Illum previous editions

ILLUM 1 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1466487

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 analiżi illum • IL-ĦADD 01 TA' MEJJU 2022 b'5% għal 56%. Dan filwaqt illi kważi l-istess persentaġġ ta' voti, jew 4.4%, irrappreżentaw iż-żieda ta' voti Laburisti f 'dan id-distrett. L-istess fl-10 Distrett - li jinkludi l-lokalità ta' Tas-Sliema, politikament sinonima mal-PN u fejn dan l-istess partit organizza diversi ativitajiet tal-massa matul is-snin, inkluż fl-aħħar kampanja elettorali. Hawnhekk il-PN ukoll tilef is-60%+ li kien għad kellu sal- 2008 biex fl-2022 kiseb 58.6% tal- voti, filwaqt li l-PL kiseb 37%, żieda mill-34% li kien kiseb fl-2008. F'termini ta' voti l-PN naqas ħafna iktar milli żied il-PL u allura jirriżulta li hawnhekk ma kienx hemm l-iswing lejn il-Labour li tidher ċara fit-12-il Distrett, per eżempju. Li jfisser illi kien hemm voti li tilef il-PN, imma li jew kienu nies li ma vvotawx jew inkella vvotaw lill-partiti ż-żgħar. Dan hekk kif minkejja li l-PN naqqas 1,358 vot il-Labour żied biss 449. L-istess fit-8 Distrett fejn il-PN tilef 1,200 vot u l-PL żied 498. Hawnhekk il-persentaġġi ma nbidlux drastikament, għalkemm ix-xejra baqgħet ċara: Il-PN naqqas, minn 56.5% fl-2008 għal 52% fl- 2022, u l-PL żied, minn 41.4% għal 44.4%. Ta' min ifakkar li dan id- distrett jinkludi lil Birkirkara fejn fuq bażi ta' elezzjonijiet lokali, il-PN tilef il-maġġoranza u fl-Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali tal-2019 kiseb 43.7%, filwaqt li l-PL kiseb 52.2%. L-uniku distrett b'maġġoranza Laburista... Jekk inħarsu lejn is-7 Distrett insibu li mill-2008 dan dejjem ta maġġoranza lill-Partit Laburista biex huwa l-uniku distrett "aħmar" fit-tramuntana tal-pajjiż. Dan jinkludi lil Ħaż Żebbuġ u lir-Rabat, żewġ lokalitajiet kbar li huma sinonimi wkoll mal-kaċċaturi. Huwa ċar li l-pożizzjoni li dejjem ħa l-PL favur il-kaċċa u l-kaċċaturi, il-pożizzjoni li ħa Joseph Muscat favur il-kaċċa fir-Rebbiegħa u l-preżenza ta' kaċċatur voċiferu fil- Kabinett (Clint Camilleri) ħalliet il- frott għal-Labour, kif ħalliet dannu l-kwistjoni tal-Unjoni Ewropea fuq il-PN ma' dan is-settur partikolari. Fl-2008 - ħames snin wara d-dħul ta' Malta fl-UE dan id-distrett qaleb u mar minn Nazzjonalist għal- Laburist! Fil-fatt fl-2003 kienu 57% ta' dawk f 'dan id-distrett li vvutaw lill-PN, li niżlu b'10% ħames snin wara biss għal 47.8% u baqgħu neżlin għal 41.4% fl-2022. Għall- kuntrarju l-Labour żied il-vot tiegħu minn 42% fl-2003, rebaħ is-7 Distrett b'50.6% fl-2008 u baqa' jirbħu biex fl-2022 kiseb 55.5%. Ir-Raġunijiet: 1 - Huwa ċar li fl-aħħar 14-il sena kien hemm żewġ effetti fid- distretti li qed nħarsu lejhom. Il-Partit Laburista għamel gwadann elettorali fost votanti tradizzjonalment nazzjonalisti, filwaqt li huwa ċar ukoll illi eluf ta' votanti tradizzjonalment nazzjonalisti birdu sew mill-partit tant li ma baqgħux jivvotaw jew inkella bdew jivvotaw lil partit żgħir - bħall-ADPD. Tant huwa hekk li kien fid-Disa', l-10, il-11 u t-12-il Distrett l-aktar li l-ADPD u anke Arnold Cassola marru tajjeb. Naturalment wieħed jista' jsemmi bidliet demografiċi ta' familji u individwi li marru jgħixu f 'dawn iż-żoni, iżda meta wieħed jara n-numri kollha fid-distretti kollha, jsib li dan l-argument jiġi newtralizzat b'mod assolut. Huwa ċar illi filwaqt li d-distretti ħomor, ħmaru, id-distretti blu ċċaraw! Sinjali ċari ta' għeruq nazzjonalisti inqas leali, li huma inqas marbutin mal-partit u li huma ħafna inqas kuntenti bil- prestazzjoni politika tal-partit li normalment jivvotawlu. Jista' jkun ukoll sinjal tal-fatt li sa mill-2008 il-Partit Laburista, dak iż-żmien immexxi minn Joseph Muscat, kien sar ħafna aktar attreanti għall-klassi medja u għan-negozji, xi ħaġa li fil-fatt kienet msaħħa bl- attitudni u l-miżuri li ħa l-Gvern waqt il-pandemija. 2 - Il-fatt li fl-aħħar snin il- PL bena pontijiet ma' diversi sezzjonijiet tal-poplu tagħtu imbuttatura qawwija 'il quddiem fil-voti. Dan huwa punt fil-fatt li kien għamel f 'analiżi politika fuq din il-gazzetta George Vital Zammit. U dan jirriżulta ċar fis-Seba' Distrett fejn kif diġà spejgajna hemm preżenza ħafna iktar qawwija ta' kaċċaturi u nassaba. Iżda ma' dan trid tgħodd ukoll l-għajnuniet lil tal-festi, ix-xiri ta' każini tal-banda biex soċjetajiet ma jispiċċawx bla sede - inkluż il-famuż każ tal-Każin ta' Stella Maris (f 'Tas-Sliema) - u leġiżlazzjoni u liġijiet li niżlu tajjeb ma' votanti liberali, bħal dik tal-Kannabis, drittijiet għal persuni LGBTIQ u anke bidliet fil-Liġi tal-IVF. 3 - Jista' jkun li f 'dawn id-distretti - speċjalment fid-9 u l-10 Distretti - hemm aktar element ta' diżillużjoni politika u allura ta' nies li anke jekk jippreferu lill-PN mil-Labour, it li xejn iħossu li jimpurtahom biżżejjed biex imorru jivvotaw, jew aktar minn hekk li jipparteċipaw f 'attivitajiet politiċi. 4 - Ir-raba' raġuni tgħodd għall- pajjiż kollu imma speċjalment għal dawn id-distretti, għax fihom hemm ħafna aktar votanti nazzjonalisti. U din hija kemm il-PN kien (jew fil- fatt ma kienx) organizzat biżżejjed biex jimmobilizza lill-votanti tiegħu. Jew kemm kien qed jimmobilizza lin-nies u l-votanti tiegħu daqs il- Labour. Filwaqt li l-magna tal-PL kienet għaddejja full swing toħroġ lill-Laburisti jivvotaw il-PN kien qed jagħmel l-istess, speċjalment f 'dawn id-distretti? Il-11-il Distrett huwa fejn il-PN ra l-akbar tnaqqis fit-Tramuntana f 'termini ta' voti mill-2008

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 May 2022