Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1466487
10 analiżi IL-ĦADD 01 TA' MEJJU 2022 • illum Jibqa' jew le? Ħarsa lejn l-akbar iżomm l-istess tmexxija Kollox jindika li Bernard Grech se jibqa' Kap tal-PN minkejja telfa ta' kważi 40,000 vot fl-aħħar elezzjoni. X'inhuma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi? Il-PN jiflaħ għal elezzjoni interna oħra? U la daqstant ma kkonvinċiex fl-elezzjoni, għaliex Grech jaħseb li se jikkonvinċi issa? ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Kif kien mistenni l-Partit Nazzjonalista jinsab fl-aħbarijiet u mhux eżattament għall-aħjar raġunijiet. Dan jiġri kull darba bil-partit li jkun tilef elezzjoni, filwaqt li l-partit rebbieħ jieħu l-ħin tiegħu igawdi t-togħma tar- rebħa u jipprepara lilu nnifsu biex imexxi. Minn naħa l-oħra l-partit li jkun tilef jipprova jiem aħjar fejn mar ħażin u x'seta' għamel aħjar. Minkejja li kienet din il-gazzetta li żvelat kif Bernard Grech kien qed jgħid li huwa jibqa' jmexxi lill- PN jekk jitlef b'distakk ta' 30,000 vot, huwa ċar issa li Grech jinsab determinat li jibqa' fit-tmun ta' dan il-partit minkejja li d-distakk kien ikbar: 39,500 vot. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn il-pożittiv u n-negattiv tal-istess tmexxija tal-PN għas-snin li ġejjin. Tajjeb jew ħażin li Bernard Grech probabbilment se jibqa' jmexxi lill-PN? Tajjeb għax jinħoloq vakuum Fost il-ħafna aħbarijiet ħżiena għall-PN, wara din l-elezzjoni, hemm il-fatt li ma jidher li hemm ħadd papabbli u ħadd fil-partit kollu li jidher illi huwa lest li jikkompeti għal din il-kariga. Dan il-vakuum huwa perikoluż għall- PN, għalkemm parti minnu fir- realtà inħoloq minn Bernard Grech innifsu li frisk mit-telfa elettorali mill-ewwel qata' saqajn kull min kellu xi ambizzjoni għat-tmexxija, meta hu ddikjara li mistenni jitlob għall-fiduċja tal-Kunsilliera sabiex jibqa' jmexxi l-partit hu. Naturalment il-fatt illi l-Kap tal- Partit Nazzjonalista ddikjara mill- ewwel li se jkun qed jibqa' taqta' qalb kull kontestant ieħor, speċjalment fid-dawl tal-fatt li għalkemm bdew jidhru l-ewwel sinjali ta' skumdità bi Grech - speċjalment minn ċerti nies li ħadmu biex ikun Kap - dawn għadhom sinjali żgħar u Grech għadu fil-ħin biex jikkontrolla u jmewwet ħafna mir-reżistenza li tista' tqum kontrih fix-xhur u snin li għaddew. Jibqa' fatt iżda li fil-perċezzjoni ta' ħafna fil-partit u lilhinn minnu, l-unika persuna li tista' effettivament iġġib bidla reali u ddawwar 13- il sena ta' telf bla preċedent, hija Roberta Metsola. Minkejja dan, il-kariga tagħha u anke l-mod kif qed tesegwixxi r-responsabilitajiet tagħha jpoġġu f 'dubju sejru r-ritorn tagħha fix-xena politika lokali. Dan ifisser allura illi t-tluq ta' Bernard Grech mill-kariga jista' jfisser vakuum fit-tmexxija għal xi żmien li jkun ifisser ukoll illi l-Oppożizzjoni tidħol fil-Parlament mingħajr ma lanqas biss tkun taf min se jkun il-Kap tal-Oppożizzjoni it ġimgħat wara. Vakuum fit- tmexxija huwa ħażin ukoll fid-dawl tal-istat illi l-PN jinsab fih, kemm f 'livelli ta' enerġija (jew nuqqas tagħha) u anke finanzarjament - hekk kif Bernard Grech sa fl-aħħar ikkonferma r-rapporti