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 May 2022