Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1466487
'Jekk ma nindirizzawx il-problemi żmien se jkomplu jikbru' 12 intervista IL-ĦADD 01 TA' MEJJU 2022 • illum Irid bilanċ fuq l-ambjent, referendum fuq il-mina u aktar sigurtà fid-dawl ta' ħafna Maltin u barranin li qed imorru jgħixu Għawdex minħabba kera baxxa. Id-Deputat Għawdxi u Nazzjonalist Alex Borg jitkellem mal-ILLUM... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ħareġ għall-elezzjoni għall-ewwel darba din is-sena u mhux talli kien elett, talli ġab iktar minn 6,000 vot u spiċċa fit-tieni post fil-klassifika ta' min kiseb l-aktar voti mill- kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista. U dan meta ħareġ minn distrett wieħed biss! Il-gazzetta ILLUM tintervista lil Alex Borg - mhux biss Deputat imma issa wkoll Shadow Minister ta' Għawdex. U nibdew bis-suċċess personali tiegħu. Liema fatturi jattribwixxi għas-suċċess tiegħu? Borg jibda billi jgħid illi wieħed mill-fatturi hija s-sempliċità u li persuna tibqa' dejjem l-istess fil-politika, bħal kif kienet qabel ma daħlet fil-politika. "Jiena bqajt l-istess, nitkellem ma' kulħadd, nitħallat ma' kulħadd, insellem lil kulħadd u meta nara persuna ma noqgħodx ngħid, dak nazzjonalist u dak laburist. Nitkellem ma' kulħadd," sostna Borg mal-ILLUM. Huwa iżda qal li t-tieni raġuni huwa t-tim tiegħu. Tim li qal illi kien beda jaħdem malli huwa esprima l-ħsieb u l-intenzjoni li jkun kandidat. Sostna illi l-fatt li t-tim li jmexxi ħadem b'ruħu u ġismu biex ikun elett hu u favur il-PN wassal għal dan is-suċċess. Finalment semma' l-għajnuna li kellu mingħand nies b'esperjenza iktar vasta fil- politika u d-direzzjoni li tawh f 'termini ta' strateġija politika. Il-gazzetta ILLUM staqsietu hux qed jirreferi għal Giovanna Debono u hu saħaq li qed jirreferi għal diversi persuni li kienu fil-politika u li forsi ma jidhrux, anke jekk isemmi lil missieru li fil-fatt kien jilgħab irwol importanti fil-Ministeru ta' Għawdex meta kienet Ministru Giovanna Debono. Isemmi wkoll il-housevisits u l-importanza kbira li d-deputati jmorru fid-djar tan-nies u jiltaqgħu man-nies li jaqsmu l-esperjenzi tagħhom, magħhom u jżommu kuntatt kontinwu mal-votanti. "Jiena housevisits għamilt fuq li għamilt, kien hemm ġranet sal- 10 p.m bqajt għaddej u nemmen li dan għen ħafna," sostna Borg. 'In-nies ma bdewx jaraw li kien hemm alternattiva fil-PN' Imma huwa u jdur id-djar ma ħassx illi minkejja li hu għandu ċans tajjeb, il-PN qed jaqa' lura f 'dan id-distrett? Biżżejjed wieħed jiakar li f 'termini ta' distakk, dan huwa l-agħar riżultat elettorali tal-PN f 'Għawdex fl-aħħar 30 sena żgur! Borg jibda billi jispjega li parti kruċjali minn dan ir-riżultat huwa l-power of incumbency tal-Gvern u allura l-poter li jgħin u jaqdi lin- nies il-Gvern, xi ħaġa li l-Oppożizzjoni ma tistax tagħmel. Il-gazzetta ILLUM twaqqfu hemm u tfakkru li din tal-power of incumbency ilha tintuża, tant li darba saħansitra Alfred Sant bħala Kap tal-Oppożizzjoni kien akkuża lill-Gvern Nazzjonalista illi kien "Gvern illeġittimu" propju minħabba f 'hekk. Diversi Ministri ta' Għawdex u Ministri oħrajn ġew akkużati illi qdew u taw impjiegi mal-Gvern kemm felħu, allura possibbli din biss jaħseb li hi l-problema? Huwa ammetta f 'dan il-punt illi "in-nies ma bdewx jaraw li kien hemm alternattiva fil- PN." Għalkemm mill-ewwel jisħaq illi l-fatt li n-nies eleġġew Deputati ġodda f 'kull distrett, apparti li hemm ukoll Deputati ta' esperjenza hija minnha nnifisha "rebħa" u tagħti tama lill-Partit Nazzjonalista, li jista' fil-fatt jikseb riżultati aħjar fis-snin li ġejjin. 