kollha li deheru fuq diversi gazzetti - inkluż l-ILLUM - u allura kemm il-qagħda finanzjarja hija ħażina u d-dejn kemm huwa kbir. Tajjeb għax il- partit ma jiflaħx għal tiġrija interna oħra It-tieni raġuni għaliex hija aktar pożittiva li Bernard Grech jibqa' torbot mal-istat tal- PN, li apparti li qed jiffaċċja snin ta' telf u li sal-elezzjoni li ġejja se jkun ilu 14-il sena fl- Oppożizzjoni għadu qed ibati mill-konsegwenzi tal-elezzjoni interna tal-2017 li eleġġiet lil Adrian Delia u li wasslet biex dan il-partit prattikament jinfired bejn dawk favurih u dawk kontrih. L-elezzjoni interna tal-2020 saret wara elenku ta' laqgħat u tentattivi biex Delia jitneħħa, voti kontrih u b'rivolta fil-miftuħ mill- Grupp Parlamentari - filwaqt illi għexieren ta' nies fuq barra kienu qed jarmu t-tesseri u jgħajjru lid-Deputati ta' kontra Delia tradituri. L-effett ta' dawn l-episodji kienet ħsara kbira lill-PN, ħsara li sempliċiment ma jiflaħx għaliha bħalissa. Elezzjoni interna bħalissa, bil-Kap tal- PN juri kull intenzjoni li jibqa' tkun tfisser ħaġa waħda: Sfida diretta lill-Kap kurrenti u allura - mill-ġdid - qasma ċerta li tibqa' tikkumplika s-sitwazzjoni tal- PN. Ħażin, għax Grech ġie sfiduċjat bil-kbir! Il-kampanja elettorali kienet miġġielda, mill-ġdid, fuq livell Presidenzjali. Dan ifisser li l-għażla kienet qed titpinġa bħala waħda bejn Robert Abela u Bernard Grech, u xhieda ta' dan huma l-aħħar billboards tal- kampanja. Tal-PN kellu ritratt kbir u prominenti ta' Bernard Grech - kif fil-fatt kellhom ir- riklami prominenti fuq diversi ġurnali, inkluż l-ILLUM - u tal- Labour kellu lil Robert Abela, flimkien ma' martu Lydia Abela. Mela l-messaġġ li kienu qed jibgħatu l-PN u l-PL u l-użu tal- immaġini - apparti naturalment l-fokus tal-kampanja innifisha - kollha kienu jippontaw lejn kampanja presidenzjali. Fuq dan il-livell allura Bernard Grech ġie sfiduċjat bil-kbir mill- poplu, għax sofra l-akbar telfa elettorali li qatt sofra partit mill- Indipendenza lil hawn. Dan huwa fatt numeriku, li anke fid- dawl tat-tnaqqis fil-voti għall- Partit Laburista (u aktar għall- PN) ma jista jmerih ħadd. Allura l-fatt li Bernard Grech irid jibqa' fil-kariga, minkejja li dan jaċċerta li ma jkunx hemm vakuum u tnaqqas miċ-ċans ta' elezzjoni interna dannuża u li tifred, għalissa ftit li xejn jista' joħloq entużjażmu ġdid fil-PN. It-telfa għadha friska ħafna kif għadha l-kampanja u allura qajla wieħed jista' jimmaġina li fiż-żmien li ġej min ma kienx konvint bil-prestazzjoni ta' Grech waqt il-kampanja, se jbiddel ħsiebu issa, anke jekk ma jkunx kuntent bl-ewwel passi tal-Gvern il-ġdid ta' Abela. F'dan il-punt ħafna minn dan l-entużjażmu jistgħu jressquh l-aktar lejn il-partit id-deputati l-ġodda Nazzjonalisti, li ngħataw imbuttatura tajba mill-elettorat nazzjonalist. Grech kien elett Kap tal-PN fi żmien fejn dan il-partit kien qed jirreġistra telf qawwi fis- sondaġġi u wara t-telfa tal-2019 (Parlament Ewropew) li kienet tiżboq it-42,000 vot distakk. Dan ifisser illi l-aspettativi għalih kienu għoljin, forsi mhux daqsant għoljin li jirbaħ l-elezzjoni, imma li d-distakk jonqos. Mhux talli din ma ġratx, talli ġara l-kontra!