'Huwa obbligu li politiku jgħin imma mbagħad hemm limitu' Imma ssir l-akkuża illi f 'kull distrett - pero' b'mod partikolari f 'Għawdex - biex tagħmel suċċess trid taqdi lin-nies u tqassam. Kemm jaħseb li din l-istqarrija hija realistika jew inkella kemm hija inġusta? Huwa jgħid li waħda mill-obbligi tal- politika hija li l-politiku jisma' lin-nies, apparti li jattwa l-politika u l-policies. "Apparti dan, meta jkollhom diffikultà n-nies tgħinhom. Huwa l-obbligu tagħna li ngħinu, imma mbagħad ikun hemm limiti li forsi jinqabżu kif rajna li nqabżu fl-aħħar snin." Huwa jerġa' jisħaq iżda illi meta jkun jista' jgħin, għandu jgħin. "U ma tridx toqgħod tħares lejn l-uċuħ. Jiena tlajt f 'isem il-PN imma qiegħed fil-Parlament għall-Għawdxin kollha. Wara kollox meta mmur fil-pjazez inkellem lil kulħadd u min jitlobni ngħinu, bla ebda distinzjoni." Ħafna inkwiet dwar l-għoli tal-ħajja fost in-negozji Indawru ħarsitna lejn it-turiżmu u dan is-sajf li issa riesaq. Għadna ħerġin mill- pandemija u żmien ta' restrizzjonijiet iżda li matulhom in-negozji Għawdxin marru tajjeb hekk kif fin-nuqqas tas-safar ħafna irħewlha lejn Għawdex minflok. Din is-sena iżda s-safar se jerġa' jaqbad rittmu aktar mgħaġġel u dan diġà jinħass u naturalment dan ifisser li se jkun hemm inqas Maltin Għawdex u dawk li jmorru jaf ikollhom baġit iżgħar. Kif se jassigura permezz tal-ħidma parlamentari, illi t-turiżmu lejn Għawdex jibqa' sostenibbli? Huwa ammetta li fi żmien il-Covid-19 in- negozji Għawdxin marru aħjar, għalkemm jgħid li xorta kien hemm problemi ta' likwidità, ta' flus fil-but hekk kif in-nies xorta qagħdu lura. Jisħaq illi bil-gwerra u l-għoli tal-ħajja dan l-inkwiet aktar żdied. "Meta mmur nitkellem man-negozji u ma' tal-lukandi u ristoranti nisma' ħafna inwkiet dwar l-għoli tal-ħajja. Kważi kollha jgħidu li l-għoli tal-ħajja hija problema," jgħid Borg li jisħaq illi hu mhux qed iwaħħal fil-Gvern. "M'inix inwaħħal fil-Gvern, 'il bogħod minn hekk. Imma nemmen li hemm bżonn għajnuna f 'dak li għandu x'jaqsam ma' trasportazzjoni u aktar," qal Borg mal-ILLUM. Borg sostna li wasal iż-żmien li jkun hemm Awtorità Għawdxija għat-Turiżmu li jkollha poteri eżekuttivi u tkun naturalment iffukata fuq il-promozzjoni ta' Għawdex bħala destinazzjoni turistika. Sostna li huwa importanti li Għawdex isib u jinvesti f 'niċeċ partikolari bħat- turiżmu sportiv, dak tal-meditazzjoni, dak reliġjuż u aktar sabiex dan il-qasam verament ikun sostenibbli. Borg irid bilanċ fl-ambjent. Imma x'jifhem bih bilanċ? U allura marbuta ma' dan norbtu l-kwistjoni tal-ambjent. Kellna l-għajta tal-Eco-Gozo, kellna l-għajta Laburista favur Għawdex li jkun xempju ambjentali, imma meta niġu għall-fatti - mhux għal ħolm - kostruzzjoni kull ftit kantunieri, bini jogħla u l-karozzi li qegħdin jiżdiedu. X'jaħseb li għandu jsir biex l-iżvilupp ikun aktar sostenibbli u jikkalma f 'din il- gżira? Borg sostna li huwa jemmen li wasal iż- żmien ta' pjan flimkien mal-Gvern biex jitjieb l-ambjent Għawdxi. Għalkemm huwa ma jispeċifikax x'qed jifhem bi pjan jgħid ukoll li dak li sar, sar u "l-arloġġ ma tistax treġġgħu lura." Huwa għamilha ċara wkoll illi hu mhuwiex kontra l-iżvilupp imma favur il-bilanċ." Imma din il-gazzetta tfakkru li dal- ħafna kliem dwar bilanċ issa kulħadd xeba' jisimgħu. Kif se jintlaħaq il-bilanċ? Huwa qal illi t-tweġiba għall-mistoqsija tinstab meta l-Oppożizzjoni u l-Gvern jiddiskutu flimkien, "sabiex naraw illi l-karatteristiċi Għawdxin jiġu salvati u b'hekk Għawdex tibqa' attraenti għat- turist," qal Borg. Kompla jgħid illi hemm bżonn ta' aktar spazji miftuħin u anke ġonna u parks tal-famija, li jgħid illi Għawdex nieqes minnhom u li jfakkar illi apparti li jwasslu għal aktar postijiet fejn l-Għawdxin jirrilassaw jagħtu wkoll valur ambjentali u turistiku lil din il-gżira. "Jiena ma rridx li Għawdex ikun presepju, imma li insibu l-armonija bejn l-iżvilupp u l-ambjent," temm jgħid fuq il-kwistjoni tal-ambjent Borg. Bżonn ta' serħan il-moħħ permezz ta' żewġ vapuri ġodda L-intervista ddur fuq il-vapuri u l-konnettività. Il-PN qed jgħid li l-vapur - li ġustament isiru ħafna ilmenti dwaru minħabba dehra, kumdità u aċċessibilità (In-Niklaus) - għandu jinbidel. X'jaħseb